Il-Bejta
LEHEN IS-SEZZJONI ‘JUNIORS’ TAL-M.C.B.A. - December 2002
EDITORJAL
Għeżież ħbieb tas-Sezzjoni Juniors:
Nixtieq nibda billi nixtieq il-Milied it-tajjeb u s-sena tajba ukoll lill-kullħadd.
Il-Presentation dinner kien suċċess. Żgur li kull min ġie ħa pjażir. L-ikel kien veru tajjeb!
Issa wasal iż-żmien li nitilqu l-pari, li nkunu għażilna u importanti ħafna li nħalltu d-demm, ħalli dejjem joħorġuln riżultati aħjar fuq il-bank tal-wirja.
Mattia Felice.
IT-TUKAN
It-Tukan huwa wieħed mill-isbaħ għasafar li jeżistu. Jista jinstab itir fis-selvaġġ fir-rainforests tas-South America. Fid-dinja hawn madwar 37 speċi differenti ta’ Tukan. It-Tukan huwa għasfur kulurit ħafna b’munqar kbir. Dan l-għasfur jiekol frott u ħaxix, iżda ġieli jiekol xi rettili żgħar u insetti. It-Tukan ibejjet ġo toqob ġos-siġar u jimla l-bejta bil-ħaxix niexef. Il-mara tbid 6 bajdiet u jiġuinkubati mil-mara u mir-raġel għal xi ħmistax. Il-frieħ jikru bil-mogħod ħafna. Meta l-frieħ ikunu indipendenti jibqaw mal-ġenituri tagħom għal xi ftit xhur meta fl-aħħar il-familja tissepara għall-kollox. Dan l-għasfur tant huwa abbundanti fl-abitat tiegħu li n-nies ta’ dawk il-postijiet jieklu dan l-għasfur.
WEBSITE U EMAIL
Nixtieq infakkarkon li l-indirizz tal-website huwa: www.petngarden.com/mcbajuniorsection
U l-E-mail tiegħi huwa: mattiafelice@hotmail.com
AVVIZI
Christmas reunion fiċ-ċentru ta’ l-għaqda. Il-Ħadd 29 ta’ Diċembru.
Closed Rings Iġbru l-formola u għal aktar informazzjoni fiċ-ċentru ta’ l-għaqda. Saqsu għas-Sur Paul Camilleri Fava.
|
 

  
|
|