Articles
Bonsai Club
Cactus Club


Dogs Plants Cats Fish Birds Exotic PetNGarden

News Shops My pet page Search Contact List Win Free Services send e-mail

It-Tieni mawra tieghi fil Messiku

minn Amante Darmanin

Il-hames u l-ahhar parti

16-7-1998 Imxejt sal-muntanji kbar mimlija sigar. Ma tlajtx ghal fuqhom izda mxejt parallel taht id-dell taghhom. Ghall- ewwel ma bdejtx insib kaktus jew sukkulenti u kont ga bdejt neghja, izda mbaghad ergajt sibt il-Manfreda singuliflora, kif nizzilt il-baskett biex nigbed rittrat insib il-Gymnocactus beguinii. Imxejt ftit iehor u sibt clump tal-Coryphantha delaetiana. Dawn kienu tliet speci li ma kontx sibthom f`Saltillo.

Echinocereus pectinatus?
fi stat eccelenti; Mapimi, Durango.

Widien twal kienu nizlin minn fuq il-muntanji. Ma kinux wiesghin u lanqas fondi aktar minn sitt metri u peress li dawn kienu fi triqti, kull darba kelli noqghod ninzel u nerga' nitla'. Nahseb li ghamilt hekk aktar minn ghaxar darbiet. G. beguinnii kien hawn hafna, uhud minnhom kbar u anke bil-fjuri. Bqajt miexi mhux hazin u fl-ahhar wasalt f`bicca aktar bil-blat u hawn sibt l-Agave falcata(?) Flimkien ma' l-A. lechuguila li kienu aktar hodor minn ta' Bermejillo. Kien hawn ukoll in-Neolloydia conoidea, l-Coryphantha palmeri u l-Mammillaria winterei.

Tlaqt lura lejn il-lukanda u ghidt lill-mara biex nergghu mmorru fil-kampanja. Qbadna karozza tal-linja. Ahna u sejrin ghamlet hafna xita u bdiet diehla mis-saqaf tal-karozza. Kif hrigna mill-periferija ta' Saltillo waqafna hdejn gholja u nzilna. Qsamna minn ghalqa b'xi mod, mbaghad wasalna f`bicca xaghri li kien mimli kollu kaktus. It-tfal qghadu jilaghbu filwaqt li jien bdejt nimxi ghal kull fejn bdejt nara l-kaktus. Dawn kienu Hamatocactus hamatocanthus, kbar u bil-fjuri sofor, minbarra jaghtu fl-orangjo. Ma kienx hawn xi kwantitajiet enormi, ftit imxerrdin li kienu jidhru mill-boghod minhabba l-fjuri. Kien hemm ukoll l-Echinocereus stramineus; hafna clumps bix-xewk abjad folt. Bhal dawn kont sibt minnhom id-darba l-ohra f`Ramos Arispe, ftit kilometri boghod minn hawn. F`Ramos Arispe kien hemm hafna aktar. Xtieli ohra li kont sibt f`Ramos Arispe kienu l-Echinocactus horizonthalonius, izda filwaqt li dawk kienu catti ma' l-art, dawn t'hawhekk kienu 'l fuq. Sibt l-Opuntia microdysis tax-xewk isfar u l-O. grahami. Martha dahhlet xi tnejn go saqajha. Meta kont tbieghedt bicca sew ghajtitli l-mara. Kif wasalt qaltli ma nafx dawn sibtx bhalhom u urietni xtieli taht l-arbuxelli. Kienu l-Lophophora williamsi,

