Articles
Bonsai Club
Cactus Club


Dogs Plants Cats Fish Birds Exotic PetNGarden

News Shops My pet page Search Contact List Win Free Services send e-mail

Kaktus bix-Xaghar

Niftakar tajjeb hafna li snin ilu haga li attiratni lejn il-kaktus kien il-fatt li mhux biss dawn ix-xtieli ghandhom forom strambi u ghalhekk huma differenti ghal kollox minn xtieli ohra, izda li wahda minn dawn l-istramberiji hija dik li xi whud minnhom huma miksija kompletament bix-xaghar. Hemm sahansitra genera ta' kakti li fihom il-maggoranza ta' l-ispeci taghhom huma miksija bix-xaghar. Hawn wiehed jista' jghid ukoll li f'kull genus issib xi speci li huma miksija bix-xaghar.

Espostoa u Oreocereus

Forsi l-aktar genera maghrufa minhabba li l-bicca l-kbira ta' l-ispeci taghhom ghandhom ix-xaghar huma l-Espostoa u l-Oreocereus. Dawn iz-zewg genera huma popolari hafna mad-dilettanti kollha propju minhabba li dawn kwazi lkoll jipproducu hafna xaghar mill-arejoli taghhom. Wiehed irid jghid li dawn ix-xtieli huma l-izjed sbieh meta jkunu ghadhom zghar. F'dan iz-zmien ix-xaghar ikun twil hafna meta mqabbel mad-daqs tax-xitla. Bil-mod il-mod dawn il-kakti jitwalu, jikbru u jsiru sigar li jilhqu gholi ta' bejn 2.5 u 3 metri. Madankollu biex jilhqu dan id-daqs iridu bejn 20 u 40 sena.

Bhalma digà semmejt, l-ispeci kollha ta' dawn iz-zewg genera huma mfittxija hafna mid-dilettanti mad-dinja kollha. Uhud minn dawn ix-xtieli ghandhom xaghar twil u dritt, ohrajn ghandhom xaghar ohxon u xi ftit innukklat. Filwaqt li fil-maggoranza ta' l-ispeci dan ix-xaghar huwa abjad, hemm xi whud li ghabdhom ukoll xaghar xi ftit safrani jew sahansitra kannella car. L-izjed speci popolari hija l-Espostoa lanata, izda f'dan l-istess genus wiehed irid isemmi l-E. melanostele, b'xaghar li jiksi ghal kollox l-ahdar tax-xitla, l-E. hylaea b'xaghar safrani, u l-E. ruficeps li ghandha xewk hamrani minn bejn ix-xaghar abjar. Ghal dawk li ma tantx ghandhom spazju hemm l-E. nana li qatt ma titwal aktar minn xi metru u nofs. Hawn wiehed irid bilfors isemmi l-E. mirabilis, (li nsibuha wkoll bhala E. baumanni), gunetheri kif ukoll l-E. calva li huma eccezzjoni ghaliex it tlieta m'ghandhomx xaghar. L-ispeci kollha ta' dan il-genus jikbru tajjeb hafna fil-klima taghna u sahansitra meta jitwalu aktar minn metru jistghu jithawlu barra fil-gnien fejn ikunu jistghu jibqghu s-sena kolla u jilhqu l-kobor massimu taghhom.

Dak li ghidna ghall-Espostoa nistghu nghiduh ukoll ghall-Oreocereus, izda hemm xi differenzi wkoll. L-ispeci ta' dan il-genus ma jikbrux daqs l-Espostoa, u ghalkemm ma jiddejqux barra jekk ikun f'qasrija, ma nistghux nghidu li jmorru tajjeb jekk jithawlu direttament fl-art. L-Oreocereus m'ghandhomx xaghar folt daqs dak tal-genus l-iehor, izda x-xaghar taghhom huwa xi ftit innukklat. Minn bejn dan ix-xaghar jitfacca x-xewk ohxon u qasir ta' lewn isfar jew ahmar. Forsi l-aktar speci sabiha hija l-Oreocereus trollii, li tkun miksija b'xaghar abjad u ohxon, b'xewk qasir u ohxon ta' lewn kannella, hamrani jittawwal minn bejnietu. Din hija wkoll l-icken speci u sigra matura rari tkun itwal minn 60 cm. Hemm ukoll l-O. hendriksenianus b'certi forom li jkollhom xaghar jaghti fil-kannella. Dan il-genus ukoll ghandu l-eccezzjoni tieghu u din hija l-O. variicolor li ma jkollhiex xaghar.

