L-ewwel esperjenza tieghi fl-ambjent naturali tas-Sukkulenti l-ohra
minn René Zahra
Minn meta bdejt ninteressa ruhi fil-kaktus u s-sukkulenti l-ohra dejjem kelli xewqa kbira hafna li xi darba mmur nara kif dawn ix-xtieli jikbru fl-ambjent naturali taghhom. Minhabba hafna cirkostanzi diversi, maz-zmien ikkoncentrajt l-aktar fuq il-kakti, izda fil-kollezzjoni tieghi dejjem kelli hafna mesembryanthemums ukoll. Dan kien ghaliex iz-zerriegha ta' dawn ix-xtieli facli ssibha, kif ukoll ghaliex dawn jigu principalment mill-parti ta' l-Afrika t' Isfel li ghandha klima li tixbah hafna li taghna u ghalhekk hawn Malta jikbru tajjeb hafna. B'dan kollu l-pajjizi li dejjem xtaqt inzur kienu l-Messiku u l-Brazil. Ghaddew hafna snin u ghalkemm sifirt bosta drabi u rajt hafna kollezzjonijiet tal-kaktus u sukkulenti ohra fl-Ewropa, bqajt qatt ma mort fil-pajjizi fejn dawn ix-xtieli jikbru selvaggi.
Kien fl-1996 meta sirt naf li fl-1998 l-International Organization for Succulent Plant Study (IOS)kienet sejrha torganizza kungress f'Cape Town fl-Afrika t'Isfel u kemm qabel kif ukoll wara l-kungress kienu sejrin jorganizaw field-trips fejn wiehed ikun jista' jzur postijiet specjali fejn jikbru hafna sukkulenti interessanti. Kont naf ukoll li l-Afrika t'Isfel hija famuza ferm ghan-numru kbir ta' sukkulenti li jikbru hemm; Euphorbia, Haworthia, Adromiscus, Cotyledon, Tylecodon, Aloe, Asclepedacji u fuq kollox f'dan il-pajjiz kien jilhaq l-akbar zvilupp tal- Mesembryanthemum. F'din l-istess belt kienu joqoghdu wkoll zewg hbieb tieghi li hafna snin ilu kienu jigu Malta kull sajf u jien kont zammejt kuntatt maghhom.
Minhabba li jiena membru ta' l-IOS stajt nattedni l-kungress u l-attivitajiet ta' l-IOS. Kien ghalhekk li ghamili f'mohhi li nattendi dan il-kungress u mmur ukoll ghal xi field-trip. Ipperswadejt lill-mara biex tigi mieghi u din accettat, biss ikolli nistqarr li l-prospetti ta' hafna sighat fl-ajruplan ma tantx ghogobni.
Gurnata wara l-ohra beda joqrob iz-zmien biex nibda nahseb ghall-vjagg. Il-hbieb taghna f'Cape Town hadu pjacir hafna meta ghednielhom li kienu sejrin jergghu jarawna u ppreswadewna biex inqattghu xi ftit granet ghandhom ukoll.
Waslet il-gurnata meta kellna nitilqu u fis-siegha ta' wara nofs in-nhar tlaqna lejn Frankfurt minn fejn qbadna ajruplan iehor lejn Cape Town. Kien l-ghada f'nofs in-nhar meta bdejna ntiru fuq l-inhawi fejn jikbru s-sukkulenti l-ohra. Mill-ajru dawn kien jidrhu blat biss, minghajr sigar xejn. Minn dak l-gholi bdejt nimmagina x'tip ta' xtieli kienu jikbru hemm. Ftit qabel is-saghtejn ta' wara nofs in-nhar inzilna f'Cape Town. Dan kien ftit izjed minn 24 siegha wara li tlaqna minn Malta. Fl-ajruport sibna jistennewna lill-hbieb taghna u morna maghhom id-dar. F'Malta kien is-sajf, izda hawn sibna x-xitwa. Kienet gurnata sabiha, izda kien il-bard. Madawar il-belt hemm hafna hdura u kien propju qisu Malta fix-xitwa. Dak in-nhar stess morna fuq gholja qrib il-belt, izda hawn ma rajtx sukkulenti.
