It-Tieni mawra tieghi fil-Messiku
minn Amante Darmanin
L-Ewwel parti
Kultant jigri li meta tkun tixtieq xi haga, tghid li jekk takkwistaha tkun kuntent u ma titlobx ghal aktar. Hekk kont nahseb meta mort ghall-ewwel darba l-Messiku. Hsibt li se naqta' xewqti u daqshekk. Izda gharrali ghax lanqas ilhaqt wasalt Malta li ma bdejtx intella` u nnizzel biex nara kif se nerga' nzur l-abitat tal-kaktus. L-ewwel darba li mort kien fl-1996 (ara Kakti u Sukkulenti Ohra-Nru 29-1998 pagna 23) u kellhom jghaddu sentejn biex ergajt qtajt xewqti.
Din id-darba ddecidejna li mmorru jien u l-mara, Monica, kif ukoll it-tfal, Sarah u Martha, li kien ghad kellhom sitt snin u tlieta rispettivament. Mill-ewwel sibt oppozizzjoni. Kien hemm min qalli li kont se naghmel gennata, kien hemm min qalli li l-Messiku perikoluz u li sahansitra jahtfu t-tfal biex ibighuhom ghall-organi. Kien hemm min semma` l-mard jew il-kriminalità gholja. Kien ghalhekk li domna ma ghidna lill-genituri taghna ghax tghidx kemm kienu jinkwetaw, u bir-ragun. Ghidnielhom fl-ahhar gimgha wara li konna lestejna kollox. Dubji kellna kemm trid. Konna kapaci mmorru u nigu qawwijien u shah? Ir-responsabbiltà tat-tfal kienet kbira. Kieku gralhom xi haga konna nibqghu ddispjacuti ghal ghomorna.
22-6-1998 Il-vjagg kien minn Malta ghal Heathrow, imbaghad ghall-belt tal-Messiku. Vjagg li jekk tghodd is-sighat li domna f`Heathrow jammonta ghal madwar 20 siegha. Tlaqna xi s-sebgha ta` filghodu, hin ta` Malta u wasalna fit-tmienja ta` filghaxija hin tal-Messiku, dan peress li trid tnaqqas 7 sighat tad-differenza fl-arlogg bejn iz-zewg pajjizi.
L-ivvjaggar ma tantx ghamel tajjeb lill-mara u tfal ghax spiccaw imdardra u sofor lellux. Mill-ajruport qbadna taxi ghall-istazzjon tal-ferrovija, kif kont ghamilt sentejn qabel. Izda li ma konniex nafu kien li ma kienx hemm ferroviji ghal hafna postijiet, u l-ahhar wahda waslet xi nofs siegha wara. Li stajna naghmlu kien li naqbdu taxi ohra u mmorru go l-istazzjon tal-coaches, izda kien dahal hafna hin u tawna parir biex norqdu hemm. Ghalhekk, wara li l-mara u t-tfal mteddu fuq il-bank malajr raqdu waqt li jien bqajt ghassa, ghalkemm kont ghajjien mejjet. Ma kelliex ghalfejn noqghod ghassa ghax konna ahna, familja ohra u l-haddiema ta` l-istazzjon. Il-familja l-ohra kienet tikkonsisti f`zewg irgiel u tlett itfal li qattghu l-lejl jinsgu l-kpiepel tat-tiben biex filghodu jbighuhom.
23-6-1998 Fis-sitta ta` filghodu konna xi ftit ahjar u tlaqna ghall-istazzjon tal-coaches, biex minn hemm tlaqna ghall-belt ta` Zacatecas, fl-Istat li jgib l-istess isem. Vjagg twil iehor li hadilna sal-hamsa ta` wara nofs in-nhar. Wara li ssetiljajna f'lukanda stajna nohorgu nieklu u nergghu lura biex norqdu. Martha bdiet tibki ghax riedet il-hobz tal-Malti! Ilma biex ninhaslu ma tantx kien hemm. Il-pressa kienet baxxa u ma tantx beda jitla` fit-tankijiet.
