Articles
Bonsai Club
Cactus Club


Dogs Plants Cats Fish Birds Exotic PetNGarden

News Shops My pet page Search Contact List Win Free Services send e-mail

It-Tieni mawra tieghi fil-Messiku

minn Amante Darmanin

It-tieni parti

1-7-1998 Biex insib il-kaktus ridt jew nimxi hafna jew insib mezz ta` trasport ghalhekk staqsejt wiehed tat-taxi kemm tigini biex jehodni sa l-eqreb gholja. Huwa qalli mal-50 pesos, (xi erba` liri Maltin), u qalli li l-post kien perikoluz ghax kienu jghixu nies fi kmamar tal-kartun u li kien facli jisirquk. Qalli li jekk ridt ghal elf pesos kien jibqa` jistennieni. Dan kien wisq u ddecidejt li nissogra. Il-post kien kif qalli tat-taxi. Hafna griebeg, litteralment tal-kartun, b`hafna tfal imcercrin. Kien kuntrast kiefer ghal dak tal-lukandi u bdiet taghtini ghafsa ta` qalb nara l-ingustizzja tad-differenza tal-klassi. Hadd ma tani fastidju. Bdejt tiela` din l-gholja li ma kinetx wiefqa hafna, izda xorta difficli mmens ghax kienet mizghuda b'hafna sigar u zkuk go xulxin li jaghmilha difficli ferm li timxi minghajr ma tehel ma` xi zokk jew fergha. Il-hin kollu ngebbed minn hawn u minn hemm. Il-vizibilita`, minhabba dawn is-sigar u lianas, kienet ta` metru jew ftit aktar u ghalhekk jaghmilha difficli ferm biex tkun taf x`hemm u fejn sejjer. Anke jekk mill-ewwel sibt sigra tal-Pachycereus pecten-aboriginum li hija twila xi ghoxrin metru.

Pachycereus pecten-aboriginum

Ftit wara bdejt insib ruxxmata ta` kakti u sukkulenti kollha mohbija go dan il-bosk t`arbuxelli nixfin u folti. Sibt il-Pilosocereus purpusii, Cereus li jitwal xi tliet metri u hu ta' kulur ikhal. Kellu wkoll il-frott hamrani li beda jattira ammont ta` nemel. Sibt ukoll il-Hylocereus purpusii, kaktus minn dawk li jixxebilku u tixbah superficjalment lil Hylocereus trigonus. Kien hemm zewg sigriet li kienu sukkulenti u bix-xewk qalb il-weraq. Kien hemm zewg speci ta' Opuntia li wahda minnhom tixbah lill-O. microdysis, izda kellha l-weraq tawwali probbabli minhabba n-nuqqas ta' dawl. F`postijiet ohra sibt ir-Rathbunia kerberi,

Rathbunia kerberi fl-ambjent naturali

kaktus iehor li jixxeblek u li ghandu ftit kustilji. Kien bil-fjuri u bil-frott ukoll. Sibt il-Peniocereus rosei, kaktus li ghandu l-frieghi rqaq hafna, izda li ghandu gheruq forma ta' zunnarija. Kien hemm Agave b'hafna weraq twil u speci ta' Bromelia li kellha l-qalba taghti fl-ahmar. Sibt ukoll aktar sigar tal-Pachycereus pecten-aboriginum bi frott isfar, imsawwef. Kien hemm hafna qxur ta' dan il-frott taht kull sigra. F`dan il-post kien hemm diversi tipi ta' ghasafar fosthom il-humming birds.

Ma bzajtx li niltaqa' ma' xi serp, anzi kultant bdejt nisma' xi tisfir tas-sriep li meta navvicina jieqaf, izda hsieb ikrah ghaddieli minn go mohhi: li kieku xi hadd kellu jitfa' sulfarina hawnhekk! Il-possibbiltà li nsalva kienet remota. Biex tghaxxaqha bdejt inxomm riha ta' hruq; izda r-riha li xammejt kienet minn nar li kien tqabbad xi ftit qabel, u ghalhekk warrabt dan il-hsieb.