L-ghada kien is-Sibt u ppjanajna biex il-gurnata ta' wara mmorru Cape Point. Dan huwa park kbir hafna fil-ponta tal-kontinent Afrikan, fejn l-Ocejan Atlantiku jiltaqa' ma' l-Ocejan Indjan. Il-Hadd filghodu tlaqna kmieni. Matul it-triq rajna hafna arbuxxelli ta' speci differenti tal- Protea. Hafna minn dawn kienu bil-fjuri izda ma waqafniex ghaliex it-triq kienet twila hafna. Dhalna gol-park xi l-10 ta' filghodu, izda kien fadlilna xi nofs siegha sewqan biex naslu fil-ponta t'isfel ta' dan il-kontinent. Meta waqafna kellna c-cans li minbarra li naraw il-veduti sbieh nosservaw ukoll il-flora tal-post. Kien hawn li rajna l-ewwel sukkulenti. Gol-blat kien kemm speci ta' Cotyledon,, zewg speci ta' Senecio u numru ta' speci differenti ta' sukkulenti ohra li aktarx kienu ta' genera differenti ta' Mesembryanthemum, izda dawn ma tantx kienu attrajnti. F'dan il-post iltqajna l-ewwel darba max-xadini, jew babuni li kienu litteralment qeghdin jassedjaw il-car park u jbezzghu lil hafna nies, ghaliex kultant isiru aggressivi. Wasalna lura meta kien dalam sewwa.
Dak in-nhar stess irqadna fil-Holiday Inn ta' Cape Town fejn iltqajna ma' dawk li kienu sejrin jigu maghna ghall-field trip. Dawk li kienu gejjin maghna kienu koppja Ingliza, Professur tal-Botanika minn Texas, Botaniku Sud-Afrikan, li kien ukoll il-gwida taghna u s-sewwieq tal-vann, ragel Sud Afrikan, abjad, daqsi darbtejn.
L-ghada filghodu fit-tmienja hallejn Cape Town u bdejn telghin lejn it-tramuntana. Waqafna f'hafna postijiet fejn rajna hafna xtieli interessanti bil-fjuri. Hafna minn dawn kienu xtieli li jaghmlu l-basal, izda sukkulenti xejn. Fl-ahhar waqafna post fejn kien hemm hafna xtieli tal-Carpobrotus acinaciformis li f'Malta jikber kwazi selvagg u nafuh bhala C. edulis. Ftit wara taht arbuxxelli ta' speci Ruschia sibna wkoll speci ta' Stapelia, izda minhabba li din kienet minghajr fjuri ma stajniex inkunu nafu xi speci kienet. Kien hemm ukoll fekruna kbira li hawn tara fafna minnhom. Filghaxija wasalna fil-belt ta' Saldanha. Din il-belt tinstab fuq speci ta' ghadira kbira li tmiss mal-bahar. Hawn kilna ikla tajba u rqadna f'lukanda moderna.
Mat-tmienja ta' filghodu ergajna tlaqna lejn it-tramuntana u bdejn nitilghu gol-gholjiet. Issa konna dehlin f'dak li jsejhulu il-Karoo z-zghir. Hallejna warajna t-triqat asfaltati u bdejna nsuqu f'triqat bit-trab. Hallejna Citrusdale, post fejn hemm eluf ta' sigar tac-citru u waqafna fuq ir-rih ta' xmara zghira. Bdejn nesploraw u nfittxu gol-blat ghaliex James (il-botanicu) qalilna li hawn ghandna nsibu hafna speci differenti ta' sukkulenti.
