Il-Gebel haj tal-Messiku
minn Gorg Borg Marks
Xtieli catti, baxxi ma' l-art, ta' kulur
hadrani jaghti fil-kannella, b'qoxra
harxa, jikbru bil-mod hafna. Hekk hija d-
deskrizzjoni generali ta' dawk il-kakti li
ntefghu fil-genus ta' l-Atiocarpus - genus
ta' kakti mfittxija ferm minn dawk id-
dilettanti li jiddelittaw ikabbru kakti fini u li
joffru xi ftit ta' sfida biex tkabbarhom sew.
Ariocarpus retusus
L-Istorja tal-genus Ariocarpus
Il-genus Ariocarpus inholoq minn
Scheidweiler fl-1838 ghal A. retusus. Fl-
1842, Lemaire ippublika dak li hu maghruf
illum bhala A. kotschoubeyanus bhala
Anhalonium kotschoubeycinum jigifieri gol-
genus li kien holoq hu stess tliet snin qabel
fl-1839. Minn hawn johrog li, skond ir-regoli
tal-botanika, l-isem Ariocarpus jirbah fuq
dak ta' Anhalonium ghax dan ta' l-ahhar
twaqqaf wara l-iehor. Matul is-snin ta'
wara gew ippublikati hafna speci li llum
huma fil-genus ta' l-Ariocarpus bhala
Anhalonium u sahansitra
bhala Mammillaria. Bhala
ftit ezempji, kien hemm
Mammillaria fissurata
(Endelmann,1856) u
Anholonium trigonum
(Weber,1893). Fl- 1880,
Hemsley nehha Anhalonium u dahhal l-
ispeci kollha gol-Mammillaria izda Coulter
rega dahhal Anhalonium fl-uzu fl-1894.
Kienu Schumann u Thompson li fl-1898
ikkoregew l-izball li kien sar u introducew
mill-gdid l-isem Adocarpus. Holqu wkoll il-
genus tal-Lophophora ghal dik li qabel
kienet Anhalonium williamsii, (illum
Lophophora williamsli), li kienet tpoggiet
f'dan il-genus minn Lemaire fl-1839. Il-
famuzi Britton u Rose gharfu tliet speci ta'
Adocarpus fl- 1922, A. retusus, A. fissuratus u
A. kotschoubeyanus.
Ariocarpus fissuratus
Fl-1925 kien hemm zvilupp iehor ghax
Berger holoq genus gdid bl-isem ta'
Roseocactus ghal A. kotschoubeyanus, A.
fissuratus u A. lloydii li hu fired minn A.
fissuratus. Fl-1930 Bodeker iddiskriva A.
scaphorostrus. Kemm fl-1939 u kif ukoll fl-
1945 Borg m'gharafx l-isem ta'
Roseocactus u rega dahhal kollox fl-Adocarpus. Hu gharaf A. retusus, A.
furfuraceus, A. kotschoubeyanus, A.
rissuratus, A. lloydii, A. scapharostrus u A.
trigonus li qabel kien inhareg minn A.
retusus minn Weber (1893) u minn
Schumann (1898).
Ariocarpus scapharostris
Genus gdid iehor twaqqaf minn
Castaheda fl-1941 ghal Neogomesia
agavoides u ftit wara, fl-1946, Marshall
dahhal ir-Roseocactus bhala subgenus ta'
l-Ariocarpus. Fis-snin 1960, 1962 u 1985,
Anderson gharaf sitt speci t'Ariocarpus,
nehha l-A. floydii u ghamlu bhala varjeta
ta' l-A. rissuratus, dahhal l-A. fuduraceus
gol-A. retusus, waqqaf l-A. agavoides flok
in-Neogomesia agavoides filwaqt li zamm
ir-Roseocactus bhala, subgenus ta' l-
Ariocarpus.
