It-Tieni mawra tieghi fil-Messiku
minn Amante Darmanin
It-tielet parti
5-7-1998
Hrigt minn Creel u bdejt miexi ghan-naha maghrufa mat-turisti bhala mushroom rocks. Hawnhekk il-gebel ghandu forma ta' faqqiegh ggantesk. Ir-raguni li jsir hekk huwa li meta taghmel hafna xita jifforma wied li jiekol il-gebel minn taht filwaqt li fuq jibqa' l-istess daqs. Sibt clumps ta' l-Echinocereus polyacanthus. L-ambjent ta' Creel jixbah hafna lil dak t'El Salto. L-Echinocereus kienu qed jikbru fil-ftuh ta` bejn is-sigar, fil-humus u l-pine needles. Komplejt miexi sakemm wasalt go wied wiesa', izda baxx. Fin-nofs kienet ghaddejja nixxiegha ta` l-ilma li meta taghmel hafna xita x`aktarx li toghla ferm aktar, peress li kien hemm hafna gravel.
Bqajt miexi ghal hafna hin ghax kont ftihemt mal-mara li jekk ma taranix inkun irqadt barra. Hin minnhom il-wied kien aktar fond u ddecidejt li nitla' ma' naha minnhom, in-naha tal-lemin tieghi. Din in-naha kienet kollha blat u mzerzqa sew li l-basktijiet li garrejt bdew jizerzqu jekk ma nqeghedhomx f'postijiet strategici, sakemm niehu xi ritratt. Ergajt sibt l-E. polyacanthus li wahda minnhom kellha aktar xewk twil u folt. Jista' ikun li kienet xi speci ohra, izda minghajr fjuri difficli tghid. Jikbru fejn dawn ix-xtieli kien hawn speci ta' Echeveria. Dawn kellhom il-weraq ahdar, bit-tarf taghhom aktar skur. Kwazi kollha kellhom fdalijiet tal-fjuri fuq frieghi irqaq. Ma komplejtx tiela' sa fuq ghax kien hemm hafna sigar u ma dehrlix li ha nsib xi speci ohra, ghalhekk inzilt u komplejt miexi ma' l-ilma. Wara ftit bdiet traxxax ix-xita u kelli ndur ghax bzajt li jizdied il-livell ta` l-ilma. Kelli wkoll nabbanduna l-hsieb li norqod barra ghax ilqugh fejn nistkenn ma kienx hemm u kamp ma kellix.
Echinocereus polyacanthus; Creel, Chihuahua.
6-7-1998
Mort go wied iehor li kellu hafna ghelieqi fil-qiegh, u l-gnub kienu maghmula minn blat kbir, kannella skur u mtarrag. Fuq dan il-blat kien hemm l-Agave parryi, kbar hafna, qishom qaqocca aktar miftuha. Dawn l-Agave jinstabu mifruxa mill-Arizona sa Durango f'hafna forom u varjetajiet differenti. Ta' Creel kienu jissejhu A. chihuahuana, izda peress li jintegraw minn wahda ghal ohra dawn ma ghadhomx jssejhu hekk imma A. parryi, Dawn l-Agave dejjem jinstabu fuq il-muntanji bejn 1500 u 2500 metru gholi, fejn it-temperatura tista' tinzel anke sa -20ºC. Fi Creel hemm biss xi ghoxrin xitla. Fuq l-irdum sibt aktar E. polyacanthus. Hawnhekk hawn hafna gebel kbir u sferikali li jifforma wkoll bil-kwantità kbira ta` ilma li jghaddi minn dawn l-inhawi.
Wasalt il-lukana u sibt li l-mara u tfal kienu marru ma' tour fejn zaru kaskata, ghadira kbira u dar ta' l-indjani Tarahumara, li jghixu f'dawn l-inhawi.
Gebel tond kbir. Creel Chihuahua.