Mappa tal-Messiku li tindika l-postijiet li morna fihom
24-6-1998 Il-belt ta` Zacatecas ghandha popolazzjoni t`195,000 ruh u qieghda 2445 metri `il fuq mill-bahar. Maghrufa l-aktar ghal minjieri tal-fidda u ghalhekk l-ewwel zjara li ghamilna kienet li nzuru wahda minn dawn il-mini. Il-ftehim li kelli mal-mara kien, li huma joqoghdu jduru l-postijiet filwaqt li jien infittex il-kaktus. Izda xorta ridt inwassalhom sal-minjiera, imma meta wasalna din kienet ghadha ma fethitx.Ghalhekk, sakemm qaghdu jistennew, tlajt fuq l-gholja Cerro Pico del Grillo ,li go fiha hemm skavata din il-mina, Mina el Eden .
Mill-ewwel stajt nara li kien hemm xi tlett speci differenti ta' Opuntia, Stenocactus zacatecasensis, Mammillaria gummifera u fuq bicca blata aktar `il fuq kien hemm speci ta` Mammillaria sabiha ferm. Kienet tinstab fuq din il-blata u mkien aktar. Wara ftit inzilt, izda ghamilt il-hsieb li nerga` nitla` aktar tard. Issa l-mina kienet fethet u stajna nidhlu go fiha permezz ta` tren zghir li wasslitna sal-qalba ta' l-gholja. Go fiha kien hemm hwienet tas-souviners u wara gejna mdawra mal-mini, ghalkemm stajna nifhmu ftit li xejn. Hrigna minn go post iehor li kien 'il boghod ferm mid-dahla. Issa ahna konna hallejna l-buggy hdejn id-dahla u ghalhekk hadt battikata sakemm ergajt mort ghaliha. Biex naqsmu ghal fuq gholja ohra kien hemm cable car li huma jsejhulha Teleférico.
Echinocereus enneacanthus Ojo de Dolores
L-gholja jisimha Cerro de la Bufa. La Bufa ma fihiex kaktus ghax kienu saru hafna battalji fuqha. Izda l-inhawi ta` madwar jissejhu wkoll La Bufa u Stephen Brack ghandu xi zerriegha ghall-bejgh minn dawn l-inhawi. Infridt mill-familja. Huma daru lura u jien bqajt miexi ghal ghonq it-triq. Kien hawn li hadt skoss f`sieqi li kawza tieghu bdejt inzappap. Imma la wasalt s`hawn xejn ma kien se jaqtaghli qalbi. Ftit 'il boghod fuq gholja ohra ma stajtx nidhol ghax kien hemm sinjal li juri li kien hemm fabbrika ta` l-esplossivi, izda xi nofs kilometru `il boghod iddecidejt li nitla` gholja ohra. Din ma tantx kellha kaktus bhala speci imma bhala kwantità kienet mizghuda bil- Stenocactus zacatecasensis.
Kien hemm speci ta' Opuntia bhal ma kont sibt qabel, izda ukoll speci ta' Agave, x`aktarx l-A. durangensis. Din l-Agave tvarja hafna fil-kobor, izda dawn ma kinux kbar. Pjuttost zghar, mhux aktar gholjin minn 30cm. L-anqas id-distribuzzjoni taghhom ma hija kbira ghax jinstab grupp madwar il-belt ta` Zacatecas u grupp iehor madwar il-belt ta` Durango. Din l-ispeci ghandha xewk twil iswed fil-ponot tal-weraq. Wara li ma stajtx insib xejn aktar dort lura.
Agave parryl Creel, Chihuahua
25-6-1998 L-ghada bakkart u ergajt tlajt Cero Pico del Grillo. Din l-gholja thares lejn il-punent u ghalhekk kienet ghadha fid-dell. Bhall-gurnata ta` qabel bdejt insib lis-Stenocactus zacatecasensis u l-Mammillaria gummifera kif ukoll it-tlett speci ta' Opuntia, wahda minnhom bil-pal irregolari. Agave durangensis ma kienx hemm. Aktar `il fuq go blat izolat sibt il-Mammillaria.
Wara sirt naf li kienet il-M. zacatecasensis, xitla li tixbah lill-M. jaliscana, izda li tinstab madwar il-belt ta` Zacatecas biss. Il-fjuri taghha huma bojod jaghtu fl-isfar filwaqt li tal-M. jaliscana huma roza. Din l-ispeci nstabet fl-1958. Komplejt tiela` `l fuq sakemm wasalt fil-quccata. Din l-gholja ma tantx kienet difficli biex titlaghha, izda kien hemm daghbien li jaghtu ghal gol-Mina el Eden, li saru bhala ventilazzjoni ghall-arja. Fortunatament dawn kienu mdawrin b`hajt baxx u ghalhekk wiehed jekk ma jkunx aljenat seta` jevitahom. Hawnhekk sibt Stenocactus zacatecasensis li kien kristata.