Taqliba ohra, din id-darba minn Backeberg
fl-1965 u 1966, spiccat biex rega tfaccaw
ir-Roseocactus u n-Neogomesia bhala
genera separati mill-Ariocarpus. Fl- 1989
Stuppy u Taylor iddiskrevew l-A. fissuratus v.
hinfonii filwaqt li l-A. bravoanus tfacca fl-
1992 wara publikazzjoni minn Hernandez u
Anderson. Fl-1997 Anderson u Fitz Mautice
nehhew ir-Roseocactus ghal kollox u
nehhew ukoll l-A. rissuratus v. lloydii ghax
qalu li hu l-istess bhall-A. fissuratus. Huma
gharfu sitt speci, ghamlu l-A. rissuratus v.
hintonii bhala subspeci ta' l-A. bravoonus,
ghamlu l-A. trigonus bhala subspeci ta' l-A.
retusus u biddlu l-A. scapharostrus ghal l-A.
scaphorostris kif kien irrakomanda Hunt fl-
1991.
Ariocarpus fissuratus var lloydii
Fl-1998 Halda u Horacek iddiskrevew l-A.
confusus, l-A. retusus fa. scaphorostroides u
l-A. retusus subsp. pancrottoi. Fl-1998 ukoll
Haida iddiskriva l-A. trigonus v. horacekii u
fl-istess sens, din id-darba flimkien ma'
Horacek u Panarotto, ippublika l-A. retusus
subsp. jormilae u l-A. scaporostrus v.
swobodoe. Haida u Panarotto iddiskrevew
l-A.retusussubsp.horacekii fl-1998 ukoll. L-
ahhar taqliba s'issa saret ukoll fl-1998 minn
Haida. Dan ippublika revizjoni shiha tal-
genus Adocarpus fejn mhux biss gharaf
aktar speci izda inkluda fih hafna speci
ohra li huma go genera ohra bhal
Obregonic, Strombocactus u
Pelechephora.
Abitat
L-Ariocarpus jinstabu fid-dezert imsejjah
Chihuahuan u, hlief ghal speci wahda li
tinstab ukoll fil-punent ta' Big Bend fTexas,
Stati Uniti, kollha jigu mill-Messiku. Jinstabu
b'certa diffikulta, go art miftuha b'hafna
ramel, qalb gebel ta' origini kalkareju (bl-
Ingliz imsejjah limestone), normalment fuq
gholjiet f'gholi ta' madwar 1000 sa 2000
metru. X'uhud jinstabu sahansitra f'art
taflija li jkun fiha l-gypsum ukoll. L-isem
gebel haj ma nghatax ghalxejn. Il-forma
ta' dawn ix-xtieli hija stramba hafna. fl-
kulur ukoll jghinhom biex jintilfu qalb il-
gebel li jinstabu fih. Kultant wiehed
jghaddi minn hdejhom u lanqas biss
jinduna jekk ma jmurx fl-istagun meta
dawn jaghmlu l-fjuri.
Ariocarpus agavoides
Fl-artiklu tieghu imsejjah "Ariocarpus: Some
Reminiscences" ippublikat fil-Cactus and
Succulent Journal (U.S), V61.71 (1999),
NruA, p. 180-190, Edward Anderson,
awtorita assoluta fuq dan il-genus,
jirrakkonta kif fl-1957 mar f' Big Bend flimkien
ma' martu biex isib ftit xtieli ta' l-Ariocarpus
u ohrajn tal-Lophophora ghal studju li kien
qed jaghmel ghat-tezi tieghu. Huwa jghid
li mar fAwissu ifittex dawn ix-xtieli u meta
tela' fuq il-quccata ta' gholja baxxa
lemah speci ta' disinn fil-gebel u mill-ewwel
intebah li kien sab l-ewwel Adocarpus ta'
hajtu. Huwa jkompli jghid li matul l-erbghin
sena li ghaddew minn dak in-nhar u fost il-
mijiet t'Ariocarpi li huwa kellu l-opportunita
li jara fl-abitat, jiftakar kemm huma kapaci
jistahbew sew dawn ix-xtieli qalb il-gebel.
