Speci gdida f'Genus gdid
minn René Zahra
Niftakar fi zmien meta sena wara l-ohra kienu jinstabu numru kbir ta' speci godda kemm tal-familja tal-kaktus kif ukoll tas-sukkulenti l-ohra. Illum il-gurnata ftit li xejn nisimghu bi speci godda ghaliex donnu li dak kollu li jezisti digà nstab. Mela ma niskantawx meta xi xitla gdida taghmel daqhekk furur.
Dan is-sajf kont l-Ingilterra u kulhadd kien qieghed jitkellem fuq kakrus li kien instab fl-Argentina. Staqsi 'l hawn u staqsi 'l hemm fl-ahhar kelli l-istorja kollha kif ukoll hafna informazzjoni fuq din l-ispeci gdida.
Tlitt snin ilu tliet dilettanti mill-Iszizzera kienu qeghdin jesploraw ghall-kaktus f'parti fejn l-Argentina tmiss mal-Bolivja. Fil-muntanji ta'dawn l-inhawi sabu kaktus li qatt ma kienu raw bhalha, izda minhabba li din ma kelliex fjuri u zerriegha ma setghux ikunu mija fil-mija certi li din kienet xi haga gdida u jekk kienet f'liema genus trid titpogga. Xi ftit xtieli li hadu maghhom baqghu m'ghamlux fjuri. Wiehed minn dawn id-dilettanti Svizzeri qal b'dan il-kaktus lil dilettant Ingliz li joqghod fil-Bolivja u dan flimkien ma hbieb ohra ftiehmu li jippruvaw jergghu jsibu l-post fejn jikber dan il-kaktus. Kellhom imorru l-Argentina f'November 2000, izda gara li f'Awissu ta' l-istess sena, Jörg Pilz, dilettant Germaniz flimkien ma' Roberto Kiesling, botaniku mill-Argentina meta kienu fl-istess inhawi sabu dan l-istess kaktus, izda ghal darba ohra ma rawx il-fjuru u z-zerriegha. Il-grupp mill-Ingilterra li wasal f'Novembru kien aktar iffortunat ghaliex sabu kemm zerriegha kif ukoll il-fjuri b'hekk kien certi li dan il-kaktus mhux biss kien jappartjeni lill-speci gdida, izda kien tant differenti minn kakti ohra li ghalih kellhom joholqu genus gdid ukoll. L-ewwel nies li sabu dan il-kaktus kienu hasbu li jaghtuh l-isem ta' Tafna, izda fl-ahhar kollox thalla f'idejn il-botaniku mill-Argentina, Roberto Kiesling li semma dan il-kaktus Yavia cryptocarpa.
Nisthajjel li lesti biex tistaqsuni biex nghidilkom xi haga fuq kif inhi din l-ispeci gdida. Minn dak li qaluli sirt naf li din hija xitla ckejkna b'gheruq hoxnin u twal. Kien hemm dawk li qaluli li qisha xi Epithelantha minghajr xewk. Ohrajn qaluli li qisha Blossfeldia kbira hafna. Wiehed jinduna li dawn iz-zewg deskrizzjonijiet, ghalkemm b'mod differenti, jaqblu perfettament.
Dawk li attendew ghat-tahditiet ta' Grahan Charles nhar 1 t' April 2001, kellhom ix-xorti li raraw is-slides ta' dan il-kaktus li kulhadd qieghed jitkellem fuqu, issa nisperaw li ma ndumux ma nsibu iz-zerriegha tieghu u nibdew nikkultivawh fil-kollezzjonijiet taghna.n
Donated by the Cactus & Succulent Society visit Cactus and Succulent club website
|