Articles
Bonsai Club
Cactus Club


Dogs Plants Cats Fish Birds Exotic PetNGarden

News Shops My pet page GuestBook Search Contact List Win Forum Free Services send e-mail

DiSCOCACTUS - Genus ta'kaktus bit-toppu

Minn Rene Zahra

Meta bdejt ninteressa ruhi fil- kultivazzjoni tal-kaktus certi speci kienu ghadhom rari hafna. L-ispeci kollha tad-Discocactus ma kont issibhom imkien hlief fil-kotba. Niftakar sewwa li meta bdeit il-kollezzioni tieghi kont mort ghand hafna dilettanti, izda hadd minnhom ma kellu lanqas speci wahda minn dawn il- kakti. Kien hemm hafna fatturi importanti li kienu jaghmlu dawn ix-xtilei sbieh daqshekk difficli biex takkwisthom. L- ewwel haga importanti kienet li wara l- gwerra kien bil-mod ferm li d-dilettanti u l- botanici sabu l-hin u l-finanzi biex jergghu jivvjaggaw fil-Brazil minn fejn jigu l-bicca l- kbira ta' dawn il-kakti. Ir-raguni l-ohra kienet ghaliex dawn il-kakti jridu xi ftit aktar shana fix-xitwa. Qabel il-gwerra ftit kien hawn dilettanti li kellhom serer u dawk li kellhom fil-gwerra nkisrilhom il- hgieg. B'hekk irrizulta 5 (-ispeci fa' don if- genus kienu l-ewwel xtieli li mietu minhabba l-kesha. Fattur importanti iehor huwa il-fatt li dawn ix-xtieli jhobbu hamrija xi ftit aciduza, u dak iz-zmien ma tantx kienu joqghodu attenti ghal din il-haga. B'rizultat ta' dan kollu meta bdejt jiena kien impossibbli li ssib xtieli jew zerriegha ta' dawn il-kakti hekk sbieh.

Nisthajjel li qabel xein hafna minnkom tridu tkunu tafu xi haga fuq dan il-genus ta' kakti hekk sbieh u interessanti.

Minhabba li dawn il-kakti jigu mill-Brazil u sa qabel l-ahhar gwerra dinjija dan il- pajjiz kien ghadu primittiv hafna, ftit kienu dawk li jittantaw imorru fpostijiet il-bod mil-ibliet il-kbar. B'rizultat ta' dan l-ispeci li kienu jafu bihom kienu ftit. Fil-ktieb tal- Professur John Borg, li kien ippubblikat l- ewwel darba fl-1937, insibu li hemm biss seba' speci differenti. Minn naha l-ohra fil-Cactus Lexicon ta' Curt Backeberg li hareg fl-1965 insibu 12. Fil-lista to' G. Khres ta' 1-1999 insibu 22 speci differenti u hafna ohrajn taht field numbers biss. B'dan wiehed jista' jifhem sewwa li hafna minn dawn il-kakti huma speci li nstabu propju f'dawn l-ahhar 20 sena. Kien Albert Buining li forsi hadem l-aktar biex sab numru kbir to' speci godda. Sfortunatament uhud minn dawn l-ispeci ghadhom rari ferm anke issa 20 sena wara li nstabu l-ewwel darba.

Fil-isem stess ta' dan l-artiklu jiena semmejt li dawn il-kakti ghandhom it- toppu, jew kif insejhulu botanikalment, ic- cepholium. Minhabba li kakti globularji, ohrajn li ghandhom ic-cephalium ukoll huma l-Melocactus, hafna dilettanti jahsbu li dawn iz-zewg genera hunna qrib lejn xuixin, izda dan huwa zball, ghaliex hemm hafna differenza bejn dawn iz- zewg genera.

Studju li sar dan l-ahhar wera li l- Melocactus gejjin direttament mir-razza tac-cerei, filwaqt li l-genus tad- Discocactus joqorbu aktar lejn il-kakti globulari, bil-Gymnocalycium bhala l- genus l-eqreb lejh. Fil-Melocactus insibu li meta xitla tibda tiproduci ic-cephalium, din ma' tikbirx aktar u jibqa jikber biss ic- cepholium. Fid-Discocactus insibu li kemm ic-cephalium, kif ukoll il-parti hadra jibqghu jikbru f'daqqa. Differenza ohra kbira hija fil-fjuri. Il-fjuri tal-Melocactus huma zghar ferm u qatt ma jkollhom dijametru aktar minn xi 3 jew 6 mm., u dawn jifthu matul il-gurnata. Il-kulur tal- fjuri tal-Melocactus ikunu dejjem ta' lewn hadrani. Mil-banda l-ohra l-fjuri tad- Discocactus huma kbar ferm, u jkollhom dijametru ta xi 60 mm, U tubu twil ta' madwar 80 mm jew aktar u jifthu bil-lejl. Filwaqt li jfuhu ferm, u dejjem huma ta' lewn abjad jew krema.