Huwa jghid li xi snin qabel, Marcelino
Castaheda kien sab in-Neogomesio
agavoides fl-istat ta' Tamaulipas (u l-
Obregonia fil-wied ta' Jaumave), u kien
qallu li din kienet impossibli tinstab jekk ma
tkunx qed taghmel il-fjuri tant kemm kienu
jintilfu qalb il-gebel. Huwa jghid li mar fuq
il-post u wara tfittxija mhux ftit ra ftit ponot
hergin mill-gebel. Din kienet l-unika haga li
biha setgha jsib dawn ix-xtieli ghax kienu
kwazi kollha taht l-art. Darba ohra
jirrakkonta li habib tieghu kien spjegalu fejn
kien sab l-Ariocarpus kotschoubeyanus bil-
fjuri bojod. Huwa mar fuq il-post u ma sab
xejn. Sena wara rega mar fl-istess post ma
dan il-habib tieghu u meta spjegalu li ma
kienx irnexxilu jsib ix-xtieli qallu biex ihares
lejn riglejh ghax kien qed jirfis hom.
Ariocarpus kotschoubeyanus
Kultivazzjoni
Il-genus ta' l-Ariocarpus minn dejjem kien
suggett ta' hafna attenzjoni mid-dilettanti
tal-kaktus izda kien ukoll imkebbeb f' hafna
ghidut. Hafna kienu, u ghadhom, jghidu li
dawn huma xtieli li huma difficli hafna biex
tkabbarhom sew. Ohrajn jghidu li ma jikbru
xejn u li ma jridux ilma. Hemm min jghid li
dawn jikbru izda bil-mod hafna u difficli
hafna tkabbarhom miz-zerriegha.
Ariocarpus bravoanus
L-ewwel darba li jien rajt xtieli ta' l-
Ariocarpus hajjin, jigifierii mhux fuq ritratt,
kien ghand habib kbir tieghi li sa' llum
ghad ghandu kollezzjoni kbira. Dawn
kienu kif inghad aktar 'l fuq, xtieli li
tahsibhom imqadda, qishom gebel. Kont
ghadni zghir u principjant fit tkabbir tal-
kaktus u niftakar li dan kien qalli li dawn
xtieli li ma jridux ilma u jekk jisfa' jkun, jekk
titfa ftit qtar ilma minn fuq, l-istess numru ta'
qtar ghandhom johorgu minn taht il-
qasrija. Mill-ewwel dahhalli frasi kemm
huma delikati dawn ix-xtieli. Illum nahsibha
mod iehor. Ma rridx nghid li jien xi espert
ta' l-Ariocarpi, izda mill-esperjenza tieghi u
minn dak li nisma minn dilettanti ohrajn
jidher li dawn huma xtieli normali. Iridu kura
bhall-ohrajn, xi ffit tad-dell ukoll biex
tipprotegihom mill-qilla tax-xemx ta'
pajjizna. Tisqija regolari fix-xhur shan u nixfa
fil-kesha, huma dak kollu li jitolbu. Il-hamrija
trid tkun miftuha sew u smajt min jghid li
iridu xi ftit hamrija lokali. Ghalkemm jien
qatt ma ppruvajt il-hamrija kalkareja
taghna, nahseb li jaghmel sens li ma
jiddejqux fiha ghax wara kollox, huma
jinstabu f'hamrija li tixbah fil dik li tinstab
lokalment. Zgur ma naqbilx ma dawk Ii
jghidu li ma jikbru miz-zerriegha. Jien
ippruvajt hafna u dejjem irnexxili sew.
Jikbru b'rata tajba ukoll izda wiehed ma
jridx jistenna xi kobor fenominali ghax wara
kollox dawn huma Ariocarpi u mhux xi
Cereus. Fl-ewwel tliet xhur, jaghmlu
progress tajjeb u johorgu xi tnejn jew tliet
werqiat (jekk nistghu nsejhulhom hekk),
dawk li bl-ingliz jissejhu 'tubercles'.