Taht arbuxxelli gol-blat ma domtx ma sibt hafna xtieli tal-Crassula hirsuta u ftit wara l-Anacampseros arachnoides flimkien ma' zewg speci ta' Adromischus, li wiehed minnhom kien A. marianae u l-iehor aktarx li kien A. filiferum. Hawn ukoll rajt l-ewwl Conophytum obcordellum. Din speci tvarja hafna u hija komuni f'dawn l-inhawi. Propju mat-triq kien hemm xitla wahda ta' Tylecodon li aktarx kien T. pearsonii. Hawn sibna wkoll tip ta' Stapelia, izda bqajna ma nafux xi speci kienet. Xitla komuni li kien hemm fil-blat hsibna li kienet Adromischus phillipsiae, izda din kienet seedling ta' tip ta' Crassula. Fid-dell taht is-sigar kien hemm ukoll speci ta' Gasteria, izda din ukoll bqajna ma nafux xi speci kienet.
Nahseb li f'dan il-post domna aktar minn saghtejn u ghalhekk ma stajniex nieqfu fit-tul f'postijiet ohra. Mat-triq bdejna naraw hafna arbuxxelli ta' l-Euphorbia mauritanica. Din l-ispeci tinstab kull fejn tmur, izda mhix ta' xi interess partikulari. Ftit anqas komuni hija it-Tylecodon paniculata, izda din rajnieha f'diversi postijiet ohra wkoll. Ma tantx hija popolari ma' dawk li jrabbu n-naghag ghaliex ghalihom velinuza u ghalhekk dawn minn kull fejn jistghu jippruvaw b'kull mezz biex jeqirduha.
Waqafna biex nieklu f'post qalb l-gholjiet u jien malajr bdejt indur qalb is-sigar u l-arbuxxelli. Ma tantx kien post tajjeb ghas-sukkulenti, izda hawn sibt zewg speci differenti ta' Crassula.
Wara nofs in-nhar bdejna nsuqu fi nhawi li kienu xotti hafna. Hawn ma kien hawn sigar xejn. Kien hawn biss hafna arbuxxelli tar-Ruschia. Dhalna go triq privata. Meta konna dehlin f'din it-triq kien hemm tabella biz-zebgha sewda fuq l-injam li kellha miktub fuqha Pouis the Glim; l-isem ta' dan il-post. Wara ftit qadafna fuq tumbata ckejkna. Madwarna kien kwazi dezert, izda malajr indunajt li x-xtieli kollha li kien hemm, kienu xtieli sukkulenti. Din kienet propju l-genna tas-sukkulenti. Minn post wiehed stajt nara speci t-Oophytum, Dactylopsis digitata, Argyroderma delaetii, kif ukoll tliet speci ta' Cheridopsis. Ma stajniex nimxu minghajr ma nirfsu xtieli li fil-kollezzjonijiet taghna allahares min imisshom.
Meta taqsam it-trejqa kollha trab li konna waqafna fiha, ssib speci totalmet differenti u hawn kien hawn il-Crassula columnaris, Molinaria aurea, Argyroderma congregatum u heathii, Aloe variegata, Conophytum bilobum, Tylecodon reticulata, Sarcocaulon, herrei u speci ta' Gibbaeum.
Hadd minna ma xtaq jitlaq minn dan il-post. Indunajt li dawn ix-xtieli kollha kienu jikbru l-aktar f' post mimli caghaq abjad. Indunajt ukoll li madwarna ftit 'il boghod kien hemm hafna rqajja' ohra b'dan ic-caghaq. James qalilna li f'dawn l-irqaja kien hemm ambjent bhal dan li konna fih, b'hafna sukkulenti differenti u possibbilment speci ohra, izda minhabba l-hin ma kienx possibbli li mmorru fuqhom. Kontra qalbna hallejn dan il-post u bdejn resqin lejn il-belt ta' Clanwilliam fejn kellna norqdu. Mat-triq waqafna xi darbtejn biex naraw l-Euphorbia morganii u Euphobia ohra li bqajt ma nafx x'jisimha. Kien hemm ukoll sukkulenti li hsibt li kienet xi Crassula, izda din kienet Augea capensis.
