Il-Bejta
LEHEN IS-SEZZJONI ‘JUNIORS’ TAL-M.C.B.A. - February 2003
EDITORJAL
Ħbieb:
Nispera li tinstabu tajbin. Issa daħal iż-żmien sew biex nitilqu l-pari magħżulin tagħna. Nhar il-Ħadd 2 ta’ Frar saret il-laqgħa ġenerali. Din il-laqgħa ġiet sospiża minħabba li bdew jinqalgħu polemiċi barra mis-suġġett tal-laqgħa, allura ma saritx l-elezzjoni.Din il-laqgħa se titkompla nhar il-Ħadd 28 ta’ Frar. Importanti li ma jerġawx jinqalgħu il-polemiċi ta’ l-aħħar laqħa ħalli l-kumitat jittella b’wiċċ il-ġid, iżda xorta huwa importanti li ċertu kwistjonijiet jiġu klarifikati, imma f’ħinhom u f’posthom. Nixieq nieħu din l-opportunita biex ngħid prosit lill-membri tal- M.C.B.A. li għamlu suċċess fil-wirja mondjali tal-C.O.M. li saret f’ Amiens, ġo Franza. Niltaqgħu il-Ħadd 28 ta’ Frar.
Mattia Felice
L-ISTORJA TAL-KANARINI TAL-KULUR
Jekk tħares fir-reqqa lejn l-istorja tat-trobbija professjonali ta’ l-għasafar, tista tara li mill bidu nett dejjem kien hemm sforzi biex tiġi żviluppata razza ta’ Kanarin bil-kulur aħmar fir-rix tiegħu. Saru diversi attentati, iżda mingħajr suċċess. Fl’aħħar, fil-bidu tas-seklu għoxrin (1920), it-tabib Ġermaniż, Dr. Hans Dunker skopra li Hooded (red) Siskin (spinus magellanicus) seta jiġi mgħammar ma kanarina. Ir-riżultat ta’ dawn il-pari kien kanrin bil kulur qisu tal-frotta apricot, iżda b’xi marki suwed (li aktar il-quddiem ġew eliminati). Matul iż-żmien din ir-razza ġiet irfinata u ġew żvuluppati razzez oħra, bħall, Red Factors, Red/Brown Bronze, Agates, Mosaics, Opals u Phaeos. Aktar ma jgħaddi ż-żmien iżjeq qed isiru sforzi biex jiġu żviluppati razzez ġodda. Ħalli l-lista tal-Kulur dejjem tkompli titwal u s-sezzjoni dejjem tisbieħ.
Mattia Felice © 2003
AVVIZ
+Il-laqgħa ġenerali li ġiet sospiża nhar il-Ħadd 2 ta’ Frar 2003, ser issir nhar il-Ħadd 28 ta’ Frar fid-disgħa ta’ filgħodu.
|
 

  
|
|