7-7-1998 Fi Creel staqsejt xi nies kif tista' tmur ghar-rahal ta' Terrero. Hadd ma kien sema' bih ghalkemm fuq il-mappa deher vicin. Kien hawn, li dilettanta tal-kaktus, Kitty Sabo flimkien mat-tifel taghha Brian kienu ghaddejjin bil-karozza fejn lemhu hafna fjuri roza li jixbhu z-zaghfran (crocus). Izda z-zaghfran ma jikbirx fil-Messiku u Kitty waqqfet il-karozza biex tara x'kienu. Kitty kellha xortiha tajba ghax inzertat dilettanta tal-kaktus u ghax inzertathom bil-fjuri, ghax kieku ma kienitx issibhom. Kienet Mammillaria gdida li wara gustament, semmewha, M. saboae.
Tlaqna ghar-rahal rurali ta' San Juanito, li qieghed fl-istess rotta tat-tren Los Mochis/Chihuahua u huwa relattivament vicin Terrero, jekk tqis id-distanzi kbar tal-Messiku. F'dan ir-rahal, qiesek mort ghall-era tal-cowboys li kieku mhux ghax tara d-dixxijiet tat-TV fuq il-bjut u l-karozzi kbar. Ghadek tara z-zwiemel marbutin mal-arbli. Dan ir-rahal mdawwar b'foresta tac-cipress u l-prinjoli li sfortunatament qeghdin jinqatghu ghall-injam. Tlajt fuq l-gholjiet vicin hafna dan ir-rahal. L-gholjiet ghandhom il-forma ta' dras. Kienu jidhru jippromettu li jista' jikollhom il-kaktus, izda ghalkemm fittixt hafna ma sibt xejn. L-anqas sukkulenti. Jista' ikun li kieku forsi tlajt il-muntanji ta' faccata kont insib xi haga. Fil-Messiku qatt ma tista' tghid fejn sa ssib il-kaktus u jekk ma tippruvax ma ssibx zgur.
8-7-1998 Iddecidejna li nhallu l-bagalji f'San Juanito u mmorru flimkien go rahal iehor imbaghad nirritornaw. Irragunajt li peress li dawn l-inhawi ma fihomx hafna shana u kollha foresti kien facli li niehu lill-mara u tfal fil-kampanja. Qbadna coach ghal San Pedro, vicin ukoll Terrero, izda tfixkilna u spiccajna fir-rahal ta' La Junta. Jissejjah ukoll A. López Mateos. Issa, dan ir-rahal qieghed aktar 'l isfel u l-foresti kbar bdew jickienu ghal ftit irqajja'. Domna mas-siegha sejrin u x-xemx kienet telghet sew. Xtrajna x'nixorbu u tlaqna nimxu. Lanqas ilhaqna tbeghedna ftit li Martha ma bdietx teqred biex nerfaghha u ftit wara anke Sarah. Ghalhekk kellna ngorru piz doppju. Qsamna ghalqa kbira u highway u gejna barra r-rahal ta' La Junta. Dhalna taht is-sigar tal-prinjol u komplejna nimxu. Bhas-soltu kont immarkajt gholja, u ghamilnieha l-mira taghna, ghalhekk bdejna nimxu ghalijha. Izda it-tfal u anke Monica bdew jeghjew u jixorbu hafna u l-gholja kienet ghada 'l boghod. Ghalhekk iddecidejna li naqsmu l-ilma, huma joqoghdu jistennewni hdejn is-sigar u jien inkompli sejjer. Immarkajt kif stajt il-post fejn kienu billi nnutajt li fuq ix-xefaq kien hemm muntanja partikolari u ghedt li jekk nimxi bi drittha insibhom.
Bdejt miexi u sibt speci ta' Coryphantha, x'aktarx il-C. compacta. Ftit kien hemm xtieli u kienu 'l boghod minn xulxin. Fl-ahhar wasalt sa l-gholja u bdejt tiela'. Sibt xitla wahda ta' l-Echinocereus polyacanthus, Opuntia zghira u l-istess Coryphantha. Fuq il-quccata laqghetni dehra sabiha ghax dejjem tara l-ftuh. Dehra ta` kwiet u serenità. Ippruvajt nillokalizza fejn kienet il-familja, izda minn dan 'il boghod ma deher xejn anke jekk kabbart bil-video camera ghal disa' darbiet ohra. Fis-sema kien hemm tajra li bdiet tiela' u niezla ma' l-arja.