Dactylopsis digitata
Oophytum oviforme
Argyroderma delaetii
Conophytum bilobum
Wasalna Clanwilliam meta kien kwazi dalma, izda nnotajt li l-lukanda fejn konna sejrin norqdu, mhux biss kienet ckejkna, izda kellha s-saqaf tal-pjanci bhal dawk li kienu juzaw l-Inglizi fil-gwerra. Il-mara nnotat din il-haga wkoll u kemmxet xofftejha, izda malli dhalna gewwa sibna li din kienet lukanda tassew lussuza. Il-kamra li kellna kienet bil-kamra tal-banju u minn dil-lukanda sahansitra cempilt lit-tfal f'Malta. L-ikel kien tajjeb ferm u abbondanti u l-inbid nizlilna ghasl. Irqadna fil-fond, izda malli sebah qomna, ghaliex din id-darba ridna nohorgu qabel it-tmienja. Wara breakfast liema bhalu qbadna t-triq lejn il-muntanji. Domna sejrin xi siegha u nofs sakemm waqafna f'Pakhuis Pass li jinstab fil-muntanji Cederberg. F'dan il-post il-blat kien jifforma hafna forom strambi, izda dan kien post sabih ferm u fuq kollox kien ideali ghas-sukkulenti. Hawn sibt ,b>Crassula zghira aktarx li kienet C. minuscula, izda hawn sibna wkoll Crassula ohra, kif ukoll Pelargonium magentium, Bulbine spiralis, Crassula lycopodiodes, Massonia depressa, u fuq kollox il-Conophytum minusculum, speci gdida li kienu ghadhom kif ippubblikaw.
Minn hawn morna f'rahal ckejken jismu Wuppertal. Hawn kienu joqoghdu s-suwed biss, izda dawn dawruna ma' fabbrika ckejkna fejn jaghmlu z-zraben ghalihom u juzaw materjal tal-post. Hawn kilna packed lunch u strehajna xi ftit. Meta konna sejrin lura waqafna f'post fejn kien hemm numru ta' hmir slavag u hawn sibna speci t'Euhporbia, Huernia, Boophone distica, Sarcocaulon herri, Aloe spectabilis, u Tylecodon cacaliodes.
Molinaria aurea
Euphorbia morganii
Augea capenis
Anacampseros species (xellug) Crassula peculiaris bil-fjuri (lemin)
Ergajna wasalna lura Clanwilliam meta kien dalam u hawn kilna ikla tajba u rqadna. L-ghada filghodu ergajna qbadna t-triq lejn it-tramuntana. Issa konna sejrin nidhlu fil-Great Karoo fejn taghmel anqas xita u jikbru aktar sukkulenti.
Fl-ewwel post li waqafna sibna s-Sarcocaulon burmannii. F'post iehor sibna l-Haworthia bolusii u l-Euphorbia mitriformis. F'lokalità ohra sibna t-Taquana prismatica. Ghaddejna minn dezert, izda mhux tar-ramel, blat biss. Fuq l-gholjiet ta' blat kannella sibna l-Conophytum obcordellum var. picturatum, kif ukoll il-Haworthia arachnoidea. Fl-ahhar wasalna fil-belt ta' Calvinia meta kien dalam sewwa. Din il-belt tinstab f'nofs id-dezert u hawn taghmel hafna kesha. F'nofs l-Afrika t'Isfel u bdejt interter bil-bard. Bil-lejl kellna l-heaters, izda kellna nitghattew b'hafna kutri wkoll. L-ghada filghodu sirna nafu li matul il-lejl it-temperatura kienet nizlet sa -9°C. Domna xi fit ma qomna ghaliex din id-darba kellna nitilqu fid-disgha.
