Articles
Bonsai Club
Cactus Club


Dogs Plants Cats Fish Birds Exotic PetNGarden

News Shops My pet page Search Contact List Win Free Services send e-mail

Il-kultivazzjoni u t-tkattir ta' l-Istapeliadi

Il-Familja ta' l-Asclepidaceae hija familja mdaqqsa li fiha madwar elfejn speci. Din il-familja hija maqsuma f'sitt divizzjonijiet, izda llum ahna sa nitkellmu biss fuq l-aktar divizjoni maghrufa u popolari mad-dilettanti tas-sukkulenti. Din hija d-divizjoni ta' l-Istapeliadi li fiha genera bhall-

  • Caralluma
  • Duvalia
  • Echidnopsis
  • Edithcolea
  • Hoodia
  • Huernia
  • Luckhoffia
  • Notechidnopsis
  • Orbea
  • Orbeopsis
  • Piarranthus
  • Pseudolithops
  • Quaqua
  • Stapelia
  • Tavaresia
  • Trichocaulon
  • Tridenia
  • Tromotricha
  • Whitesloania

Dawn huma l-aktar genera sukkulenti fil-familja ta' l-Asclepiadaceae u jinhtiegu kultivazzjoni differenti mill-kumplament tal-genera l-ohra ta' din il-familja.

L-istapeliadi ghandhom reputazzjoni hazina li huma xtieli difficli, ghaliex gieli jmutu f'daqqa wahda minghajr ma jkun hemm ebda raguni li tidher. Fil-fatt huwa veru li dawn huma xtieli aktar difficli mill-medja tax-xtieli sukkulenti ohrajn, izda b'taghrif aktar fuq il-kultivazzjoni taghhom naraw li dawn ma jmutux ghal xejn b'xejn

kif forsi nahsbu, imma ghaliex m'gharafniex naghtuhom il-kultivazzoni li jinhtiegu.

Hoodia gordonii

Biex nibdew irridu nghidu li dawn m'humiex xtieli ta' barra. Fix-xitwa dawn ma jridux jissaqqew. Jibzghu ukoll mil-kesha u ghalhekk ma nistghux inpogguhom barra u nistennew li jibqghu hajjin. Mela l-ahjar post ghalihom huwa f'xi serra jew fuq xi hogor ta' tieqa. Fis-sajf meta dawn ix-xtieli jkunu qeghdin jikbru jridu tisqija ta' darba fil-gimgha. Irridu nghidu wkoll li hafna minn dawn l-ispeci jikbru b'rata mghaggla mill-ahhar t'Awissu sa l-ahhar ta' Novembru u ghalhekk irridu nkomplu nsaqquhom sa' l-ahhar ta' dan ix-xahar. Wara dan inbieghdu t-tisqijiet taghna waqt li, kif ghedna qabel, fix-xitwa ma nsaqqux

Pseudolithos dodsonii

Dawn ix-xtieli jnizzlu l-gheruq fil-fond u meta jithawlu fl-art l-gheruq inizzluhom 'l isfel xi tletin centimetru jew aktar. Huwa ghalhekk li dawn ix-xtieli rridu npogguhom fi qsari fondi. Il-qsari ghandhom ikunu wkoll wesghin u dan ghal zewg ragunijiet: L-ewwel nett hafna minn dawn ix-xtieli johorgu hafna frieghi minn taht u barra minn hekk, qasrija wiesgha taghti aktar spazju bejn xitla u ohra. Dan huwa importanti hafna ghaliex dawn ix-xtieli jimirdu hafna bíl-mard tal-moffa u dan il-mard aktar jinxtered jekk ix-xtieli jkunu ffullati minghajr cirkolazzjoni ta' arja bejn il-qsari.