Coryphantha compacta; La Junta, Chihuahua.
Rari bdiet thabbat gwejnahha. Inzilt u mxejt sakemm wasalt fejn il-familja u ergajna lura f'San Juanito.
9-7-1998
Tlaqna ghall-belt ta' Chihuahua. Popolazzjoni ta' 800,000 ruh u gholja 1392 metri. Imxejt sa l-akwati tal-belt fejn kien hemm gholjiet zghar hafna li aktar tista' ssejhilhom tumbati. Dawn it-tumbati qeghdin fil-periklu li jinqerdu ghax il-belt kibret hafna u griebeg ta` djar ga qed imissu maghhom. Fuq dawn it-tumbati sibt it-Thelocactus bicolor v. bolances(?).
Sibt ukoll l-Echinocereus palmeri, xitla pjuttost rari. Dr. Edward Palmer kien sab din ix-xitla f'April 1908, fuq gholja zghira qrib il-belt ta' Chihuahua u ma niskantax jekk forsi kienet l-istess gholja, ghax minn zmien Palmer 'l hawn il-belt kiebret qatigh. Skont Britton u Rose (il-botanisti li semmew ix-xitla, Palmer kien sab tliet xtieli biss u fuq din it-tumbata kien hawn biss tliet xtieli. L-E. palmeri hi xitla zghira, izda li taghmel tap-root kbira. Qsamt il-highway u bdejt tiela' fuq muntanja. Din kienet gholja ferm u difficli. Tlajt madwar nofsha u sibt Escobaria. Stephen Brach kien sab l-E. chihuahuensis f'dawn l-inhawi, izda din generalment tkun solitarja u li sibt jien aktar naraha tixbah lill-E. henricksonii. Kien hawn ukoll Fochoeria splendens. Tlajt sal-quccata bi tbatija kbira u ma sibt xejn aktar. Ma ridtx nemmen. Hawn fuq kien hawn miljuni ta` nemel itiru u jitghammru li forsi ghazlu din il-gurnata ghall-qamar 'l-ghasel. Kien impossibbli li ma timxix u tghaffeg skoss minnhom. Inzilt minn naha ohra li kienet aktar facli. Kien hawn xi zewg speci ta' Yucca u Opunta azurea(?), ghandha l-pal jaghti fl-ikhal. Il-pali kellhom zewg xewkiet twal, magguri minn kull areola. Kien hawn ukoll speci ta' Agave.
Thelocactus bicolor
10-7-1998 Peress li din belt kbira hafna, rkibt karozza tal-linja biex forsi tohodni fil-periferija. Hekk kien, izda ergajt gejt fil-post tal-gurnata ta' qabel. Ghalhekk imxejt parallel ma' l-gholjiet zghar u bdejt insib: l-Echinocereus pectinatus. Kien hawn hafna minnhom, anke bil-frott u kienu kollha bix-xewk ikkulurit u ghalhekk tahseb li hemm aktar minn speci wahda. It-Thlocactus bicolor, xtieli komuni hafna. Kin hemm ukoll xitla ta' l-Escobaria chihuahuensis, l-Coryphanta salm-dyckiana, Dasylirion, Yucca u l-Fochoeria splendens. Imxejt ma` hafna gholjiet minn dawn, dejjem parallel maghhom u ghalhekk, ghalkemm kienu baxxi ma tlajtx sal-quccata,. Interessanti kien li hafna mill-kaktus kien f`zoni dritti. Hekk nghidu li ssib faxx bl-Echinocereus u f`anqas minn metru 'l fuq issib faxx bl-Escobaria u aktar `il fuq issib it-Thelocactus. Ir-raguni hija probabbli li meta dawn jaghmlu z-zerriegha igorruha n-nemel u dawn jimxu bejn wiehed u iehor f`linja dritta u ghalhekk issib minn speci wahda biss, f`linja kwazi dritta. Kien hemm hafna nemel jiekol mill-frott ta' l-Echinocereus pectinatus. Ta' l-Echinocereus palmeri sibt zewg xtieli. Waqt li kont qed nezamina z-zerriegha tal-Fochoeria splendens tela' tifel li rajtu xi ftit suspetuz, ghalkemm seta' qed jisuspetta fija, hbejt il-kamera u keccejtu. Inzilt lura ghajjien mejjet ghax l-gheja ta' dawn il-jiem kienet qeda tingama naqra, naqra.