Qbadna t-triq u wara hafna wasalna f'post f'nofs id-dezert li jsibuh bhala Tanka Karoo. Dan ma kienx dezert bir-ramel, izda bhal ma konna rajna l-gurnata ta' qabel, kollu blat hamrani u 'l hawn u 'l hinn gholjiet baxxi. Dhalna fi triq privata u fuq l-gholjiet kien hemm foresta shiha ta' sigar kbar ta' l-Aloe dichotoma. Din l-Aloe Tikber hafna u ssir sigra kbira hafna. Kien hemm minnhom li kienu aktar gholjin minn 4 metri. F'dan il-post ftit li xejn kien hawn xtieli ohrajn, izda jiena tlajt fejn kien hemm hafna sigar ta' l-Aloe dichotoma u rnexxieli nsib il-Hoodia gordonii u speci sabiha hafna t'Anacampseros. Jidher li f'dan il-post kien hawn nixfa kbira ghaliex anke s-sigar kbar ta' l-Aloe kienu qishom sejrin imutu u minghar l-ebda sinjal ta' kobor gdid. Dan kien l-istagun tax-xita, meta suppost li bil-ftit ilma li jinzel dawn is-sigar jikbru xi ftit. Qalulna li din kien sena xotta a ghalhekk kien kollox daqshekk xott.
Boophone distica
Argyroderma congregatum
L-awtur ma’ l-Aloe dichotoma
Bqajna sejrin izjed lejn it-tramuntan u waqafna nieklu packed-lunch f'post jismu Loerisfontein fejn kien hemm wied fond, aktar mill-gholi tas-swar tal-Barrakka ta' fuq u kaskata li minn dak l-gholi taqa' ghal gol-abbiss ta' taht, izda li ftit kien niezel ilma minnha. Qalulna li dik ix-xitwa ftit kienet qieghda taghmel xita. Malli bdejna nieklu ndunajt li madwarna hlief arbuxelli ta'xi metru gholi tat-Tylecodon wallichii ma kontx tara. Ma kellix sabar nispicca l-ikel u bl-ikel f'idejja bdejt indur qalb dawn ix-xtieli. Innutajt li ftit li xejn kien hemm seedlings, izda maghhom kien hemm xi sukkulenti ohra li bhalhom digà konna rajna qabel. Wara li kilna minhabba n-nuqqas ta' xita, x-xmara ftit kien fiha ilma u ghalhekk stajna naqsmu x-xmara minn fuq il-blat u l-gebel li kien hemm fin-nofs. Fuq ix-xatt l-iehor kien hemm xtieli totalment differenti minn dawk tan-naha l-ohra. Gol-blat kien hemm il-Crassula coccinea, l-Crassula rupestris, l-Crassula coxinia u l-Aloe mitriformis, izda fuq kollox kien hemm hafna arbuxxelli kbar hafna tat-Tylecodon paniculata. Hawn rajt l-akbar xtieli ta' din l-ispeci. Uhud minnhom kien itwal minni, izda seedlings taghhom ma kien hemm xejn.
F'triqtna lejn il-lukanda fejn konna sejrin norqdu waqafna f'post fid-dezert. Hawn ma kien jikber xejn hlief xi ftit arbuxxelli 'l hawn u 'l hinn, izda James qalilna li fuq l-gholjiet li kien hemm qrib it-triq stajna nsibu xi sukkulenti. Hekk kien ghaliex hawn sibna l-Crassula rupestris, speci t'Euphorbia, Haworthia arachnoidea, u speci ta' Pleiospilos.
Ergajna domna hafna ma wasalna fil-villag ta' Matjiesfontein. Fuq il-mappa dan il-post jidher b'ittri kbar hafna, izda fih jghixu biss xi 115 ruh biss. Fiz-zmien kien post aktar importanti ghaliex sahansitra fih stazzjon tal-ferrovija. Il-lukanda li rqadna fiha kienet l-aktar wahda lussuza li rajt kemm domt is-Sud Afrika. Kilna ikla eccellenti f'sala enormi u servewna minn dixxijiet tal-fidda. Il-kamra tas-sodda kienet miksija bid-damask u sthajjiltni li mort lura ghal zmien ir-Regina Vittorja. Il-kamra tal-banju kienet b'zewg banjijiet fin-nofs. Qalulna li din kienet il-Honeymoon Suite.
