It-Tieni mawra tieghi fil Messiku
minn Amante Darmanin
It-raba' parti
Coryphantha macromeris;
Oho de Dolores, Jimenez, Chihuahua.
12-7-1998
Qbadt karozza tal-linja biex forsi tehodni sal-periferija ta'Jimenez, izda din baqghet iddur u spiccajt minn fejn bdejt. Min jaf kemm rani stramb ix-xufier! Mort ghand tat-taxi, li kien l-istess tal-gurnata ta` qabel, u offrieli li jehodni hu, izda ma kienx se jerga' jgibni lura. Qabel tlaqna
Echinomastus durangensis;
Oho de Dolores, Jimenez, Chihuahua.
zgurani li kont se naghmel gennata ghax kienet hafna shana u biex nigi lura kien hemm it-tul. Qalli xi tliet darbiet biex jara jekk hadtx ilma bizzejjed. Wassalni sa post, li skond hu, kien jintuza bhala shooting ranch, u hekk kien ghax ma' l-art kien hemm hafna skratac. Qalb l-arbuxelli bdejt insib l-Echinocereus pectinatus u l-Opuntia grahami. Kien hawn il-Manfreda singuliflora u xitla ohra li ma
nafx il-generu taghha ghax fjuri ma kellhiex. Qisha xi Agave zghira ferm. Fuq gholja zghira li kien fuqha kien hemm il-microwave towers sibt il-Coryphantha salm-dykiana u l-Escobaria strobiliformis. Speci ohra kienet l-Opuntia rufida, din tixbah hafna l-Opuntia microdysis fa. rubra, izda din ta` l-ewwel hija aktar wieqfa. Kien hawn xitla ta' l-Coryphanthsalm-dyckiana. Imxejt aktar fix-xaghri u sibt il-Mammillaria egregia. Din skont Hunt tissejjah M. lasiacantha, izda kemm Stephen Brack u kemm Alfred Lau isejhu l-Mammillaria ta' dawn l-inhawi M. egregia. Il-Mammillaria kienet ferm camouflage qalb il-gravel u wara hafna tfittxija fuq irkopptejja sibt erba` xtieli ohra. Jien ma rajtilha l-ebda differenza mill-M. lasciantha. Fil-boghod stajt nara tren ghaddej u ghalhekk gbidt f`dik id-direzzjoni. Fortunament gejt f`highway li tintuza bil-hlas (toll highway) u qghadt nistenna sakemm ghaddiet coach li tasal sa Jimenez.
Manfreda singuliflora; Jimenez, Chihuahua.
Mammillaria egregia; Jimenez, Chihuahua.
13-7-1998
Jekk f`Jimenez sibna s-shana, f`Bermejillo (tinqara Bermehijjo) sibna forn, ghax it-temperaturi kienu fuq l-40°C, fid-dell. Bermejillo qieghda fl-Istat ta' Durango. Rahal zghir ta' ftit toroq. It-triq principali tghaqqad mat-toroq kollha tal-kontinent Amerikan. Trakkijiet bil- containers kbar il-hin kollu ghaddejin minn hawn, lejl u nhar u xi kultant jieqfu biex jixtru. Ir-rahal qieghed fid-dezert ta` Mapimi. Desert li ssib anke l-fkieren, u parti minnu tissejjah zona del silencio minhabba li r-raggi tar-radju ma jippropagawx. Jghidu li fih hafna metjoriti u hawn min ighid li jinzlu l-UFOs. Qghadna go Motel fejn mill-kamra fejn konna stajna naraw gholja, xi kilometru boghod. Peress li wasalna xi l-hdax ta` filghodu stajt immur nesplora. Imxejt sa din l-gholja u sibt double fence u twissija biex ma tidholx. Li ssib fence hija komunissma fil-Messiku u dan generalment tkun tal-barbed wire u kull ma trid taghmel hu li tghaddi bejn il-wire. Izda dan kellu fence iehor, madwar metru u nofs mill-ewwel wiehed u dan li kien bic-chicken wire, kien gholi sew u milwi fuq naha wahda. Izda la wasalt s'hawn iddecidejt li naqbez ghan-naha l-ohra u hekk ghamilt.Kien hawn hafna Agave lechuguilla kemm taht l-gholja kif ukoll fuqha, tant li l-gholja bdiet tidher safra bil-kulur taghhom. Dawn l-Agave m`humiex kbar, izda ghandhom xewka kbira fit-tarf tal-weraq li taghmilha perikoluza ferm biex timxi fosthom. Martinez (botanista) jikkalkula li meta jkun hemm hafna, jkun hemm madwar 21,000 u 30,000 f'kull etteru ta' art. L-A. lechuguilla hija velenuza ghal-baqar, moghoz u naghag, u jekk jikluha jmutu, ghalhekk jevitawha. Ghandha sustanza ta` smilogenin li jintuza bhala steroid. F'dan il-post kien hawn clumps ta' l-Echinocereus conglomeratus. Skont N. Taylor din hija biss forma ta` l-E. stramineus. Perň l-E. conglomeratus fihom anqas irjus mil-E. stramineus u jitwalu aktar. Sibt il-Hamatocactus hamatacanthus (Ferocactus hamatacanthus) u l-Glandulicactus uncinatus v. wrightii. Dan ta' l-ahhar ghandu x-xewk twil ferm u ggangjat. Ix-xewk ilahhaq mal-11cm. Kemm il-Hamatocactus kif ukoll il-Glandulicactus sibthom biss ma' l-art u mhux fuq l-gholja. Mal-hitan ta' l-gholja sibt clumps tal-Mammillaria pottsii (leona) kif ukoll ta' l-E. conglomeratus. Kien hawn hafna xtieli tal-Yucca u d-Dasylirion(?) Kien hawn ukoll it-Thelocactus bicolor. Sibt ukoll xitla ta' l-Ariocarpus li kien niexef u mejta. Ma tantx habbilt rasi ghax hsibt li nista' nsib xi wahda hajja. Izda gharrali ghax fil-quccata sibt ohra mejta u maqlugha, u ma sibtx ohra. Jien nahseb li kienet l-A. fissuratus v. lloydii, din, skond N. Taylor tinstab fil-Lvant ta' Toreon (fi Coahuila) u mhux fil-Punent (f'Durango). Izda Toreon hija vicin Bermejillo. Stephen Brach sab l-A. fissuratus v. lloydii SB1156 f`Rodeo, Durango, din qieghda fil-Punent ta' Toreon, izda qieghda wkoll fis-Sud ta' Bermejillo. Alfred Lau sab l-A. intermidius L792 f`Nazas fis-Sud ta' Bermejillo, f`Durango ukoll. L-A. intermidius hija meqjusa sinonima ma` l-A. fissuratus v. lloydii. Ritratt ma hadtx ghalkemm video taghha ghandi. Inzilt min-naha l-ohra u imxejt sal-highway li taghti sa Bermejillo. Fuq ix-xefaq hemm il-muntanji: Sierra Mapimi u bejnietna art ramlijja li fuqha bdew jiffurmaw hafna dust devils. Il-cameras bis-shana bil-kemm stajt nissaportihom f'ědeja u l-ilma sar mishun.
