Articles
Bonsai Club
Cactus Club


Dogs Plants Cats Fish Birds Exotic PetNGarden

News Shops My pet page Search Contact List Win Free Services send e-mail

Minn hawn u minn hemm

minn Dott. Francis X. Sammut

F'dan l-artiklu m'hux l-iskop tieghi li noqghod fuq suggett wiehed. Aktar minn hekk irrid naqbad hafna ntietef minn hawn u minn hemm fuq suggetti li forsi ghalkemm qrajna jew smajna fuqhom m'ahniex naghtuhom l-importanza li propju jisthoqqilhom. Irridu niftakru li kultant certu affarijiet li nqisuhom bhala dettalji jistghu jkunu tant importanti li minghajrhom il-haga li naghmlu ma tirnexxix.

Dwar is-serra: - Hemm hafna speci ta' kaktus u sukkulenti ohra li jistghu jitkabbru barra, izda certu speci fini zgur li jridu l-kenn ta' serra. Meta nkunu sa naghmlu xi serra noqghdu attenti li jkollha puzizzjoni tajba fejn tara l-aktar xemx u jkollha bizzejjed bibien u twieqi biex l-arja ticcirkola tajjeb. Ghall-istruttura l-ahjar materjal huwa l-aluminju u l-ahjar materjal ghall-gheluq huwa l-hgieg jew il-polycarbonate. Is-serra naghmluha mdaqqsa mill-ewwel ghaliex inkella jigrilna li wara ftit nindunaw li bix-xtieli li tellajna s-serra saret zghira wisq. Ma ninsewx li jekk irridu nigbru z-zerriegha, irridu mill-anqas zewg xitliet minn kull speci u naghmlu ahjar jekk flok tnejn inzommu tlieta biex naghmlu tajjeb ghal xi telf li jista' jkollna. Barra minn hekk irridu nahsbu ghal meta x-xtieli jikbru u jibdew jiehdu hafna aktar spazju minn meta jkunu zghar. Ma ninsewx lanqas li x-xtieli jridu spazju addattat bejniethom, kemm biex ikun hemm cirkulazzjoni ta' arja li hija importanti ferm ghall-kultivazzjoni tajba, kif ukoll biex jaghtu dehra sabiha fl-ghajn. Fil-kaz tal-kaktus bix-xewk twil dan l-ispazju huwa aktar importanti ghaliex inkella dan ix-xewk jibda'diehel f'xulxin.

Irridu nahsbu wkoll f'xi forma ta' shading ghax-xhur tas-shana. Ghandna kemm ghandna bibien u twieqi fis-serra dawn m'humiex bizzejjed ghax-xemx qalila tas-sajf Malti, u anke l-aktar kaktus xieref jista' jinharaq jekk is-serra ma jkollhiex shading. Shading jista' jkun xi forma ta' tibjid li bih inbajdu l-hgieg tas-serra (Il-polycarbonate qatt m'ghandu jitbajjad ghaliex dan jidhol go fih u ma jkunx jista jitnehha sewwa.) jew xi shade-cloth apposta ghal din il-haga. It-tibjid irid jitnehha fix-xitwa u din xi kultant tkun bicca xoghol iebsa l-aktar f'certu postijiet bhas-saqaf li ma jkunx jista' jintlahaq sewwa. L-ahjar huma purtieri ta' 50% shade-cloth mas-serra kollha li jigri fuq ir-rails jew wires. Dawn il-purtieri jitpoggew f'Marzu jew qabel meta x-xemx tibda tkun qawwija u jitnehhew ghax-xitwa. Irridu noqoghdu attenti li nixtru il-50% shade-cloth u mhux xi tip iehor. Dan qieghed nghidu ghaliex hemm ukoll 75% u 90% shade-cloth li m'humiex tajbin ghall-kaktus ghaliex idelllu wisq.