Kien ghal habta ta' nofs is-sittinijet meta fl-ahhar bdiet tidher iz-zerriegha ta' xi ftit speci. Jiena mill-ewwel kont ordnajt zewg speci differenti, izda ma kien nibet xejn. S-sena ta' wara qtajt qalbi minn dan il- genus u ghalhekk m'ordnajt l-ebda speci minnu. Fl-1975, Alfred Lau kien bagbatli ftit zerriegha tad-Discocactus bnus, li anke llum din hija speci rari hafna. Minkejja dan kollu z-zerriegha kienet friska u nibtu kollha.

Discocactus bolivianus bil-fjuri

Kinet tfaccat problema ohra. Dak iz- zmien kien jigi Malta l-John Innes Compost, li ma kienx maghmul mill-peat, izda kien maghmul apposta ghall-kaktus. Minhabba li l-prezz tieghu kien gholi hafna, kont nuzagh biss ghaz-zerriegha u forsi ghalhekk kienu nibtu sewwa. Meta bdejt nittraspjanta x-xtieli ckejknin bdew imutu, izda fl-ahhar irnexxieli nzomm xitla wahda biss. Din qatt ma kibret sewwa, u wara hafna snin mitet ukoll. Ergajt domt hafna snin ma ninteressax ruhi f'dan il- genus u fil-kollezzjoni ma kelli l-ebda speci minnu.

Xi 15-il sena ilu wiehed mid-dilettanti tal- Ghaqda beda' jgib iz-zerriegha tad- Discocactus u minkejja li ma kienx qieghed juza l-kompost tal-peat wahdu kellu success. Kont mort ghandu u tassew taxxaqt bl-ispeci li kien qieghed ikabbar. Dawn kienu kollha bic- cephalium, u minnhom kien sahansitra gabar hafna zerriegha. Kien hawn li ndunajt li matul ix-xitwa dawn il-kakti kienu jridu xi ftit tas-shana aktar minn kakti ohra. Kien facli li jkollhom is-shana li jridu jekk ikunu f'serra maghluqha. Dan il- habib taghni xi ftit zerriegha. Taghni ukoll xi ftit seedlings. Jiena hawwilt dawn is- seedlings f'kompost tal-peat biss u dawn kibru malajr. Kien minn hawn li jiena ergajt bdejt ninteressa ruhi f'dan il-genus.

F'dan l-istess zmien, l-Ghaqda kienet gabet minn barra minn Malta kelliemi li ghamlilna tahdita fuq il-kaktus tal-Brazil. F'din it-tahdita kien uriena hafna slides ta' speci differenti to' Discocactus fl- ambjent natural taghhom. Hawn sirna nafu li dawn il-kakti jikbru fix-xquq tal-blat tal-granit, fil-parti tropikali tal-Brazil. F'dawn l-inhawi mhux biss taghmel hafna xita, izda taghmel ukoll is-shana s-sena kollha. Fdawn l-inhawi normalment ma jikbirx kaktus, izda f'dawk l-inhwai fejn hemm il-blat tal-granit fil-wicc jinholoq ambjent xott. Dan ghaliex l-ilma tax-xita jiskula minnhu malajr, filwaqt li x-xemx tropikali tnixxef minnufih dak il-ftit ilma li jkun fadal fix-xquq tal-blat. Dan kollu johloq post ideali ghal dan il-kaktus fejn ma jkollux kompetizzjoni minn xi kwalita ta' xtieli ohra. Minn dak iz-zmien 'l hawn m'ghaddietx sena li ma gibtx iz-zerriegha ta'xi ftit speci minn dawn il-kakti.