Lophophora williansii; Saltillo, Coahuila

kien hemm xi sitta minnhom, kbar hafna u nofshom mghottijien bir-ramel. Fittixt aktar fil-qrib u sibt aktar minnhom. Kien hemm minnhom bil-fjuri. F'Saltillo wkoll jiena u Albert, konna sibna wahda però r-ritratt kien gie mzelleg. Ergajt tbeghidt aktar u sibt il-Mammillaria winterae(?). Bdejt tiela' gholja u sibt aktar L. williamsii, kien hemm hafna mxerrdin ma' kullimkien. Sibt ukoll il-Mammillaria pottsii. Aktar 'il fuq sibt xitla wahda ta' l-Echeveria cuspidata(?). Ftit wara, sibt l-Astrophytum capricorne v. minor dan kien mohbi sewwa qalb ix-xtieli nixfin, u x-xewk tieghu wkoll kien il-lewn u d-daqs ta' dawn ix-xtieli. Inzilt mill-gholja ghax kont tbighedt sew. Kienet bdiet traxxax ix-xita u x-xemx kienet waslet biex tinzel. Li kieku bqajt hemm zgur li kont insib xi speci ohra. Qsamna l-highway u qghadna nistennew il-coach tghaddi. Ma` din in-naha kien hawn fabbrika u l-haddiema bdew hergin mix-xoghol. Waqaf wiehed u dan qalilna li hu ma kienx ghal Saltillo, izda ta' warajh kien. Qalilna li l-iehor ma kienx jaf bl-Ingliz, izda offra li jwassalna. Accettajna u hadna rikba sa quddiem il-lukanda f`karozza lussuza, bl-arja kkondizzjonata. Tana wkoll basket tin vera bnin. In-nies huma generuzi u malajr jippruvaw jaghtuk l-ghajnuna li jkollok bzonn.

Gymnocactus beguinii, Saltillo, Coahuila.

17-7-1998 Tlaqna ghal Galeana, villagg qalb il-muntanji fl-Istat ta` Nuevo Leon. Hawn ukoll kont gejt id-darba l-ohra. Galeana sirt nafha sew u wara li hallejna l-affarijiet fil-lukanda, erhejtilha nimxi, ghalkemm kien sar hafna hin. Fuq genb ta` triq, taht muntanja bdejt insib il-

Agave lechuguila : Bermellio Durango

Echinocactus horizonthalonius; Saltillo, Coahuila

Ferocactus stainesii, dawn il-kaktus huma twal xi zewg metri u hoxnin xi 40 cm jew aktar. Xtieli sbieh hafna ghax ghandhom ix-xewk twil, folt, ahmar u meta jaqbad ix-xemx tghidtx kemm ikun sabih. Il-frott taghhom huwa isfar u dan ikompli jaghti aspett isbah lix-xitla. Dawn ix-xtieli ma ssibhomx bil-kwantità, izda l-clumps li jaghmlu u l-kulur tax-xewk jiddistingwihom minn distanzi twal. Ix-xtieli prominenti ta' hawnhekk huma l-Echinocactus platyacanthus u dawn ukoll huma kbar daqs rota ta' karozza. Kienu bil-fjuri sofor fil-qalba tax-xitla qishom xi isfar ta' bajda go tagen tal-bellus. Kien hawn it-Thelocactus mathudae, xitla komuni hafna f'Galeana. Kellhom hafna frott vojt ghax ga kienu garrewh in-nemel jew annimali ohra. Rari ssib xi wahda biz-zerriegha. Kaktus iehor li kien hemm u li ghandu distribuzzjoni kbira huwa n-Neolloydia conoidea. Hafna aktar rari, bhala kwantità u mhux distribuzzjoni, hija l-Mammillaria formosa. Bojod karti u mohbijin qalb il-haxix, kultant issib tnejn jew aktar imgezzin ma' xulxin. U wara xi kilometru ssib xi ohra. Mammillaria ohra li tinstab hawnhekk bil-kwantità hija l-M. zahniana. Xitla bit-tubercles kbar u li tixbah superficjalment lit-Thelocactus mathudae, ghall-anqas fl-abitat. Xtieli ohra li jinstabu hawn huma l-Opuntia stenopetala, l-Agave lechuguila, l-A stricta, Dasylirion sp. u l-Yucca filifera. Dan kien ambjent sabih fejn stajt ingib il-familja. 18-7-1998 Qomt kmieni u tlaqt ghal ghonq it-triq. Hrigt barra minn Galeana u inzilt go wied li minnu kienet ghaddejja nixxiegha ta` l-ilma. Fuq il-gnub, fl-gholi kien hemm hafna Yucca filifera liz-zkuk taghhom jixbhu hafna lis-sigar tal-palm. L-E. platyacanthus ma naqsux. Imxejt kilometri shah u qbadt moghdija sakemm spiccat. Il-post kien mimli E. platyacanthus u Thelocactus mathudae.