Fis-serra l-ahjar pozizzjoni ghal dawn ix-xtieli hija dik ta' nofs dell. Mela s-serra tal-kaktus li fiha 50% shade cloth hija ideali wkoll ghall-kultivazzjoni ta' l-istapeliadi. Hemm xi eccezzjonijiet: Il-Huernia tkun aktar kuntenta f'post aktar imdellel, filwaqt li l-Edithcolea timxi ahjar u taghmel aktar fjuri f'post aktar xemxi.

Bexxa hafifa filghodu meta x-tieli jkunu qeghdin jikbru taghmel il-gid, izda l-bexx qatt m'ghandu jsir filghaxija, ghaliex jekk ix-xtieli jibqghu mxarrbin bil-lejl jistghu jigu attakkati mill-mard tal-moffa.

Issa nigu ghall-aktar punt importanti - il-kompost. Dawn kollha huma xtieli li ma jridux ilma zejjed ma' l-gheruq. Mela fil-kompost la ghandna nuzaw hamrija, ghaliex din jista' jkun fiha percentwal qawwi ta' tafal li jista' jqieghel l-ilma tat-tisqija jistaghdar, u lanqas irridu nuzaw ramel fin, ghaliex dan ma jghinx biex l-ilma tat-tisqija jiskula. Il-kompost li nuza jiena huwa tahlita ta' nofs b'nofs potting compost u bocci zghar ta' l-expanded clay. Din it-tahlita nsibha tajba hafna u billi l-ilma tat-tisqija jghaddi malajr, xi zball ta' xi ftit ilma zejjed jew li mhux f'waqtu ma jkollux konsegwenzi koroh. Ma' kull tisqija, li kif ghedna, ssir waqt l-istagun meta x-xtieli jkunu qeghdin jikbru darba fil-gimgha, jiena naghti nofs id-doza ta' fertilizzant li fih it-trace elements.

Il-mard li jistghu jimirdu bih l-istapeliadi huwa; l-mard tal-moffa, il-miskta (mussel scale) u l-mealy bug specjalment dak ta' l-gheruq. Hawnhekk irrid nirrepeti li jekk il-kultivazzjoni li naghtu lix-xtieli tkun tajba dan il-mard m'ghandniex narawh. L-iffullar tax-xtieli jiffavorixxi kemm il-mard tal-moffa kif ukoll il-mard ta' l-insetti. Mela x-xtieli ghandhom ikunu spazjati u vventilati kemm hemm bzonn. Kontra l-mard tal-moffa nuzaw xi prodott sistematiku bhall-Benlate li jdum jahdem ghaliex jigi assorbit mix-xitla. Jekk insibu l-mealy bug fl-gheruq irridu nbiddlu l-kompost u narmu l-kompost il-qadim, nahslu u nnaddfu sew il-qsari u l-labels, nahslu l-gheruq b'insetticida addattat u nnixxfuhom ghal xi tlett ijiem u mbaghad nergghu nxettluhom f'kompost gdid. Il-mealy bug li jidher fuq iz-zkuk nittrattawh billi mmissuh b'pinzell irqiq li jkun imxarrab fl-alkohol jew spirtu, u x-xtieli wara nbixxuhom b'xi insetticida sistematiku li jidhol fic-cirkolazzjoni tax-xitla u jibqa' effettiv ghal zmien twil. Bexx b'insetticida sistematiku joqtol ukoll il-mard tal-miskta. Jiena bhala prevenzjoni nbixx il-kollezzjoni tieghi darbtejn fis-sena b'fungicida u b'insetticida sistematiku u mard kwazi ma jkolli xejn.