Agave Durangensis? La Bufa, Zacatecas, Zacatecas
In-naha l-ohra ta` l-gholja ma kienx hemm kaktus, fenomenu li osservajt drabi ohra u li ma nistax nifhem, kif fuq naha issib u fuq naha ohra ma ssib xejn. Din in-naha kienet taghti ghal go wied li kien aktar fond u ghalhekk kien aktar difficli ghalija biex ninzel. L-aktar ghax bdiet terga' tugaghni rkoppti u aktar ma nimxi aktar beda jzid l-ugigh.
Fil-qiegh ta` l-gholja kien hemm ftit ilma niezel li kien qed jattira hafna nsetti, l-aktar dubbien zghir, izda xi friefet wkoll. Bqajt miexi ghal ftit u tlajt lura mill-istess naha, izda mhux mill-istess post. Malli tlajt fil-quccata nsib ruhi go binja ta` kerrejja (shanti town) li jinstabu tista` tghid ma` dawn it-tip ta` bliet kollha. Peress li kien ghadu kmieni ddecidejt li mmur fuq gholja ohra, u peress li Zacatecas hija mdawra bil-muntanji, qbadt karozza tal-linja biex nara fejn se tehodni. Ma haditnix qrib l-gholjiet izda mbaghad qbadt ohra li ghaddiet bizzejjed vicin gholja fejn stajt ninzel. Xorta kelli nimxi bicca mhux hazin u saqajja aktar bdiet tkiddni. Fl-ahhar wasalt taht l-gholjiet, li kienu jharsu lejn l-gholja del Grillo min-naha l-ohra tal-belt, izda 'l boghod ferm.
Dawn l-gholjiet kienu jiffurmaw hajt ma jaqta` xejn ma` din in-naha tal-belt, u kienu oghla ferm minn ta` qabilhom. L-ahhar ftit metri biex tilhaq li-quccata kienu vertikali. Ergajt bdejt insib lis- Stenocactus zacatecasensis u xejn aktar. Tlajt sa fuq nett u qghadt nistrieh filwaqt li nitpaxxa bil-veduti. Minn dan l-gholi tista` tara l-belt u lil hinn minnha. Dawn il-veduti qatt ma xbajt inhares lejnhom, avolja kont ghajjien. Flejt il-hitan t`hemm fuq u ma stajt insib xejn ghalkemm dehru promettenti. Kif bdejt nahseb biex ninzel sibt il- Mammillaria cowparae qalb ix-xquq tal-blat. Issa aktar ghamilt il-kuragg; ma sibtx aktar minn erba` xtieli, kollha ghall-irdoss tal-blat. Biex inzilt rajt martirju shih ghax kull darba li bdejt nirfes fuq sieqi tal-lemin bdejt noghtor u ghalhekk kelli ninzel bicca sew naqra, naqra fuq il-warrani. Kull ma kelli bzonn kien mistrieh, izda ma ridtx nitlef mument wiehed minn din l-avventura.
Mammillaria cowperae bejn il-blat. Zacatecas, Zacatecas
26-6-1998 Tlaqna ghal Fresnillo (tinqara Fresnijjo), belt xi sittin kilometru boghod minn Zacatecas. Il-vjagg servieni tajjeb ghax stajt inserrah xi ftit sieqi, ghalkemm kelli noghqod inggor il-bagalji kull darba li mmorru minn post ghall-iehor. Qisek qed issiefer kull darba. Il-buggy ta` Martha servietna tajjeb ghax bdejna nitfghu l-bagalji fuqha.
Wara li sibna lukanda fil-qalba tal-belt bl-isem ta` Hotel Maya u ssetiljajna l-affarijiet, erhejtilha ghan-naha tal-Lvant fejn kienet tidher gholja qrib din il-belt. Wara li mxejt mhux hazin sibt li bl-ebda mod ma stajt nidhol. Minn hafna metri 'il boghod l-gholja kienet imdawra b`fence gholji, parking tal-karozzi u ufficini bejniethom. Irrealizzajt li din l-gholja kienet qed tintuza bhal speci ta` barriera biex minnha jiehdu l-gebel jew iz-zrar bhal ma naghmlu hawn Malta. Kienu qed ihottu din il-gholja ftit, ftit. Min jaf kemm il-kaktus u hlejjaq ohra kienu qed jinqerdu fil-process. Wara li domt nimxi hafna biex nipprova ninnaviga minn fejn nista` ndur biex nidhol, fl-ahhar qtajt qalbi u dort lura. Sieqi kienet qed terga' tipprotesta.