Filghaxija morna bit-tfal taht il-muntanja tal-gunata ta` qabel. Imxejt aktar `il fuq u hdejn blata u fuqha sibt l-Echinocereus rayonensis. Din l-ispeci kienet instabet fir-rahal ta' Rayones, vicin Galeana, minn A. Lau u ma jidhirlix li qatt instabet f`Galeana. Kienet instabet fl- 1976 u ghall-ewwel kienu jqisuha sinonima ma' l-E. longisetus, speci li nstabet aktar minn 140 sena ilu f`Santa Rosa fi Coahuila, izda N. Tayor kien irrikonoxxieha bhala speci differenti. Sibt ukoll il-vCoryphantha radians; speci generalment solitarja bix-xewk safrani.

19-7-1998 Staqsejt xi nies fejn nista' nsib xi kaktus jaghti fl-ikhal. Kont qed nirreferi ghall-Aztekium hintonii u l-Geohintonia mexicana. Tawni direzzjoni ghal post fuq in-naha tax-xellug u ghalhekk gbidt ghal dik in-naha. Gejt go wied zghir li minnu kienu nizlin kaskati zghar ta' l-ilma. Komplejt miexi u aktar beda jiffonda. Wara hafna hin ninduna li kien parti mill-wied li kont inzilt fih il-gurnata ta' qabel. Hin minnhom rajt serp li kien qieghed fl-ilma, izda kif rani tghidtx kif zgicca. Interessanti li d-darba l-ohra li gejt il-Messiku kont rajt serp iehor u dan ukoll kien fl-ilma. Ergajt imxejt il-wied kollu u tlajt fuq gzira zghira li kienet iffurmat hekk kif jofroq il-wied. Sibt l-Echinocereus parkeri u n-Neoloydia conoidea. Dort lura, qsamt il-highway u xi ghelieqi. Iltqajt ma' wiehed raghaj; Roberto, u ergajt staqsejtu ghall-istess xtieli li semmet qabel. Difficli tispjega b`lingwa ohra u minghajr ritratti. Qalli li kien jaf bihom u li qeghdin 'il boghod. Wara li rabat l-annimali qalli li zgur li kont se neghja. Ghidtlu li ma jimpurtax basta jehodni. Iltqajna ma' raghaj iehor li kien kuginuh u morna go wied bil-gipsum. Hawnhekk kien hawn tahlita kbira ta' kaktus minn speci differenti, jikbru mal-gnub tal-wied u kont zgur li konna qrib il-lokal ta' l-ispeci li xtaqt nara. Ma' l-Echinocactus platyacanthus kien hawn ukoll hafna u hafna Mammillaria elongata. Din il-Mammillaria suppost li tikber aktar l-isfel lejn Queretaro u ma jidhirlix li qatt giet irrekordjata minn hawn. Kien hemm ukoll in-Neoloydia conoidea, it-Thelocactus mathudae u l-Agave lechuguilla. Spjegajtlu li ma kinux il-kaktus li ridt. Infridna minn mal-kugin u issa kelli naqsam l-ilma mieghu. Ghidtlu biex jehodni post iehor u nsista li kont se neghja, izda jien xorta nsistejt u morna fix-xaghri taht gholja li kienet kwazi vertikali. Kien hemm hafna Ferocactus stainesii. Bil-piz taghhom stess kienu ghelbu mill-quccata ta' l-gholja u waqghu ghal isfel, bil-konsegwenza li bdew jikbru orizzontali, tipo l-Machaerocereus eruca. Il-gipsum t' hawn ifforma rqajja fl-art, catti u lixxi daqs l-irham tal-knejjes. Fuqhom ma seta` jikber xejn. Pingejtlu xitla ohra li seta' jsibli u minn din fehemni zgur ghax hadni hdejn moghdija u wrieni l-Ariocarpus retusus. Kien hemm erba' xtieli. Komplejna nimxu u dhalna go wied iehor (arroyo). Sibt kaktus u sukkulenti bhal dawk li ga semmejt, izda mhux il-M. elongata. Kien hawn bejta taz-znazantixbah hafna lil dik ta' Los Mochis bid-differenza li din kienet tonda, izghar u qieghda fil-gholi fit-tarf tal-wied. Rajna wkoll kajoti. Il-wied kien twil hafna u kien idur lura bil-konsegwenza li ergajna gejna vicin Galeana. Wara hadni d-dar tieghu u offrili x'nixrob. Tajtu hamsin pesos talli kien ha pacenzja bija. Sibt lift lura ghac-centru ta' Galeana ma` kugin iehor li kien jaf sew bl-Amerikan ghax ghamel zmien jghix fl-Istati Uniti.

