Il-Bejta
LEHEN IS-SEZZJONI ‘JUNIORS’ TAL-M.C.B.A. - September 2003
EDITORJAL
Għeżież Membri;
Nispera li tinstabu tajjbin u li għaddejtu s-sajf tajjeb. Minħabba raġunijiet amministrattivi, il-publikazzjoni ta’ din iċ-ċirkolari kella tieqaf għal ftit taż-żmien, iżda issa ser terġa tibda tiġi publikata kull xahar (bħall qabel) Issa beda joqrob iż-żmien tal-wirjiet allura tajjeb li nibdew ngħażlu l-għasafar li jidrilna li għandhom potenzjal ta’ rebħ u nibdew nagħtuhom xi ‘training’ Tajjeb li nsemmi li l-għaqda ser torganizza table show kbira fil 5 ta’ Ottubru f’Ħal-Balzan. (aktar dettalji fil parti ta’ l-avviżi) allura jkun tajjeb li tieħu din l-opportunita’ biex teżebixxi xi għasafar, għax wara kollox dan huwa l-aqwa meżż ta’ ‘training’ li nistgħu nagħtu lill-għasafar tagħna. Inselli għalikhom u nispera li niltaqgħu iċ-ċentru tagħna jew f’xi attivita soċjali.
Saħħa,
Mattia Felice
L-GĦASFUR TAL-BEJT
L-għasfur tal-Bejt huwa probabbilment l-iżjed għasfur komuni, tad-daqs tiegħu fl-Ewropa. Dan l-għasfur jinstab kważi f’kwalunkwe tip ta’ pajsaġġ.
L-għasfur tal-Bejt jikber sa 15-il ċentimetru, u l-kulur tiegħu huwa l-aktar kannella. Ir-raġel jintaraf mill-mara minħabba il-maskra sewda li jkollu fuq wiċċu, u sidru, li jkun abjad. L-għanja ta’ dan l-għasfur mhux pjaċevoli. L-Għasfur tal-Bejt ibejjet fil-ventilaturi tad-djar, fl-arbli tad-dawl u fis-siġar.
Dan l-għasfur, bħall ħafna oħrajn, ibejjet fir-rebbiegħa. Il-mara tbid minn erba’ sa’ sitt bajdiet ta’ lewn ikħal ċar.
Ħarna nies (speċjalment il-bdiewa u l-ġardinara) jqisu lil dan l-għasfur bħala parassita, minħabba li dan inaqqrilhom miż-żerriegħa, Iżda imbagħad hemm nies oħrajn li jgħidu li dan l-għasfur jifforma parti importanti mill-‘habitat’ natural ta’ pajjiżna.
AVVIŻI
Ř Is-Sibt 27 ta’ Settembru ser issir IKLA u tombla Fiċ-ċentru ta’ taħriġ għall persuni b’diżabilita’ fl’Imtarfa. Niltaqgħu fis 7 ta’ filgħaxija.
Ř Il-Ħadd 5 ta’ Ottubru ser issir TABLE SHOW tagħna l-juniors, Kulur, Type u finches fl-Aurora Hall (Sala Parrokkjali) ta’ Ħal-Balzan
|
 

  
|
|