Dort lura bil-hwejjeg nofshom imqattghin u kelli nimxi ghal kilometri shah sakemm wasalt lura fil-lukanda. Monica u t-tfal kienu hadu pjacir ukoll ghax marru jzuru l-aquariums u dolphin shows. Filghaxija ergajna nzilna nghumu. Kif beda jidlam, qtajja kbar ta' pellikani dehru jiehdu formazzjoni u jtiru ghal fuq il-gzejjer, forsi biex jorqdu. Kienu qed itiru fil-baxx hafna u uhud minnhom kienu anqas mill-gholi tal-lukandi.

2-7-1998 Tlaqna ghal Los Mochis, seba' sighat boghod minn Mazatlan, izda xorta f`Sinaloa. Los Mochis tinstab mal-fruntiera ta` l-Istat ta` Sonora. Il-lukanda li sibna kien jisimha Del Valle, vicin it-terminus tal-coaches. Il-popolazzjoni ta` din il-belt tlahhaq mat-305,000 ruh.

3-7-1998 Imxejt sa gholja li kien fiha l-antennae tat-TV u radju (Microwave towers), taht din l-gholja kien hemm xatba, gnien pubbliku u impjant ta' l-ilma. Hsibt li bhal f'Fressnillo ma stajtx nitla` u ghalhekk tlabt permess. It-twegiba kienet li mhux talli stajt nitla` izda kien hemm tarag ghal parti minn din l-gholja. Naturalment ma wzajtx it-tarag ghax kieku kont insib ftit li xejn kaktus. Hawnhekk, ukoll kien hemm hafna arbuxelli folti, forsi mhux daqs Mazatlan, izda xorta bizzejjed li jahlulek hafna hin tipprova tinqala' minn maz-zkuk. L-aghar huwa, meta tinqabad bejn aktar minn fergha wahda, ghax la tkun tista' timxi lura u lanqas 'il quddiem u l-maggoranza ta' dawn is-sigar ikunu kollha bix-xewk. L-ewwel ma sibt kien il-Ferocactus herrerae, Din ix-xitla kienet sabiha hafna, l-aktar peress li kellha l-frott taghha isfar. Din l-ispeci tixbah hafna lill-Ferocactus wizlizeni u tiddistigwixxi ruhha l-aktar mid-differenza kbira tal-kustilji. L-F. wizlizeni jinstab aktar 'il fuq fl-Istat ta' Sonora, izda matul din il-kosta tal-Golf tal-Kalifornja wiehed jista' jsib diversi forom li jkollhom l-ammont tal-kustilji differenti u ghalhekk dawn iz-zewg speci jintegraw f`xulxin. Sibt ukoll speci ta' kaktus interessanti ghax l-anqas biss kont naf il-Generu. Irqiqa daqs lapes u forma ta' arbuxell. Fit-tarf tieghu kellu weraq zgirr li forsi jkun aktar folt jekk taghmel hafna xita. Jien nahseb li kien xi forma ta` Pereskiopsis, izda meta wrejt ir-ritratti kien hemm minn issuggerixxa li kien xi speci ta' Opuntia,. Sibt speci ta' Mammillaria forma ta' l- M. swinglei jew M. sheldoni, difficli hafna tghid x'kienu ghax ma tantx kienu f'kundizzjoni tajba u minghajr fjuri. Xitla ohra kienet ir-Rathbunia alamosensis, din tixbah hafna lir-R. kerberi, izda din ta' l-ahhar ghandha anqas kustilji. Din ukoll kienet bil-fjuri. Sigar tac-Cereus kien hawn tliet speci. Il-Lophocereus schottii li personalment naraha tixbah l-Euphorbia canariensis. Meta dan ic-Cereus ikun se jaghmel il-fjuri jipproduci hafna suf fin-naha ta' fuq tal-frieghi. Kien hemm minnhom bil-fjuri u bil-frott. Cereus iehor kien lis-Stenocereus martinezii.