20-7-1998 Hrigt barra Galeana f`post jismu Y Griaga. Qbizt xi ghelieqi u bdejt miexi lejn Galeana. Sibt Gymnocactus beguinii kbar mhux hazin, u l-kaktus l-ohra li drajt insib f`Galeana. F`post minnhom sibt xitla wahda biss tat-Turbinicarpu pseudopectinatus. Dawn ix-xtieli huma zghar hafna u difficli biex tarahom jekk ma jkunux bil-fjuri. Li sibt jien kienet bla fjuri u rajtha b`kumbinazzjoni. Kienet daqs munita ta' l-10 centezmi. Li hawwadni kien li sa fejn kont naf, dak iz-zmien kien hemm biss tliet lokalitajiet fejn jinstabu dawn ix-xtieli. Wiehed mil-lokalitajiet, fejn kwazi nqerdu ghal kollox, huwa l-wied ta` Jaumave , hdejn Palmillas, u Miquihuana li jigu go l-Istat ta` Taumalipas. Dan il-lokal kien fejn instabet l-ewwel darba. Iz-zewg lokalitajiet l-ohra kienu fl-Istat ta` Neuvo Leon. Ezatt fejn, inzamm sigriet. Ghalhekk, hsibt li forsi sibt xi lokal gdid, ghalkemm li ssib xitla wahda biss ma tantx ifisser. Izda fejn jkun hemm wahda jista` jkun hemm aktar. Wara li gejt Malta ghamilt aktar tfittix u sibt lokalitajiiet ohra, anke barra Nuevo Leon. Il-lokalitajiet huma:

Galeana, fejn qeghdin fuq gholja baxxa forsi fil-qrib fejn sibt ix-xitla jien. Il-fjuri tax-xtieli ta` Galeana huma roza jew bojod.

Dr. Arroyo u Meir Y Noriega, zewgt irhula vicin xulxin fi Nuevo Leon imma hafna l-isfel minn Galeana.

Santa Rita del Rucio f`San Luis Potosi. Buenavista u Ceritos f`SLP ukoll. Din ta` Cerritos tibridizza (hybridise) mat-Turbinicarpus laui u kienet deskritta bhala Pelecyphora (Turbinicarpus) pulcherima n. prov. minn Sabatini, fl-1990 u wara minn J. Ríha li kien taha l-isem T. monbergeri (Ríha, Kaktusy 1996) Dawn ix-xtieli nqerdu ghal kollox mill-kolletturi.

Speci ta' Opuntia sabiha hafna li sibt aktar qabel

Ma` dan il-kaktus sibt l-Anacampseros palmeri (Grahamia quahuilensis) , li hija zghira wkoll, u konna sibna bhalha qabel, jien u Albert. Komplejt riesaq lejn Galeana. Fuq medda zghira tal-gipsum qrib arroyo zghir sibt hafna Ariocarpus retusus. Kienu kbar hafna, tant li t-tubercles ta' barra kienu nixfin u kienu mdeffsin gol-art, qishom xi fossili. Ma' dawn kien hemm clump tal-Mammillaria elongata. Fil-boghod rajt zewg annimali kbar jigru wara xulxin. Il-mixja taghhom qisha tax-xadini, izda hawn ma jezistux hawnhekk u ghalhekk nahseb li kienu fniek kbar. Gbidtilhom ftit sekondi video sakemm inhbew. Dort lura lejn il-lukanda ghax kont ftehimt ma' Monica li nasal sa nofsi n-nhar biex imbaghad naqbdu coach ghal Ciudad Victoria li hija l-kapitali ta' l-istat ta' Tamaulipas. Meta ikkalkulajna kemm kien baqghalna jiem fil-Messiku nsibu li kellna jumejn cans u ghalhekk ridna nghagglu ghax ghal belt tal-Messiku kien hemm hafna boghod. Il-jiem kienu gerrbu bhal holma. Wasalna Ciudad Victoria filghaxija.