27-6-98 Gieli jigri li timmarka gholja jew muntanja minn certu distanza u tibda miexi lejha ghax tahsibha ftit kilometri boghod. Meta tkun imxejt hafna tinduna li l-gholja tkun aktar 'il boghod milli hsibt, minhaba li tkun akbar milli tidher. Hekk grali f`din il-gurnata. Imxejt kilometri shah sakemm hrigt mill-belt u mbaghad imxejt aktar sakemm bdejt ghaddej mix-xaghri u l-ghelieqi ta` madwar. B`xorti tajba bdejt insib il-kaktus.
Ergajt sibt il-Mammillaria gummifera. Bdejt insib ukoll Mammillaria kbira d-daqs ta` madwar 12-il cm dijametru. X`aktarx din hija l-Mammillaria imsejha M. obscura li skont Hunt hija forma tal-M. petterssonii jew tal-M. gigantia. Però din hija differenti ferm minn dawn, ghall-anqas, mill-ispeci b'dan l-isem li ghandi fil-kollezzjoni tieghi. Din kienet mdahhla kollha fl-art, bil-quccata biss tidher. Kien hemm ukoll xi hames speci ta' Opuntia kollha jikbru fl-istess post, fosthom l-O. tunicata li tixbah hafna lill-O. cholla u li hi perikoluza ferm minhabba x-xewk taghha. L-O. imbricata tikber hafna u bil-fjuri sbieh, vjola. Hawn sibt ukoll speci ta' Corypahantha. F'dan il-post kien hawn xi sitt baqriet mejta. M`ghandix idea biex setghu mietu, izda hawn kien mimli dubbien li ghamel festa mill-gharaq tieghi u mill-ilma li kont qed ingorr.
Aktar `il quddiem sibt xitla tat-Thelocactus lloydi. Dan qeghdin iqisuh forma tat-T. hexaedrophorus li ghandu range kbira u jvarja hafna, izda grupp dilettanti Olandizi ma jaqblux ma dan ghax minn din l-ispeci ghat-T. hexaedrophorus hemm gap ta' aktar minn 100 km. Il-Mammillaria obscura kienet tidher kollha hawnhekk u miniex cert jekk setghetx kienet speci ohra differenti minn dik ta` qabel. Imxejt aktar sakemm wasalt hdejn l-gholja li kont immarkajt b`ghajnejja u nsib li xi hadd kien haraq ix-xtieli, haga komuni fil-Messiku. Kien hemm xi ftit sukkulenti li baqghu hajjin. Sibt l-Echinocereus rubrispinus li issorprendieni ghax skond Taylor dan jinstab aktar `il fuq.
Echinocereus rubrispinus; Fresnillo Zacatecas
Mammillaria obscura.
Din ix-xitla hija aktar il-barra mill-art. Minn dan u ritratt sa fejn qabel kont sibt xi xtieli ohra ta' l-istess speci hemm madwar kilometru differenza; Fresnillo, Zacatecas.
Kien hemm ukoll lis-Stenocactus zacatecasensis li ltqajna maghha f`Zacatecas ukoll. Kien hemm uhud minnhom bil-fjuri, sofor zghar u nsinifikanti. Wara li strihajt ghad-dell ta' Yucca gganteska komplejt indur ma' din il-gholja u ergajt lura lejn Fresnillo. Kont tbighedt mhux hazin ghax il-belt kienet tidher biss fuq ix-xefaq. Stajt nara ukoll hafna dust devils; trombi zghar ta` l-arja li jkunu ffurmaw minn arja shuna. Fuq naha ohra, kien hemm muntanji maestuzi li kienu 'l boghod hafna. Wara li ghaddejt minn xi erba` ghelieqi, rajt il-barrin u qghadt attent li nnehhi l-beritta peress li din kienet hamra. Ma ridtx li niffastidja lil xi wiehed u jispicca jigri warajja. Kelli nghaddi wkoll minn xi ghelieqi kollha dranagg taz-zwiemel, fejn kelli noqghod naqbez minn "gzira” niexfa ghall-ohra. Kont kuntent li sibt hafna kaktus u li issa sieqi ma tantx telfitni.