Wara breakfast li ma jispicca qatt ergajna ghaddejna mid-dezert u waqafna xi darbtejn. Fejn waqafna sibna l-Anacampseros laniger, speci iehor t'Anacampseros tassew interessanti, Crassula peculiaris, Gibbaeum neobraunii, u Aloe stricta.
Ghaddejna minn go speci ta' wied bejn il-muntanji gholjin hafna. Dan il-post kien imsejjah Tradouwn Pass u jinstab fil-muntanji Langeberg. Meta harisna 'l fuq stajna naraw li mal-gnub tal-mintanji kien hemm hafna Aloe. James qalilna li kienu l-A. comptonii, izda kienu 'l fuq wisq biex nitilghu hdejhom. Malli hrigna minn go dan il-wied waqafna f'post fejn malajr ilmaht l-Euphorbia mitriformis li hija speci tassew sabiha u li jiena kont rajt fl-istampi biss. Kien hemm xitla wahda biss u tul il-vjagg kollu rajna xitla ohra biss ta'din l-ispeci. Xi siegha wara din il-waqfa ergajna waqafna f'post tassew tal-genn. Propju mat-triq kien hemm numru kbir ta' sukkulenti rari. Dawn kien qeghdin jikbru fl-istess kwalità ta' caghaq li konna rajna xi erbat ijiem qabel, hafna mili boghod minn hawn, izda fl-istess kundizzjonijiet ta' qabel, F''medda ta' art daqs nofs grawnd tal-futbol, l-ewwel li rajt kienet il-Muiria hortenseae, sukkulenti rari tar-razza tal-mesembryanthemum li qatt ma stajt insib iz-zerriegha taghha. Hawn stajna naraw litteralment eluf ta' xtieli kbar, hafna minnhom b'numru ta' rjus. Ma' dawn kien hemm ukoll il-Gibbaeum dispar, u neobraunii, Crassula hemispherica li hija rarità ohra, Conophytum truncatum, Crassula deceptor var deceptrix, Lithops comptonii u Didymaotus lapidiformis. Minn xi whud minn dawn l-ispeci kien hemm wahda jew tnejn, izda minn ohrajn kien hemm litteralment eluf. Qbizna fence u hawn kien hawn l-akbar xtieli tal-Muiria hortenseae, kif ukoll l-isbah xtieli ta' sukkulenti bhal dawk li rajna mat-triq. Domna hafna f'dan il-post, ghaliex kien hemm tassew x'wiehed jara, izda kien baqghalna triq twila hafna u ghalhekk James gentilment beda jfakkarna fil-hin. James mhux biss kien botaniku u kull darba jghina nidentifikaw ix-xtieli li naraw, izda kien ukoll il-gwida u l-organizzatur tal-vjagg kollu. Kien ragel ta' xi 30 sena, izda kemm mil-karattru u kemm minn wiccu u persuntu kien izjed qisu l-anglu kustodju taghna.
Issa konna bdejna nizlin 'l isfel u lura lejn Cape Town, izda gbidna aktar lejn il-lvant u ghalhekk izjed lejn ic-centru tal-kontinent. Ergajna waqafna f'wied qalb il-muntanju b'veduti tassew sbieh u mal-gnub vertikal;i tal-muntanji rajna l-Aloe ferox kif ukoll xi zewg speci ta' Crassula.