Dan johrog il-frieghi minn isfel, kwazi ma' l-art, izda kultant, f'postijiet aktar favorevoli, jaghmel zokk aktar gholi qabel ma tohrog il-frieghi. L-ahhar Cereus kien il-Pachycereus pecten-aboriginum, kien bil-frott ukoll. Kien hawn xi sigar sukkulenti forsi xi tip ta' Bursera. Hin minnhom deherli li rajt coudex bajda u gganteska, ghax kienet aktar minn metru u nofs gholja, izda hekk kif kollni entuzjasmu qrobt aktar, ninduna li kienet bejta taz-znazan. Bicca inginerija ta' l-aqwa kwalità. Mn'Alla ma qbatx u missejthom ghax kienu jduru ghalija. Hawnhekk jidher kemm wiehed ghandu joghqod attent meta jkun fl-abitat. Dawn l-insetti kienu zghar hafna. Il-bejta kienet qisha maghmula mill-kartun li kien lixx ferm.

L-gholja dortha kollha, u meta spiccali l-ilma inzilt u mort nixtri, peress li kont qrib hafna l-abitant. Ergajt tlajt u komplejt infittex. Barra dawn l-ispeci li semmejt kien hemm il-Fochoeria splendens, xitla li hija relattivament komuni fid-dezert. Il-Messikani jsejhula Ochotillo. Kien hemm Agave li tixbah lil dik li sibt Mazatlan u zewg speci ta' l-Opuntia. Kien hemm hafna ghasafar. Stajt nosserva, u anke

Gholja f`Los Mochis, Sinaloa.

Ferocactus herrerae bil-frott;
Los Mochis, Sinaloa

gbitlu l-video, li ghasfur minnhom kellu xewka kbira mdahhla f`rasu. Dawn l-ghasafar kienu qeghdin jieklu mill-frott tal-Pachycereus. Fuq sigra tal-Pachycereus kien hemm gremxula kbira maghrufa bhala iguana, izda kif bdejt indur mas-sigra biex nohdilha ritratt ahjar, din bdiet iddur ghan-naha l-ohra.

Hekk intemmet gurnata ohra memorabbli. Kull darba li nkun qed nirritorna lejn il-lukanda nhoss gheja kbira u narah zejjed. Izda m'hemmx x'taghmel, titfa' sieq quddiem l-ohra u tibda miexi.

Stenocereus martinezii

4-7-1998 Qabel tlaqna minn Malta kont ippjanajt xi postijiet li xtaqt inzur u wiehed minn dawn kien il-Barranca del Cobre (Copper Canyon). Dan il-Canyon huwa attwalment grupp ta' ghoxrin Canyon li bejniethom jaghmlu erba' darbiet akbar mill-Grand Canyon ta' l-Arizona fl-Istati Uniti ta' l-Amerika. Mhux hekk biss, izda biex tghaddi minn Los Mochis sal-belt ta' Chihuahua, it-tren irid tghaddi minn fuq 39 pont u go 86 mina (tunnel) li jiffurmaw parti minn 655 km tal-linja bejn Los Mochis u Chihuahua. Bakkarna biex qbadna t-tren tat-tieni klassi, peress li dan kien orhos hafna minn ta' l-ewwel klassi. Il-pajsagg jibda minn abitat aridu fejn tara hafna Cereus u hekk kif jibda ghaddej il-hin, u tlajna aktar fil-gholi, jibdew is-sigar tal-prinjol, ballut u cipress. Kilometri fuq kilometri shah minn dawn is-sigar. Fejn rajt il-kaktus xtaqt li kieku nwaqqaf it-tren biex nohrog nesplora, imma naf li din kienet biss fantasija ghax ma setghetx issir. Fuq it-tren issir qisek familja kbira ghax ikun hemm minn kollox. Min ibigh, min jigbed ir-ritratti, min ikanta, u min jibdel is-seat biex jara l-veduta ahjar. Waqafna fir-rahal ta' Creel li qieghed fl-Istat ta' Chihuhua. Kienu saru s-sebgha u nofs ta' filghaxija.

cont. in part 3

Part 3

Donated by the Cactus & Succulent Society visit Cactus and Succulent club website



your ad could be here

coloring pages

.

Quick links: Home Birds Cats Dogs Fish Exotic Plants Free cross stitch pattern Free stained glass patterns Eggart by Candice Top Cocktail Recipes Free pet coloring pages Free animal vectors Colorful stained glass patterns for free Educational tutorials Privacy Policy

page generated in 0.006185 seconds
61