Ariocarpus confusus
Ix-xtieli zghar jipproducu gherq ohxon, bl-
Ingliz imsejjah 'tap root' u hawn, fil-fehma
tieghi huwa s-sigriet ghal tkabbir tajjeb. lx-
xtieli jridu jithawwlu fi qsari kbar bizzejjed
biex dan l-gherq jibqa jikber tajjeb u
minghajr razan.
Hafna huma tal-fehma li dawn ghandhom
jitlaqqmu. Huwa minnu li jekk jitlaqqmu
dawn jikbru ferm aktar malajr. Jien
ippruvajt inlaqqam Adocarpi. Jikbru ferm,
jisbiehu u jaghmlu fjuri f'qasir zmien.
Niftakar li darba laqqamt xi ftit f' Lulju,
jigifieri meta kellhom biss tliet xhur u sal-
Milied tnejn minnhom kienu diga qed
jaghmlu l-fjuri. Izda l-esperjenza tieghi hi li
dawn jibdew jitilfu l-forma karatteristika
taghhom u jaghmlu hafna frieghi, haga Ii
Ariocarpus fuq l-gheruq tieghu ma tantx
jaghmel malajr. Illum ma ghadnix
inlaqqamhom jekk mhux bilfors.
Certament li tkabbar Ariocarpus miz-
zerriegha biex tara l-fjuri mhux xi cajta izda
tista' tistenna li wara tliet snin l-A.
agavoides itella fjuri vjola tieghu, filwaqt li
l-A. kotschoubeyanus A sens jew tnejn
wara. L-A. retusus ma tantx idum wara u
hu, flimkien ma' l-A. rissuratus, jaghmlu l-
fjuri sas-sebgha sena miz-zernegha. Il-fjuri
tista' tistennihom ghall-harifa.
Ariocarpus ratusus li nistghu niltaqghu mieghu bhala ariocarpus furfusaceus
Nahseb li l-Ariocarpi ma tantx jaghtu
problemi fil-kultivazzjoni. Wiehed ma jridx
jghaggilhom, ikabbarhom f' hamrija
miftuha minghajr hafna peat (jew xejn),
f' hafna dawl izda mhux xemx diretta ghax
inkella jitqaddu u bil-kwantita ta' l-ilma
meqjusa.
Specl differentil
Jekk niehdu bhala bazi l-kiassifikazzjoni
t'Anderson u Fitz Maurice, l-ispeci ta' l-
Ariocarpus huma dawn:
agavoides,
bravoanus subsp. bravoanus,
bravoanus subsp. hintonii,
fissuratus,
kotschoubeyanus,
retusus subsp. retusus,
retusus subsp. trigonus
scapharostris.
L-A. agavoides hija wahda mill-icken speci
f' dan il-genus. Instabet fl-1941 u nghatat l-
isem ta' Neogomesia agavoides ghal
Marte Gomez li kien gvernatur ta'
Tamaulipas. L-isem agavoides inghata
ghax din ix-xitla tixbah hafna lil Agave
zghira. Tinstab tikber fuq gholjiet kollha
blat tal-franka u fi pjanuri f'gholi ta' 1200
metru qrib il-belt ta' Tula f' Tamaulipas.
Interessanti huwa l-fatt li t-tfal tal-lokal
jomghodu din ix-xitla bhal helu. Din ix-xitla
facli taghmel il-fjuri meta tkun zghira.
Dawn ikunu ta' kulur magenta.
A. bravoonus subsp. bravoonus hija xitla li
nstabet ftit snin ilu biss u giet ippublikata fl-
1992. Tirraprezenta tip t'Ariocarpus li tigi
bejn dawk li qabel kienu jissejhu
Roseocactus, jigifieri xtieli b'farrett fin-nofs
fuq l-'areole', u dawk ix-xtieli li
m'ghandhomx farrett bhall-A. retusus,
jigifieri bl-'areole' shih. Tinstab tikber
f 'roqghat zghar fit-tramuntana ta' San Luis
Potosi fi pjanuri mimiija gebel tal-franka
f'gholi ta' 1500 metru qalb arbuxxelli tal-
'creosote'. Il-fluri huma bojod minn barra u
roza minn gewwa.