Cephalocareus senilis

Kakti ohra bix-xaghar u li jitwalu

Ma' dawn il-kakti li digà semmejt hemm hafna kakti ohra li jitwalu u li jkunu wkoll miksija bix-xaghar filwaqt li gejjin minn hafna genera differenti.

Nahseb li minn fost dawn kollha l-aktar popolari huwa ic-Cephalocereus senilis, jew kif nafuh hawn Malta: Xaghar ix-xih. Din hija speci tassew sabiha li ghandha xaghar ohxon, abjad silg li jiksiha kompletament. Ghalkemm sigra matura ta' din l-ispeci tista tilhaq gholi ta' madwar 15-il metru, biex issir hekk irid ikollha xi 60 sena. Minhabba dan ix-xtieli ta' din l-ispeci li tara fil-kollezzjonijiet qatt ma jkunu itwal minn xi metru. Din l-ispeci wkoll tikber tajjeb hafna fil-klima taghna. Naf ta' lanqas zewg kazi fejn sahansitra din l-ispeci thawlet barra fil-gnien u baqghet tikber sewwa. Hawnhekk irrid insemmi kaktus tassew rari. Meta bdejt ninteressa ruhi fil-kaktus kien hawn speci taht l-isem ta' Cephalocereus hoppenstedtii. Aktar tard din l-ispeci nholoq ghaliha generu gdid u anke isem gdid. Illum din l-ispeci jisimha Haseltonia columna-trajani. Meta tkun ckejkna din tkun qisha Cephalocereus senilis miksija b'xaghar ohxon ta' lewn kannella. Din l-ispeci wara hafna snin eventwalment issir sigra enormi, li ghalkemm ma taghmilx frieghi u tibqa' fuq zokk wiehed, tista' titwal sa 10 metri. Jiena kont akkwistajt hafna zerriegha ta' din l-ispeci izda baqa' ma nibet xejn.

Oreocereus celsianus

Genus iehor li fih hemm hafna speci li jitwalu hafna, izda li jkollhom xaghar fin, abjad u xewk twil u ohxon huwa l-Pilosocereus. L-aktar speci sbieh huma l-P. chrysacanthus, palmeri, purpusii, u sartorianus. F'dan il-genus hemm hafna speci ohra, mhux kollha ghandhom daqshekk xaghar. Dawn il-kakti ma' tantx imorru tajjeb barra fil-berah, minkejja dan zmien ilu kont rajt P. palmeri mhawwel go gnien taht hajt gholi jhares lejn in-nofs in-nhar.

Fil-Brazil jikbru hafna kakti li jitwalu u li jkunu miksija bix-xaghar. Il-kaktus li jikber fil-Brazil kwazi kollu jrid xi ftit tas-shana fis-sajf. Dan irid ukoll kompost li ma jkollux gir. Uhud minn dawn il-kakti ma tantx jitwalu u ghalhekk inkunu nistghu facilment inzommuhom f'serra. Minn dawn il-kakti hemm dawk li ghandhom xaghar abjad, isfar jew ukoll f'xi kazi ftit hamrani. Minn dawn wiehed irid bilfors isemmi l-Micranthocereus flaviflorus, polyanthus, u violaciflorus. Hemm ukoll l-Espostopsis (jew l-Austrocephalocereus) dybowskii, li ghalkemm jitwal hafna huwa kaktus tassew sabih li jibqa' rqiq u abjad daqs is-silg.