Muntanja li tlajt fuqha; Chihuahua, chihuaha
11-7-1998 Wasalna Jimenez (tinqara Himenes) fl-Istat ta` Chihuahua. Ahna u dehlin f`dan ir-rahal naraw sinjal li kien jindika li kien hemm il-hot springs, Ghalhekk, hallejna hafna mill-bagalji fil-lukanda u qbadna taxi ghal Ojo de Dolores jew ahjar "l-ghajn tad-duluri". Din il-ghajn ma kinetx ghajr banju kbir ta' l-ilma fid-dezert u li fih kienet tiela' arja shuna mill-qighan ta' l-art. Li skantatni kien li ma jidhirx li kien hemm vulkani fil-qrib. L-eqreb muntanji kienu fuq l-orrizont u l-bqija wesgha kbira ta' gravel (Alluvial plain). Madwar l-ghadira kien hemm hafna sigar folti li ffurmaw oasi. Ftehemna ma` tat-taxi biex jghaddi ghalina wara tliet sighat ghall-habta tas-sitta ta' wara nofs in-nhar. Hallejt il-familja jghumu u jien erhejtilha nimxi. Hadt battikata biex hrigt minn taht is-sigar baxxi, izda mbaghad wasalt fil-ftuh fejn ma kienx difficli li timxi ghajr li trid tarrex sew biex issib il-kaktus qalb il-gebel ikkulurit. Is-shana kienet ukoll tremenda u tiskanta kif, bejn ghax l-gharaq jibda jidhol go ghajnejk u s-shana li tkun tiela' mill-art, ix-xtieli jidhru xejra differenti. Bdejt insib tliet tipi ta' Opuntia fosthom l-O. leptocaulis li hija komuni hafna tista' tghid mal-Messiku kollu. Izda din kellha l-fjuri. Opuntia ohra kellha ftit pal, imma l-pal kien kbir u sabih b`xewk isfar. Opuntia ohra differenti ferm minn ta` qabilha kienet thannen l-art. Din kienet l-O. grahami u ghall-ewwel hsibtha xi Echinocereus. Sibt il-Coryphantha macromeris, xitla sabiha ferm ghax ghandha t-tubercles twal u sibt l-Echinomastus durangensis li hija xitla pjuttost rari u mfittxija mid-dilettanti tal-kaktus. Bhal din jien kelli tlieta u sahansitra ghamluli l-fjuri, izda darba mietu wahda wara l-ohra. Kien hawn zewg speci ta' Echinocereus wahda solitarja l-E. pectinatus(?) u clumps t'E. enneacanthus li kellhom mal-hamsin ras u hafna frott. Kien hawn ukoll il-Manfreda singuliflora sukkulenti li superficjalment tixbah lis-Sanseverja. Il-hin malajr jghaddi u dort lura biex ninghaqad mal-familja. Sakemm stennejna lil tat-taxi, kien hemm hafna nies jghumu f'Ojo de Dolores u nnutajna li xi whud bdew itellghu l-hama u jdellkuh ma' wicchom forma ta' terapija. Ahna u sejrin lura nnutajna hafna clumps ta' l-Echinocereus enneacanthus.
cont. in part 4
Part 4
Donated by the Cactus & Succulent Society visit Cactus and Succulent club website
|
|