L-A. bravoonus subsp. hintonii tixbah hafna
lil tip t'A. fissuratus izda jinstabu boghod
minn xulxin fin-natura u ghandhom
struttura ferm differenti. Jersqu aktar lejn l-
A. bravoanus u flimkien ma' din ix-xitla
jirrapprezentaw l-estremitajiet ta' l-istess
speci. Tinstab f' zewg postijiet fin-nofs in-
nhar ta' Matehuala f'gholi ta' 1600 metru
fuq gholjiet kollha gebel zghar tal-franka.
Il-fjuri johorgu bikri fl-istagun u huma ta'
kulur magenta.
Ariocarpus bravoanus subsp. hintonii
L-A. fissuratus hija l-unika xitla tal-genus
Adocarpus li tinstab ukoll fl-Istati Uniti, fir-
regjun ta' Big Bend u matul ix-xmara Rio
Grande, fl-istat ta' Texas. Tinstab tikber
ukoll fi Coahuila fil-Messiku. Din tinstab
f' hafna forom differenti u ghalhekk inholqu
hafna ismijiet ta' varjetajiet. Forma kbira u
b'ghamla tonda tinstab tikber fil-Messiku u
din nghatat l-isem ta' A. floydii. Forma
bejn dawn it-tnejn tinstab tikber f' Coahuila
u din issejhet A. intermedius. L-A. rissuratus
jinstab jikber fuq gholjiet tal-franka u ukoll fi
pjanuri f' hamrija taflija u mrammla f' gholi
ta' 1200 metru. Il-fjuri huma ta' kulur vjola.
L-A. kotschoubeyanus jinstab jikber l-aktar
fuq gholjiet f'gholi ta' bejn 1000 u 1400
metru f' hafna postijiet imferrxa sew mal-
Messiku. Il-forma li tikber l-aktar lejn it-
tramuntana hija dik misjuba bhala A.
kotschoubeycinus v. macdowellii. Din hija
forma izghar u ghanda 'tubercles' f' forma
ta' munqar. Il-fjuri huma ta' kulur vjola fl-
ahmar. Ghal kuntrarju, dik il-forma li tinstab
l-aktar lejn nofs in-nhar hdejn Vista
Hermosa fi Queretaro hija maghrufa bhala
A. kotschoubeyanus v. elephontidens ghax
hija ferm akbar, ghanda tubercles aktar
f' forma trijangulari u bi fjura vjola skur.
F'Tamaulipas tikber forma ohra zghira bi
fjuri bojod u ghalhekk hija maghrufa bhala
A. kotschoubeyanus v. albiflorus.
L-A. retusus subsp. retusus, bhall-A.
kotschoubeyanus, huwa mferrex fuq
medda kbira tal-Messiku u tinstab f'gholi
ta' bejn 1300 u 2000 metru kemm fuq
gholjiet kif ukoll fil-pjanuri. Aktar 'l isfel, bejn
200 u 800 metru fi Sierra Madre Oriental,
tinstab l-A. retusus subsp. higonus.
Minhabba li din ix-xitia tinstab f' hafna
postijiet differenti, tinstab f' hafna forom
differenti. Fil-fatt, dan l-ahhar, gew
ippublikati hafnaa subspeci ta' l-A. refusus
bhall-A. retusus var. scapharostroides minn
Villa Juarez, A. retusus subsp. jarmilae, A.
retusus subsp. horaceki, A. retusus subsp.
panarottoi u A. retusus var. minimus, izda
huwa mahsub li dawn m' huma xejn hlief
forom differenti ta' l-A. retusus u mhux
varjetajiet jew subspeci. A. retusus
taghmel fjura bajda.
L-A. retusus subsp. trigonus huwa wiehed
mill-kbar tal-genus. Kif intqal aktar 'l fuq,
din ix-xitla tinstab fuq ix-xaqliba li thares lejn
Lvant tas-Sierra Madre Oriental bejn Montemorelos u Linares f' Monterrey u
tibqa niezla ghal go l-Istati ta' Nuevo Leon
u Tamaulipas. Hemm misteru dwar ix-xtieli li
jinstabu vicin ta' Aramberri ghax tinstab
forma ftit differenti. Din xi drabi tissejjah A.
confusus. Forma nteressanti hija dik
imsejjha A. trigonus 'elongatus' li hija l-istess
izda bi tubercles irqaq u itwal. Din ix-xitla
taghmel fjuri ftit safranin.
