Il-Bejta
LEHEN IS-SEZZJONI ‘JUNIORS’ TAL-M.C.B.A. - October 2003
EDITORJAL
Għeżież Membri;
Insellmillkhom u nispera li tinstabu ilkoll tajbin. Reġgħet waslet il-Wirja Annwali tagħna, u bħall ma din iġġibilna ħafna pjaċir u sodisfazzjon, iġġib ukoll ħafna xogħol. Biex din il-wirja tkun suċċess jeħtieġ li dan ix-xogħol jinqasam bejn numru akbar ta’ nies, allura kunu ġenerużi u agħtuna daqqa t’id, għax wara kollox kullħadd igawdi mill-wirja. Biex tkunu informati tajjeb dwar x’ser jiġri fil-wirja, huwa importanti li kull min għandu ħsieb li jeżebixxi jattendi għall-lagħat kollha li ser isiru qabel il-wirja. Fit-Table Show li ser issir fil- 5 ta’ Ottubru (fl’ Aurora Hall ta’ Ħal Balzan) ser ikollna sezzjoni apposta għalina l-junior members fejn neżebixxu l-għasafar tagħna. Din hija opportunita’ tad-deheb, għax permezz ta’ din it-table show inkunu nafu aħjar liem għasafar għanna ntellgħu għall-wirja l-kbira. Niextieq nagħlaq billi nifraħ lil Dun Kalċidon Vassallo li għadu kemm sar id-Direttur Spiritwali ta’ l-għaqda tagħna.
Inselli għalikhom,
Mattia Felice, Kap tas-sezzjoni ‘juniors’
*Kulur – Johan Menkehorst (Olanda)
Rein Grefhorst (Olanda)
*Type – Giuliano Passignani (Italja)
Mel Jennings (Ingilterra)
*Parrot like - Guardiglia (Italja)
*Finches (Exotic) - Eugeen de Troyer (Belġju)
(European) – Philip Shaw (Ingilterra
AVVIŻI
*Laqgħa tas-sezzjoni ‘juniors’ Nhar il-Ħadd 19 ta’ Ottubru fl- 10.30 a.m. Fiċ-ċentru ta’ l-għaqda.
*Laqgħa Ġenerali Din ser issir nhar il-Ħadd 26 ta’ Ottubru. Fid – 9.30 a.m. IMPORTANTI LI KULĦADD JATTENDI.
|
 

  
|
|