Il-qsari ta' gos-serra ghandn naghzluhom ta' ghamla uniformi. Ma nhalltux qsari tal-plastik ma' qsari tal-fuhhar. Jekk sa naqbdu bil-qsari tal-plastik is-suwed ma ndahhlux qsari lewn it-terrakotta u jekk nuzaw qsari kwadri ma ndahhlux ukoll dawk tondi. Fejn nistghu nuzaw tahlita ta' kompost uniformi, biex ma jkunx hemm diffikultajiet fit-tisqija bhal meta certu qsari jinxfu qabel ohrajn. Meta ndahhlu xtieli godda nnehhulhom il-kompost li gew fih u nxettluhom fit-tahlita taghna. Fl-istess hin li naghmlu dan, nezaminaw l-gheruq ghal xi mard.

Is-serra ghandna nzommuha dejjem nadifa u ma nohdux il-vizzju li nwaddbu l- imbarazz jew xtieli mejtin taht l-ixkaffar. Dawn jaghtu aspett ikrah u jistghu wkoll ixerrdu l-mard max-xtieli l-ohra.

Dwar it-Tisqija: - It-tisqija fis-sajf trid issir spiss; bejn wiehed u iehor kull ghaxart ijiem fil-kaktus u ftit aktar spiss fis-sukkulenti l-ohra, l-aktar dawk bil-weraq kbir. It-tisqija tista' ssir minn taht jew minn fuq. Ma nistghux insaqqu minn taht il-hin kollu, ghaliex l-imluha ta' l-ilma u tal-fertilizant li naghtu titla' fil-wicc u taghmel skorca li taghlaq l-arja lill-gheruq. Irridu ghalhekk daqqa nsaqqu minn taht u daqqa nsaqqu minn fuq. Meta nsaqqu minn fuq kemm jista' jkun naraw li ma nxarrbux il-kakti li fihom hafna suf jew li ghandhom ic-cephalium. Ic-cephalium huwa tahlita ta' suf, lanzit u materjali ohra li jzommu hafna ilma go fihom. Jekk ic-cephalium jixxarrab jista' jikkaguna t-tahsir. Dan qieghed nghidu ghaliex jiena stess gieli b'aljenazzjoni xarrabt ic-cephalia tal-Melocacti u wara ftit jiem jibdew jithassru sewwa sew minn madwar ic-cephalium. Nisthajjel li tghiduli "Fl-abitat dawn jixxarrbu bix-xita u ma jigrilhom xejn" Dan huwa veru, izda fil-ftuh ta' l-abitat dawn malajr jinxfu, filwaqt li fl-arja maghluqa ta' serra, kif ukoll bl-umdità gholja li kemm-il darba jkollna, dawn l-ispeci jdumu ma jinxfu u dan jista' jgib it-tahsir u t-tinwir.

Bhala regola generali l-kaktus ma jissaqqiex fix-xitwa, izda jiena sibt li certi kakti bhall-Melocactus, Discocactus u Notocactus jekk fix-xitwa ma jissaqqew xejn, joghlbu u jitqaxqxu hafna u mbaghad idumu biex jigu f'taghhom. Meta bdejt naghtihom xi ftit ilma fix-xitwa dawn zammew forma sabiha. Hawn ma rridx niftiehem hazin. L-ilma li naghtu jrid ikun fi kwantità zghira, kemm il-kompost jinzamm niedi u din it-tisqija naghmluha filghodu f'xi gurnata sabiha u bix-xemx u jsir biss, bejn wiehed u iehor, darba fix-xahar.

Dwar il-Bexx: - Biex inzommu x-xtieli taghna b'sahhithom irid isir il-bexx. Darba kont ghand grower fl-Olanda u x-xtieli li kellu fis-serra kienu kollha morda b'kull xorta ta' mard. Wara skoprejt li dan ir-ragel kien jibza' mill-bexx u ma kien ibixx qatt. Qabel ma nbixxu rridu niehdu l-prekawzjonijiet kollha: Nilbsu qmis bil-kmiem twal, nilbsu ngwanti tal-lastiku, nilbsu l-maskra apposta, nifthu l-bibien u t-twieqi tas-serra kollha u wara l-bexx niehdu banju u ma nersqux fis-serra ghall-anqas sa jumejn wara. Dan il-bexx irid isir kemm biex inbieghdu l-mard mix-xtieli taghna, kif ukoll biex infejquhom meta jimirdu. Jiena anke meta m'hemmx mard fis-serra, inbixx mill-anqas darbtejn fis-sena b'fungicida u b'insetticida sistematiku imhalltin flimkien. Dawn jidhlu fic-cirkolazzjoni tax-xtieli u jipproteguhom ghal zmien twil. Jekk imbaghad ikollna l-mard irridu nbixxu aktar spiss sakemm il-mard infejquh ghal kollox.