Espostoa melanostele

Kakti li jitwalu izda jibqghu izghar

Il-kakti li semmejtilkom s'issa kollha eventwalment isiru sigar ftit jew wisq kbar, jew jiffurmaw arbuxxelli, izda hemm hafna kakti ohra li ghandhom ix-xaghar u jibqghu zghar ukoll. Hawn wiehed irid isemmi l-Echinocereus delaeti, li ghalkemm jixbah lic-Cephalocereus senilis jibqa' ckejken u qatt ma jitwal aktar minn xi 30 cm. Fl-istess genus hemm ukoll l-E. longisetus, u l-E. rayonensis li flok xewk ghandhom bhal lanzit, jew xaghar ohxon hafna ta' lew abjad. L-Echinocerei jmorru tajjeb barra, izda mhux direttament fl-art u l-hamrija taghhom trid tkun poruza biex l-ilma tax-xita fix-xitwa jiskula barra malajr. L-E. delaeti huwa eccezzjoni ghaliex din l-ispeci trid il-kenn u ma tmurx tajjeb barra.

Espostoa hylaea

Micranthocereus polyanthus bil-fjuri

Kakti globulari bix-xaghar

Fil-genus Mammillaria hemm ukoll numru ta' speci li huma popolari ghaliex ghandhom ix-xaghar. L-izjed speci komuni bix-xaghar f'dan il-genus li spiss insibu fil-kollezzjonijiet taghna hija l-Mammillaria hahniana. Din l-ispeci hija miksija kompletament b'xaghar abjad. Speci ohrajn bix-xaghar f'dan il-genus huma l-M. plumosa, li ghandha xaghar fin minflok xewk li anke f'din l-ispeci, jiksi x-xitla kompletament u jaghmilha tixbah aktar lill-ballun tat-tajjar. L-M. schiedeana, u l-M. dumetorum jixbhu hafna lill-M. plumosa izda huma ta' lewn isfar. L-isbah fosthom hija dik ta' l-ewwel. Zewg Mammillaria ckejknin li ghandhom ix-xaghar huma l-M. aureilanata b'xaghar lewn id-deheb, u ohtha l-M. aureilanata var. alba li ghandha xaghar abjad. Tliet mammillaria ohra famuzi, ghaliex huma wkoll miksija kompletament bix-xaghar huma; l-M. bocasana, u bocasana var. multilanata, kif ukoll il-M. guelzowiana li hija famuza wkoll ghall-fjuri kbar lila fl-ahmar li taghmel.

Mammillaria glassii var. nominis-dulcis

Ta' minn isemmi wkoll li bicca l-kbira ta' l-ispeci tal-mammillaria meta jaslu biex jibdew jaghmlu l-fjuri jibdew bil-mod jipproducu ammonti kbar ta' xaghar u suf mill-post minn fejn ikunu sejrin jaghmlu l-fjuri. Huwa minhabba li dawn il-kakti kull sena jaghmlu hafna fjuri li maz-zmien ikollhom hafna suf u/jew xaghar bejn il-mammelli minn fejn sena wara l-ohra jkunu hargu l-fjuri. B'hekk billi din il-haga hija tipika ghal dan il-genus insibu hafna speci li jkollhom hafna xaghar u/jew suf kwazi jiksihom ghal kollox. Minn dawn il-mammillaria wiehed irid isemmi l-M. albata, albilanata, brauneana, canelensis, formosa, lanata, nejapensis, noureddineana u hafna ohrajn. Hemm ukoll speci ohra bhal M. carmenae, denudata, herrerae, humboltii, u lauii li ghandhom ix-xewk taghhom kwazi qisu xaghar ukoll.

Mammillaria baumii

Hemm hafna mammillarii li kapaci jikbru barra fil-qsari s-sena kollha, izda dawn ix-xtieli jkunu hafna ahjar gewwa ghall-kenn. Kollha jikbru ahjar u jkollhom xaghar isbah jekk ikunu go xi serra s-sena kollha protetti mix-xita qawwija li tista' taghmel fix-xitwa.