Minn hawn 'l hemm dejjem kelli success. Bdejt nuza zewg methodi differenti, li t- tnejn hwma tajbin. Jiddependi biss fuq kemm tkun maghggel biex tkabbarhom u fuq kemm ikollok esperjenza, kif ukoll fuq xi speci tkun qieghed tkabbar. Dawk l-ispeci li huma kabbarin nippreferi li nkabbarhom bhal kakti l-ohra. Minnaha l- ohra dawk l-ispeci li huma ckejknin inlaqqamhom meta jkunu ghadhom seedlings. Id-Discocactus horstfl huwa speci ckejkna u xitla matura qatt ma ikollha dijametru t'aktar minn 4 jew 5 cm. Minhabba f'hekk din l-ispeci tikber bil- mod ferm u ghalhekk ikollok bilfors tlaqqam is-seedlimgs ftit-wara li jinbtu biex b'hekk jikbru malajr u aktar b'sahhithom. Dan l-istess metodu jista' jintuza ghall-ispeci kollha, izda minhabba li l-maggoranza ta' l-ispeci jistghu jilhqu dijametru ta' madwar 14-il cm. jkun ferm ahjar li wara xi erba' snin tipprova tnehhihom minn fuq it-tilqima. Din il-haga trid issir ghal habta t'April, ghaliex f'dan iz-zmien l-gheruq johorgu aktar malajr. Din hija haga facli u jekk ix-xtieli jkunu diga bdew jikbru m'ghandux ikun hemm diffikulta. L-ispeci kabbariin jistghu ma jitlaqqmu xejn, izda sintendi fuq gheruqhom jikbru izjed malajr.

Discocactus araneispinus
Ic-cephalium beda jifforma.

Meta nitkellem fuq xi genus partikolari dejjem inhobb nispicca billi nsemmi xi ftit speci li fl-opinjoni tieghi jkunu isbah mill- ohrajn. Meta bdejt nahseb fuq din il- haga ma stajtx insib liema kien l-isbah, ghaliex kollha huma sbieh - ferm. Speci ohra li tibqa' ckejkna bhad-Discocactus horstfl, hija d-Discocactus bueneked li ghalkemm ma tantx tikber dak li jkun jista' ma jlaqqamiex ghaliex tikber malajr. Din hija wkoll speci li taghmel hafna frieh. Speci 0hra sabiha ferm hija d-D. cibispinus li ghandha xewk twil ta' lewn safrani car. Speci ohra b'xewk car hija d- D. araneispinus. Speci ohra li tixbah lil din ta' l-ahhar hija d-Discocactus citeolems b'xewk kannella. Ix-xewk ta' dawn l-ispeci huwa differenti hafna minn ta' l-ispeci l-ohrajn, ghaliex jiksi lix-xitla kwazi ghall-kollox. Dawn id-Discocactus huma xi ftit differenti mill-ohrajn li generalment il-bicca l-kbira ghandhom xewk ohxon ta' lewn sewdieni. Speci ohrajn sbieh u b'xewk ohxon huma d- Discocactus placentiformis li jibqa catt hafna, d-Discocactus crystallophilus li ghandu xewk ohxon ta' lewn iswed, milwi 'l isfel, u d-Discocactus estevesii b'xewk ohxon, kannella car u qasir u rari huma id-D. magnimammus huwa speci interessanti hafna ghaliex mhux biss hija wahda minn dawk l-aktar li jikbru, izda ghandha wkoll cepholium kbir sewwa u qishom hafna mammelli kbar li jfakkuruni fil-kustilja tal-Gymnocalycium Forsi l-aktar speci rari huma d-Discocactus boliviensis li jikber fil-Bolivja li semmeit fil-bidu u zewg speci mill-Brazil, li huma d-Discocactus ferricoict u d-Discocactus selvaticus.

Discocactus magnimammus
b' cephalium kbir u bil-fjuri nixfin fuqu.

Minghajr dubju ta' xejn min ikun ghadu jibda' fid-delizzju taghna, jew ma jkOllux serra, m'ghandux ghalfejn jintriga bl- ispeci ta' dan il-genus, ghaliex iridu ftit aktar attenzjoni u protezzjoni mill-kaktus l- iehor, izda dawk li ghandhom serra u diga ghandhom xi ftit esperjenza ghandhom jippruvaw izidu dawn il-kakti hekk sbieh mal-kollezzjoni taghhom.


Donated by the Cactus & Succulent Society visit Cactus and Succulent club website

Share |


See your advert here for $50 ...

EggArt by Candice

pet xstitch free pattern

Download Fantastic Wallpapers for free

.

Quick links: Home Birds Cats Dogs Fish Exotic Plants Free cross stitch pattern Free stained glass patterns Eggart by Candice Top Cocktail Recipes

page generated in 0.011000 seconds
61