Caralluma hesperidum

Tkattir:

L-istapeliadi jistghu jitkattru bil-bicca jew miz-zerriegha. Il-bicciet jittiehdu fl-eqqel tas-sajf meta x-xtieli jkunu qeghdin jikbru. Jekk il-bicca tinqata' mill-ghaksa u jekk l-ghaksa tkun irqiqa, il-gerha m'ghandhiex ghalfejn titnixxef, izda jekk il-qatgha ssir minn nofs iz-zokk, il-gerha trid titnixxef ghal xi gimgha qabel ma nxettluha. Il-kompost li nuza ghal dawn il-bicciet huwa l-istess tahlita bhal tax-xtieli maturi, izda fil-wicc inhalli gholi ta' xi zewg centimetri ta' bocci zghar tal-expanded clay. Meta nxettlu l-bicciet li nkunu hadna dawn ma rridux indeffsuhom fil-kompost. Inwasslu t-truf li ndeffsu sal-expanded clay u nhallu l-bicciet inizzlu huma l-gheruq fil-kompost. Jekk ma naghmlux hekk il-bicciet jistghu jithassru waqt li qeghdin irabbu l-gheruq jew anke jistghu jithassru mata digŕ jkunu qabdu.

L-istapeliadi jistghu jitnisslu miz-zerriegha wkoll. Kull zerriegha jkollha troffa xaghar fit-tarf, qisu paraxut. Kif din iz-zerriegha tohrog mill-mizwet b'dan ix-xaghar ittir ma' l-anqas ziffa u din hija r-raguni ghala z-zerriegha ta' l-istapeliadi hija difficli biex tingabar u ma tantx insibuha offruta fil-katalgi. Qabel ma nizirghu z-zerriegha din it-troffa xaghar irridu nnehhuha. Minhabba li z-zerriegha ta' l-Asclepiadaceae m'ghandhiex hajja twila, z-zerriegha l-ahjar li tinzera' malajr u mhux aktar tard minn sena minn meta tingabar. Jiena nuza l-istess tahlita ta' kompost li semmejt qabel u z-zerriegha nizirghuha wahda, wahda b'xi pinzetta u npogguhom xi centimetru 'l boghod minn xulxin. Din iz-zerriegha trid tinzera' wieqfa bix-xifer 'l isfel imdahhal gol-kompost sakemm iz-zerriegha kwazi tintradam. Jekk iz-zerriegha tinzera' ghac-catt, din meta tnebbet l-gherq jobzoqha 'l fuq u z-zerriegha tinxef minghajr ma taqbad. Il-qsari taz-zerriegha ghandhom jitpoggew go xi cold frame fil-frisk fejn ix-xemx ma tilhaqhomx. Meta mbaghad ix-xtieli jikbru nistghu npogguhom go xi serra, izda t-traspjantar ta' dawn ix-xtieli zghar ghandna nhalluh ghar-rebbiegha ta' wara meta mbaghad nistghu nxettluhom wahda wahda fil-qsari.

Nispera li b'dan it-taghrif ikollna anqas telf ta' dawn ix-xtieli u ghalhekk ikollna cans ahjar li ingawdu l-fjuri ezotici li jaghmlu dawn ix-xtieli li huma fost l-isbah li nsibu fis-sukkulenti.

L-ewwel magazine tal-Kaktus u Sukkulenti ohra

L-aktar magazine antik li ghadu jigi ippubblikat regolarment u dedikat kompletament ghall-kaktus u s-sukkulenti l-ohra huwa l- Cactus and Succulent Journal Dan ippubblikat fl-Istati Uniti u ilu johrog 73 sena. Fil-bidu kien johrog 6 darbiet fis sena, izda ghal dawn l-ahhar 52 sena bdew jippubblikaw 4 hargiet fis-sena biss. Fil-librerija ta'l-Ghaqda nsibu numru ta'volumi ta' dan il-magazine interessanti.


Donated by the Cactus & Succulent Society visit Cactus and Succulent club website



your ad could be here

coloring pages

.

Quick links: Home Birds Cats Dogs Fish Exotic Plants Free cross stitch pattern Free stained glass patterns Eggart by Candice Top Cocktail Recipes Free pet coloring pages Free animal vectors Colorful stained glass patterns for free Educational tutorials Privacy Policy

page generated in 0.006535 seconds
61