28-6-1998
Din kienet gurnata ohra ta` vjaggar. Issa tlaqna ghall-belt ta` Durango fl-Istat ta` Durango. Minn fejn qbadna coach iehor ghal El Salto, rahal zghir fuq il-muntanji tas-Sierra Madre Occidental, madwar 160 km boghod minn Durango. Ghaddejna minn hafna veduti u pajsaggi sbieh qalb il-muntanji. Din it-triq li minn Durango taghti ghal El Salto tissejjah El Espinaso Del Diablo, jew ahjar, "ix-xewka tad-dahar tax-xitan". Dan ghaliex isserrep hafna qalb il-muntanji, b`naha minnhom il-hajt tal-muntanja u n-naha l-ohra fondoq kbir. Tant isserrep din it-triq li kultant tista` tara t-triq li tkun ghaddejt minnha n-naha l-ohra. Kif bdejna noqorbu lejn El Salto bdiet nizla ix-xita bil-qliel. Kien lahaq dalam meta wasalna u x-xita ma riditx tbatti. Staqsejna lix-xufier jekk kienx hemm xi lukanda u qal li ma kienx jaf. S`issa dejjem konna sibna lukanda u ma ridtx nahseb xi stajna naghmlu li kieku ma sibniex. Il-coach kien l-ahhar vjagg! Stkennejna kif stajna ghand hanut tat-twiebet, u l-passiggieri li nizlu qabilna stkennew f`hanut tal-haxix. Sakemm kulhadd hatt il-bagalji sirna ghasra minn fuq s`isfel bil-bagalji b`kollox. Mort infittex lukanda, li sibt wahda xi zewg kantunieri boghod. Hekk stajna niehdu r-ruh.
29-6-1998 Malli sebah filghodu, stajna nosservaw is-sbuhija ta` dan il-post. Il-bini kollu huwa mibni bis-soqfa mzerzqa, dan peress li tinzel hafna xita, qiesek qed tara xi pajjiz fit-Tramuntana ta` l-Europa. Ir-rahal qieghed mibni fuq tarf ta` daghbien (canyon) fond hafna. Peress li qieghed qalb il-muntanji f`gholi t`2400 metru, huwa post umdu hafna.
Tlaqt kmieni biex nara x`se nsib, u kif kont qed noqrob il-genb tal-wied iltqajt ma` wiehed ragel. Offrieli li jzommli l-affarijiet u jien irrifjutajt ghax deher xi ftit suspettuz, izda huwa kompla jippersisti u tajtu l-basket ta` l-ikel. Il-camera u video camera zammejthom jien. Komplejna ghal ghonq it-triq u qbadna parlata. Qalli li kien ipejjep il-haxixa (cannabis). Hu qal, li dera jehodha wara li kien marad meta kien zghir u kienu jaghtuhielu biex itaffi l-ugigh. Baldazar, ghax hekk kien jismu, offra li jurini fejn kienu jinstabu l-kaktus u minn hemm `il qudiem sirna hbieb. Imxejna ghat-tarf tal-wied fejn sibna l-Echinocereus acifer. Dan il-kaktus kien rega' nstab minn Alfred Lau (missjunarju u botanista) wara zmien mitluf. Kien hemm hafna clumps minnhom. Sibna wkoll il-Mammillaria senilis. Xitla sabiha hafna ghax il-fjura taghha hija unika. Ghamlet xi zmien bl-isem ta' Mammillopsis senilis.
Mammillaria senilis; El Salto, Durango
Kien hemm il-fehma li din ma taghmilx offsets, izda wara kien instab li kien hemm minnhom li jaghmlu l-clumps kif huwa fil-kaz t`El Salto. Kienu nstabu wkoll xtieli bil-fjuri bojod minflok homor lewn l-iskarlat. Izda din ma tantx taghmel differenza. Baldazar kien midhla sew ta` dawn ix-xtieli u meta wrejtu li l-frott ta' l-E. acifer huwa facli biex tnehhilu x-xewk huwa kiel wahda minnhom. Kiel ukoll weraq tal-Begonia li hawnhekk kienu qed jikbru fl-istat naturali taghhom, taht is-sigar tal-ballut u cipress. Barra dawn ix-xtieli kien hemm speci nana ta' Opuntia robusta li ma tantx kienu qed jikbru sew, nahseb minhabba l-ammont ta' umdità u cpar li jifforma fuq il-pal. Speci ta' annimali rajna zring li kien camouflage u gremxula xi ftit ikbar minn dawk ta' Malta.