14-7-1998
Imxejt sal-highway li taghti ghal Mapimi u qbadt coach ghal dan ir-rahal. Imxejt fix-xaghri u sibt il-Glandulicatus uncinatu. Tielgha l-muntanji sibt it-Thelocactus bicolor. It-T. bicolor komuni hafna u sibtu drabi ohra fil-vjagg ta` qabel dan. Kull meta nsib dawn il-kakti dejjem niehu pjacir ghax nara l-varjazzjoni taghhom. Dawn kienu fix-xquq tal-blat li kien u minnu kien hiereg materjal kulur is-sadid. Mapimi hija maghrufa ghal hagar semi-prezzjuz, u
Echinocereus conglomeratus, Bermejillo, Durango.
A.lechuguilla; Bermejillo, Durango.
fuq din il-muntanja sibt attentati ta' thaffir li forsi sfumaw fix-xejn. Kien fihom hafna gebel li meta jaqbad ix-xemx tghidx kemm jleqq. Kien hawn ukoll il-Mammillaria pottsii fuq il-blat u hafna tipi ta' Yucca. Sibt Agave kbira u anke Opuntia. Il-Fochoeria splendens ma naqsitx lanqas. Hawnhekk il-kaktus deher b`sahhtu ferm, kuntrarju ghal Bermejillo li qed ibati hafna shana u nixfa. Kien hawn ukoll il-Coryphantha salm-dykiana u speci ta' Escobaria. Kien hawn hafna kaktus u sthajjiltni qieghed fi gnien botaniku. Malli nzilt inhsadt ghax hareg kajoti (Cayote) minn go hofra, tghidtx kemm gera, anqas tani cans nigbidlu ftit film. Taht arbuxelli tal-mezquite sibt forma ta' l-Echinocereus pectinatus sabiha ferm. Nahseb li lanqas fil-kollezzjonijiet ma ssib hekk. Irritornajt lejn Bermejillo. Peress li kien ghadu l-hin u mohhi beda jtanbar kif nista' nsib l-Ariocarpus, ergajt tlaqt ghall-gholja tal-gurnata ta' qabel. Sibt Mammillaria kbira daqs platt u nofsha mahruqa. Bdejt tiela' l-gholja u ngharrex biex forsi nsib l-Ariocarpus. Issa fenomenu eccitanti ferm beda jifforma fis-sema. Minn wara l-gholja beda jifforma shab u bdiet traxxax ix-xita. Taqtir kbir izda ftit wisq. Il-qtar bil-kemm beda jmiss ma' l-art li ma bediex jinxef. Fil-faccata l-ohra ta' fejn kont jien, is-sema deher jinqasam, nofsu kien kannella u fuq kien ghadu ikhal. Kienet riesqa maltempata tar-ramel. Qamet ziffa sew u l-arbuxelli madwari bdew jiccaqilqu. F'kemm ili nghid ir-ramel kien fuqi u kull ma stajt nara kien biss ftit metri. Ramel ma kullimkien, l-aktar haga li nkwetatni kienet, li kien ghad baqaghli ninzel l-gholja u naqbez il-fence doppju. Sadanittant, Monica tghidtx kemm thassbet u nkwetat meta ndunat x'kien qed jigri. Mhux talli ma bdietx tara l-gholja, imma l-anqas il-bitha tal-Motel mil-bieb tal-kamra. Izda rnexxieli b'xi mod u rrtornajt fil-Motel. Sirt mimli ramel anke go halqi kien hemm. Il-maltempata malajr ghaddiet. Kienet esperjenza gdida ghalina izda ghan-nies ta' hemm nahseb li hi xi haga komuni ghax hargu jfarfru l-imwejjed u komplew b'xogholhom. L-Ariocarpus bqajt ma sibtux.
Glandulicactus uncinatus v. wrightii;
Bermejillo, Durango.
15-7-1998
Tlaqna ghal Saltillo (tinqara Sajtijjo), il-kapitali ta' Coahuila. Saltillo ga kont zortha darba ohra. Belt kbira ferm, xi 360km boghod minn Bermejillo. Wasalna filghaxija u sibna lukanda qrib l-istazzjon tal-coaches.
cont. in part 5
Part 5
Donated by the Cactus & Succulent Society visit Cactus and Succulent club website
|
|