Ariocarpus retusus subsp. trigonus nistghu nsibu dan il-kaktus bhala Ariocarpus trigonus var. elongatus
L-A. scaphirostris hija xitla baxxa, ta' kulur
hadrani fil-griz u tinstab f' wied wiehed fi
Nuevo Leon fuq ghoijiet baxxi f' hamrija
taflija. Hija ftit difficli biex titkabbar tajjeb u
tikber bil-mod. Hija taghmel fjura vjola.
Dan l-ahhar giet ippublikata l-A.
scaphirostris var. swobodae, izda din
x'aktarx hija l-istess u mhux varjeta.
Referenzi:
Anderson, F., Arias Montes, 5. and Taylor, N.P.
(1994) Threatened Cacti of Mexico, Royal
Botanic Gardens, Kew, U.K.
Weightman, B. (1991) Ariocarpus - cacti for the
young (or young at heart), The Cactus File Vol.1
(1), Cirio Publishing Services Ltd., Southampton,
U.K.
Weightman, B. (1995) Ariocarpus Update, The
Cactus File Vol.2 (7), Cirio Publishing Services
Ltd., Southampton, U.K.
Hajr:
Hafna mill-informazzjoni f' dan l-artiklu hija
migjuba minn fuq bosta artikli li jinstabu fuq il-
web site ta' l-internet li ghanda indirizz kif gej:
http://www.living-rocks.com/
Din il-web site hija minjiera ta' informazzjoni fuq
l-Ariocarpus u maghmula minn John Miller.
Minbarra informazzjoni migbura minnu stess,
Miller jigbor fiha artikli minn awturi ohra u li gew
ippublikati f' rivisti ohra. Ghal fini ta' dan l-
artiklu, John Miller u Andreas Laras, awtur iehor
ikkwotat fuq din il-web site mill-Grecja u li kiteb
fuq it-tkabbir ta' l-Ariocarpus miz-zerriegha, taw
lill-awtur permess bil-miktub biex il-kitba
tinqaleb ghal-Malti ghal-publikazzjoni f'dan il-
magazin Ghalhekk l-awtur jixtieq jirringrazzjhom
ta' dan il-permess miksub.
Nota ta' l-ahhar
Propju meta kont lestejt dan l-artiklu wasal
ghandi r-"Repertorium Plantarum
Succulentarum ta' l-1999. Din il-pubblikazzjoni
jkun fiha t-tibdil fl-ismijiet, u l-ismijiet godda
kollha, tal-kaktus u s-sukkulenti l-ohra li jkunu
saru f'din is-sena. Kien hawn li sibt li issa J. Luthy
kien ikklassifika l-A. bravoonus bhala A.
fissuratus ssp. bravoanus. Dan l-istess botaniku
ippubblika wkoll l-A. retusus ssp. confusus.
Halda ippubblika subspeci gdida ta' l-A.
fissuratus taht l-isem t' A. fissuratus ssp. pallanus.
Dan l-istess botaniku ghamel ukoll bhala
subspeci ta' l-A. kotschoubeyanus, l-
elephantidens u l-macdowelli li qabel konna
nafuhom bhala varjetajiet ta' dik l-ispeci. Halda
u Horacak ippublikaw ukoll subspeci gdida taht
l-isem t' A. kotschobeyanus ssp. siadkovskyi.
S'issa ftit li xejn ghandna informazzjoni fuq l-A.
fissuratus ssp. pallanus Halda u l- A.
kotschoubeyanus ssp. siodkovskyl Halda &
Horacak, li huma t-tnejn ismijiet godda.
Donated by the Cactus & Succulent Society visit Cactus and Succulent club website
|
|