Staqsejtu jekk kienx jaf b`xi kaskata (waterfall), qalli li 'l boghod kien hemm tnejn, izda wahda minnhom kienet aktar vicin. Alfred Lau kien sab il-M. longiflora v. stampferi propju vicin kaskata f`El Salto. Ghalhekk tlaqna ghall-aktar wahda vicin. Domna ftit nimxu u zgur li ma kontx insibha minghajr l-ghajnuna ta` Baldazar. Fl-ahhar wasalna hdejn il-kaskata maghrufa bhala Mil Dies jew ahjar "elf u ghaxra" (1010). Ma kienx jidher li hemm xi Mammillaria ghalkemm jien ma qsamtx ghan-naha l-ohra, u qghadt biss nitpaxxa bil-kaskata. Minn fuq stajt nara li kwazi taht il-kaskata kien hemm clump tal-kaktus x`aktarx ta' l-Echinocereus acifer li min jaf kemm jaqla` raxx ta' l-ilma. Dan kien qed jikber fuq blata xi metru u nofs mill-ilma. Wara ftit dorna lura. Matul il-lejl regghet ghamlet ix-xita.
30-6-1998 Filghodu pparkjajna, izda peress li l-coach kellu jghaddi minn El Salto ghal habta ta` nofs inhar, mort in-naha l-ohra tal-wied. Il-wied kien ghadu mimli cpar li beda jevapora hekk kif bdiet izzid ix-xemx. Ergajt sibt l-istess speci tal-gurnata ta` qabel u dawn kienu kollha mxarrbin. Xhieda ta` kemm jifilhu ilma dawn ix-xtieli. Sibt ukoll speci ta' Sedum zghir hafna u Orchidea zghira. Ma` din in-naha n-nies ta` El Salto qed jarmu z-zibel ghal isfel u hemm il-periklu li jeqirdu dan il-post tant sabih.
Tlaqna ghal Mazatlan, post turistiku li qieghed fl-Istat ta` Sinaloa, fuq l-ocean Pacifiku. Il-vjagg kien xi ftit perikoluz, ghax l-istess tip ta` triq, bhal dik ta` Durango/El Salto kienet dik El Salto/Mazatlan, bil-konsegwenza li kien waqa` xi gebel matul il-lejl f`hafna postijiet u dan kien jaghmel il-manuvrar tat-triq aktar difficcli. Stajna naraw li hafna mill-hitan kienu mimlija b`diversi speci ta' Yucca u Agave. Ahna u sejrin waqafna f`post biex nitrejqu. Hawnhekk sibt hajt li kien mimli speci differenti ta` bahrijiet (moths). Ghoddejt madwar ghoxrin speci. Kien hemm ukoll xi hanfus. Jista' ikun li dahlu jistkennu jew inkella attirathom ir-riha tal-birra peress li dawn l-insetti jhobbu l-birra.
Wasalna Mazatlan b'wicc il-gid u rkibna taxi li haditna sal-lukanda Holywood, ftit ghaxriet ta` metri 'l boghod mill-bahar. Il-klima ukoll inbidlet ghax issa gejna fi shana tremenda. Mazatlan mimlija lukandi wahda hdejn l-ohra u hafna minnhom mibnija fuq ir-ramel u l-kosta tibqa' sejra kemm ittik il-vista ta`ghajnejk, xi haga li meraviljatna. L-gholjiet kienu 'l boghod hafna u ma stennejtx li nsib xi kaktus. F`nofs din ix-xtajta hemm madwar tliet gzejjer li jvarjaw mid-daqs ta` Kemuna ghad-daqs ta' Filfla. Xtaqt li kieku nghum ghalihom izda hawnekk il-bahar beda jtella' l-mewg tip ta` surfers, u ghalhekk qghadna nghumu vicin hafna r-ramel. Biex tghaxxaqha, fuq naha minnhom kien hemm bandiera hamra u meta staqsejna qalulna li dik kienet twissija biex ma jsirx ghawm hemmhekk ghax kienu tilfu hajjithom xi tmienja u erbghin persuna daqs kemm jobrom. Xorta wahda hadna hafna pjacir nghumu.
cont. in part 2
Part 2
Donated by the Cactus & Succulent Society visit Cactus and Succulent club website
|