Mammillaria bocasana var. multilanata

Ma nistax ninsa n-Neochilenia floccosa (Din l-istess speci tista' tinstab bhala Neoporteria, Pyrrhocactus, jew Eriosyce), li filwaqt li gisem ix-xitla huwa lewn il-bronz u xewk taghha huwa iswed fahma, ghandha wkoll hafna xaghar abjad li johloq kuntrast kbir. Hawn ta' min isemmi wkoll l-Opuntia floccosa, u l-O. rauhii. (Dawn il-kakti nistghu nsibuhom bhala Tephrocactus ukoll). Ta' l-ewwel hija kompletament miksija b'xaghar abjad, filwaqt li l-ohra hija miksija b'xaghar lewn id-deheb. Dawn iz-zewg speci huma xi ftit rari. Jikbru fuq il-muntanji Andes fejn ftit li xejn jikbru xtieli ohra. Jiffurmaw irqajja' kbar li mill-boghod ikunu qishom silg. Billi l-kultivazzjoni ta' dawn il-kakti hija xi ftit difficli ma tantx huma komuni fil-kollezzjonijiet taghna. L-Opuntia vestita hija speci ohra ta' dan il-genus li wkoll ghandha ix-xaghar. Din l-ispeci hija aktar komuni, izda jkun ahjar jekk titlaqqam fuq xi Opuntia ohra izjed robusta minnhom, ghaliex inkella billi din l-ispeci hija xi ftit delikata tmut malajr.

Fl-ahhar nett insemmi l-Copiapoa krainziana. Din l-ispeci tikber bil-mod hafna u hija l-unika speci f'dan il-genus li minflok xewk ikollha xaghar ohxon ta' lewn abjad jew izjed rari; kannella car hafna.

Wiehed f'xi waqt bilfors jistaqsi ghaliex il-kakti zviluppaw dan ix-xaghar. Hija haga certa li dan ix-xaghar jipprovdi protezzjoni kontra r-raggi tax-xemx. Insibu li hafna minn dawn il-kakti li ghandhom ix-xaghar jikbru fuq il-muntanji fejn minhabba l-gholi ir-raggi tax-xemx huma aktar qawwija. Dan ix-xaghar joffri speci ta' mikro-klima madwar ix-xitla, arbuxxell jew sigra, specjalment fl-ewwel snin ta' hajjitha. Fattur iehor importanti hafna huwa l-fatt li meta jaghmel ic-cpar, u ahna nafu li f'certi nhawi ghalkemm ftit li xejn taghmel xita jaghmel hafna cpar, qtar ckejken tal-ilma jifforma madwar ix-xaghar ta' dawn il-kakti u bil-mod meta jifforma hafna qtar jibda jcarcar sal-bazi tax-xitla jew sigra fejn dan l-ilma malajr jinxtorob mill-gheruq. Anke jekk kemm-il-darba ma jkunx hemm cpar biz-zejjed biex l-ilma jcarcar sal-art, ix-xaghar imxarrab johloq certa umdità madwar il-gisem tal kaktus. Raguni ohra ghal dan ix-xaghar hija l-protezzjoni li joffri mill-annimali u l-insetti li jistghu jaghmlu l-hsara lil dawn ix-xtieli. Hemm numru ta' kakti li propju jipproducu x-xaghar fejn ikunu sejrin jaghmlu l-fjuri biss u dan isir biex joffri protezzjoni lill-blanzuni ckejknin qabel jifthu. Fin-natura xejn ma huwa qieghed biss bhala dekorazzjoni u ghal kollox hemm raguni.

Kienet haga impossibbli li nsemmi dawk l-ispeci kollha li ghandhom ix-xaghar. L-iskop ta' din il-kitba kien li naghmel bhal hmira biex dak li jkun ikollu informazzjoni bizzejed biex huwa stess ikun jista' jfittex izjed taghrif fuq dan is-suggett. Tkun haga sabiha jekk minn barra li nzommu l-kakti ghaliex joghgbuna biss, nippruvaw insiru nafu xi haga ohra wkoll fuq dawn ix-xtieli mill-punt botaniku u b'hekk insiru aktar professjonali fid-delizzju taghna.

Bla dubju ta' xejn hemm numru ta' kakti ohra li jipproducu hafna xaghar, izda jiena semmejt biss dawk l-aktar popolari fosthom, kif ukoll dawk li l-aktar li nistghu nakkwistawhom facilment.

Oreocereus trollii


Donated by the Cactus & Succulent Society visit Cactus and Succulent club website



your ad could be here

coloring pages

.

Quick links: Home Birds Cats Dogs Fish Exotic Plants Free cross stitch pattern Free stained glass patterns Eggart by Candice Top Cocktail Recipes Free pet coloring pages Free animal vectors Colorful stained glass patterns for free Educational tutorials Privacy Policy

page generated in 0.006642 seconds
61