Dwar iz-zrigh: - Kemm-il darba smajna tahditiet fuq iz-zrigh tal-kaktus u tas-sukkulenti l-ohra. Nafu li wiehed mill-aktar sistemi uzati huwa dak li npoggu l-qsari biz-zerriegha go borza tal-plastik. Din hija sistema ta' zrigh tajba ghaliex qieghda taghti mikro-klima tajba u ghandna qisha serra fic-cokon fejn generalment wara l-ewwel tisqija ma jkunx hemm bzonn ta' tisqija ohra ghaliex l-istess fwar ta' l-ilma li jitla' minn gol-kompost jerga' jinzel minn mal-borza u jzomm umdità uniformi. L-uniku ntopp huwa kemm-il darba jigri li billi jkollna ilma zejjed, fil-wicc tal-kompost titrabba skorca ta' haziz li tghatti u toqtol xtieli bhal dawk ta' l-Aztekium, Strombocactus, Blossfeldia u speci ohra li jibqghu zghar u jimxu bil-mod hafna. Ironikament dawn huma l-ispeci li ghaliex huma difficli u jimxu bil-mod l-aktar li ghandhom bzonnn gheluq fil-borza fit-tul u ghalhekk aktar hemm cans ta' dan il-haziz li joqtolhom u jidfinhom. Is- soluzzjonijiet ghal din il-problema huma dawn :-

  • L-ilma jrid ikun jew ilma distillat jew ilma ta' l-air-conditioner jew tad-dehumidifier - l-ilma tal-bir, jekk ma nghalluhx, mhux tajjeb, ghaliex dan jingabar minn fuq il-bjut u ghalhekk ikollu hafna spori tal-haziz.
  • It-tisqija tal-qsari taz-zerriegha ma tridx tkun tali li tissatura l-kompost bl-ilma. Jew insaqqu l-kompost minn fuq b'xi bexxiexa rqiqa qabel nizirghu z-zerriegha jew jekk sa nsaqqu minn taht, wara li nnehhu l-qasrija mill-ilma, nhallu l-ilma tal-qasrija jiskula ghal xi saghtejn qabel ma ndahhluha fil-borza biex ma ndahhlux ilma zejjed.
  • Ma npoggux il-boroz f'dawl qawwi, ghaliex dan jiffavorixxi l-kobor tal-haziz.
  • Nispezzjonaw il-boroz ta' spiss biex jekk naraw li l-wicc beda jihdar inroxxu ramel ta' xi zewg millimetri hxuna hafif, hafif qisna qeghdin inroxxu l-bzar. Dan jaqta' l-arja lill-haziz u ghal zmien ma jibqax jikber.

Meta jerga' jibda jidher nergghu naghmlu l-istess. Meta nifthu l-boroz inkunu qeghdin innaqqsu l-umdità u ghandu mnejn li jkollna bzonn inbixxu hafif biex inroddu lura l-umdità li ntilfet. Din il-bexxa hafifa naghmluha bl-ilma li jkun fih fungicida hafif mieghu.