21-7-1998 Biex nirbah il-hin iddecidejna li nitilqghu ghall-belt tal-Messiku matul il-lejl u ghalhekk kelli n-nofs ta' nhar ta' filghodu biex immur fl-abitat ta' madwar Ciudad Victoria. Imxejt lejn muntanji mimlijin sigar. Xtaqt li kieku imxejt ghall-genb taghhom, izda kien hemm wiehed li tani parir li hemm kienu jittrenjaw is-suldati. Hawnhekk ma kienx hawn kaktus u meta staqsejt qaluli li wara l-muntanji kien hemm hafna. Peress li hin ma kellix ma ridtx nissogra u komplejt miexi taht dawn il-muntanji. Kien hawn hafna friefet zghar ta' speci differenti jittajru fuq ghadajjar zghar bit-tajn. Kaktus bqajt ma sibtx u tlaqt lura. Tlaqna fit-tmienja ta' filghaxija u wasalna fil-belt tal-Messiku fis-sitta u nofs ta' filghodu.

22-7-1998 Matul il-vjagg kont ghajjien mejjet u xorta fuq il-coach ma stajtx norqod. Saqajja tghidtx kemm bdew jugghuni u kont xi ftit iddizappuntat li se nitlaq l-abitat ta' dawn ix-xtieli eccezzjonali. Issa kien baqghalna gurnata fil-belt, sakemm naqbdu l-ajruplan u ghalhekk qattajna l-gurnata fiz-zoo ta` Chapultepec. It-tfal tghidtx kemm hadu pjacir iz-zoo, izda jien kont nofsi rieqed. Wasalna Malta fit-23-7-1998 peress li trid izzid id-differenza tal-hin. Issa l-avventura kienet spiccat, u min jaf, forsi xi darba nerga' nfaddal u nerga' mmur. Kieku sew!

Turbinicarpus pseudopectinatus

Referenzi:

Anderson, Edward F et al. (1994) Threatened Cacti of Mexico., Kew Gardens, Great Britain.

Brack Steven. (1995) Velnumers., Herman Busser, Gouda, Nederlands.

Britton and Rose (1963 reprint) The Cactacea., Dover reprent, London, Great Britain.

Darmanin Amante. (1998) Mawra fil-Messiku., Kakti u Sukkulenti Ohra. 29 : 23-32, Ghaqda Maltija tal-kaktus u Sukkulenti Ohra, Malta

Gentry, Howard Scott (1998 2nd edition) Agaves of continental North America., University of Arizona press, Arizona, U.S.A

Glass Charles (1994) People and their plants., The cactus File Vol. 2 , 6: 14-15, Cirio publishing, Southampton, G.B.

Hunt, David R. (1983-87) A new review of Mammillaria names., Bradleya 1-5, Great Britain.

Lau, Alfred B. (1992) Feldnummern-liste., Herausgeber, Osnabruck, Germany.

Linsay George (1996) The Genus Ferocactus., Tireless Termites Press, U.S.A

Perndl Herald et al (1997) T. pseudopectinatus., Turbi-Now, Turbinicarpus Gruppe, Wein, Austria

Pilbeam John (1996) Thelocactus., The Cactus file handbook, Cirio publishing, Southampton, Great Britain.

Taylor, Nigel P. (1985) The Genus Echinocereus., Kew Gardens, Timber press, Great Britain.

Taylor, Nigel P. (1993) Ulteriori studi su Echinocereus., Piante Grasse Speciale, Elio D`Arcangeli, Rome, Italy. n

THE END


Donated by the Cactus & Succulent Society visit Cactus and Succulent club website



your ad could be here

coloring pages

.

Quick links: Home Birds Cats Dogs Fish Exotic Plants Free cross stitch pattern Free stained glass patterns Eggart by Candice Top Cocktail Recipes Free pet coloring pages Free animal vectors Colorful stained glass patterns for free Educational tutorials Privacy Policy

page generated in 0.008248 seconds
61