Dwar it-tilqim: - Smajna u qrajna hafna wkoll fuq it-tilqim tal-kaktus u tas-sukkulenti l-ohra u m'hinix se nidhol fit-teknika tat-tilqim (Fuq dan is-suggett ara l-artiklu tieghi stess fil harga tal-magazine taghna tas-sena l-ohra - pagna 15 sa 20). Irrid nghid l-ewwel nett li t-tilqim mhux kapricc. Hadd m'ghandu jahli z-zmien u l-materjal biex ilaqqam speci li jimxu sewwa fuq gheruqhom. B'dan kollu certi speci delikati ma jikbrux sewwa fuq gheruqhom u jekk ma jitlaqqmux hemm cans kbir li jintilfu. Niedu bhala ezempju l-Blossfeldia. Huwa difficli ferm li zzomm Blossfeldia fuq gheruqha. Tghiduli imma fl-abitat fuq gheruqhom ikunu dawn. L-ewwelnett Blossfeldia matura taghmel efuf ta' zerriegha fi stagun wiehed, izda minn dawn l-eluf huma wahdiet biss li jinbtu, jghixu u jimmaturaw. Dan ghaliex barra li l-Blossfeldia ma tantx taghmel gheruq b'sahhithom, trid ukoll ambjent specjali biex tghix. Dawn il-kakti generalment insibuhom f'xi qasma fil-blat f'postijiet fejn ma tigix xemx diretta fuqhom. Mela hemm ghandhom it-tira tal-blat, l-ilma jiskula malajr u ghandhom il-frisk. Dawn huma sitwazzjonijiet li ma nistghux nipprovduhom malajr fis-serra. Kif digà ghedt, jekk se npogguhom f'borza tal-plastik, b'din il-haga nkunu lhaqna nofs l-iskop; dak ta' l-umdità, izda dwar ic-cirkolazzjoni ta' l-arja li dawn ix-xtieli maturi jinhtiegu, borza maghluqa ma taghtihiex.

Kif ahna fuq is-suggett tat-tilqim irrid inghid li fil-kotba jezistu hafna skorrettezzi u l-ghajb hu li hafna drabi l-awturi jikkupjaw lil xulxin u l-izbalji joktru. Huwa tajjeb hafna li ahna naqraw kotba dwar id-delizzju taghna imma ma rridux nibilghu kollox, izda rridu nesperimentaw ahna wkoll. Naghti xi ezempji: Jinghad f' certi kotba li l-Obregonia ma titlaqqamx, izda dan m'hu veru xejn. Jinghad ukoll li biex is-seedling titlaqqam b'success hemm bzonn li din ikollha xi xewk jew xi areoli jidhru. Din m'hix veru lanqas. Meta jiena bdejt inlaqqam is-seedlimgs tal-Blossfeldia dawn kienu ta' millimetru jew anqas u ta' dan ic-cokon mhux talli ma kellhom l-ebda sinjal t'areoli izda li kieku s-seedling ma jkollhiex xi gherq zghir jidher, lanqas tkun tista' tghid fejn qieghda l-qalba. Ta' dan id-daqs jiena laqqamt ghadd kbir fuq il-Pereskiopsis u dawn fil-parti l-kbira taghhom hadu sewwa. L-istess jinghad li seedlings zghar ma jitlaqqmux fuq Trichocereus maturi imma li l-ewwel is-seedlings jitlaqqmu fuq xi Pereskiopsis imbghad meta t-tilqima tikber, fis-sena ta' wara, tista' titlaqqam fuq xi Trichocereus, dan minhabba li l-Pereskiopsis mhix meqjusa bhala stokk permanenti. Jiena s-sena l-ohra laqqamt seedlings ta' sitt gimghat direttament fuq it-Trichocereus li kont tellajt miz-zerriegha sentejn qabel. Huwa veru li biex tlaqqa' l-vascular point ta' seedling mal-vascular bundle ta' l-istokk hija haga delikata hafna izda dan jiena ghamiltu b'rizultati tajbin hafna. Mela b'hekk iffrankajt li naghmel tilqim doppju. Iffrankajt li kull sena noqghod intella' l-Pereskiopsis bil-bicciet, u barra minnhekk it-tilqim ma hax ix-xokk doppju ta' tilqimiet kwazi f'sena wahda.

Il-passatemp taghna huwa passatemp sabih hafna, ghaliex hemm sfida l-hin kollu, sfida li rridu nzommu x-xtieli taghna hajjin, li joktru u jaghmlu l-fjuri u l-frott. Dan huwa passatemp li jaghti hafna lok ukoll ghall-esperimenti interessanti li bihom jista' jkollna rizultati ahjar fil-kultivazzjoni tax-xtieli taghna.


Donated by the Cactus & Succulent Society visit Cactus and Succulent club website



your ad could be here

coloring pages

.

Quick links: Home Birds Cats Dogs Fish Exotic Plants Free cross stitch pattern Free stained glass patterns Eggart by Candice Top Cocktail Recipes Free pet coloring pages Free animal vectors Colorful stained glass patterns for free Educational tutorials Privacy Policy

page generated in 0.006450 seconds
61