Meta hrigna minn bejn il-muntanji ergajna gejna fid-dezert, izda hawn ma waqafniex hlief biex nieklu packed-lunch. Wara nofs in-nhar waqafna f'post fejn kien hemm xi ftit sigar ta' l-ewkaliptus u meta hrigna minn tahthom sibna wahda mill-hafna forom tal-Cotyledon orbiculata. Sibna wkoll varjetà tal-Haworthia retusa, speci t'Euphorbia, Trichodiadema densum kif ukoll speci ta' Gasteria aktarx li kienet il-Gasteria distica. Waqafna fi tliet postijiet, fejn f'wiehed sibna l-Hawortia pumila li kienet bil fjiur, kif ukoll il-Bulbine mesembryanthemoides. Fit-tieni post sibna l-Haworthia herbacea u l-Haworthia venosa, filwaqt li fl-ahhar post sibna l-Haworthia magnifica var. maraisii u l-Conophytum ficiformis.
Xitla kbira hafna tal-Muiria hortenseae
Didymaotus lapidiformis
Crassula hemispherica ma’ xtieli ckejknin tad-Didymaotus lapidiformis
Hoodia gordonii
Kien ghadu ma dalamx sewwa meta wasalna fil-belt ckejkna ta' Barrydale. Din il-belt tinstab mal-genb ta' wied mimli sigar tal-frott irqiq. Dawn is-sigar kienu kollha bl-inwar. Ir-riha tfuh ta' dan l-inwar kienet ma' kullimkien. Il-lukanda li konna sejrin norqdu fiha kienet lukanda ckejkna hafna u din fix-xitwa normalment kienet tkun maghluqa, izda fethuha ghalina biss. Kienu jiehdu hsiebha mara ta' xi sittin sena u bintha ta' xi hamsa u tletin. Wara li nhsilna mit-trab tad-dezert kilna ikla tajba, xrobna xi zewg fliexken inbid eccellenti u rqadna. Filghodu hrigna fil-veranda li kellna mal-kamra tas-sodda. Kif hrigna, ziffa frisha mimlija' riha ta' l-inwar tal-frott mellsitilna wiccna u minn hemm fuq stajna naraw il-wied b'eluf ta' sigar tal-frott miksijin bl-inwar u fil-boghod il-muntanji bis-silg fuqhom. Kienet veduta tassew sabiha li kemm indum haj ma nista' ninsa qatt. Inzilna ghall-breakfast u wara tlaqna lejn Cape Town.
L-ewwel waqfa taghna kienet barra l-belt ta' Barrydale. Waqafna ghall-petrol u biex jiccekkjaw il-karozza. James qalilna li stajna nduru l-gholjiet ta' wara s-service station. Fil-bidu kien hemm hafna sigar ta' l-ewkaliptus, izda malli hrigna minnhom u bdejn telghin ma' gholja, sibna hafna xtieli ta' speci ta' Glottiphyllum. Inzilna go wied ckejken u hawn fid-dell kien hemm zewg speci ta' Crassula. Maghhom kien hemm ukoll speci ta' Haworthia. Hsibna li kienet il-Haworthia transulcens, izda wara sirt naf li din kienet il-Haworthia aristata. Fil-quccata ta' l-gholja kien kemm hafna xtieli tal-Conophytum ficiformis. L-ispeci kollha tal-Conophytum li rajna dejjem kienu jikbru gol-blat, fi ftit hamrija u fejn l-ilma jinxef malajr.
L-ahhar waqfa li ghamilna kienet qrib ferm tal-belt ta' Worcester. Hawn fuq gholja qrib bini modern sibna hafna Conophytum ficiformis, kif ukoll il-Crassula rupestris u l-Astroloba (jew ahjar) Haworthia asperula. Kien hemm ukoll hafna sukkulenti ohra li ma tantx kienu attraenti u minhabba li kien sar il-hin biex nieklu ma bqajniex induru izjed il-boghod.
Kilna l-ikla ta' nofs in-nhar f'restorant tassew lussuz, izda fis-Sud Afrika l-ikel huwa tassew irhis. Kien baqghalna triq twila hafna, izda fil-kumplament ta' dan it-tripp morna naraw numru ta' nurseries minn fejn xtrajna hafna sukkulenti interessanti, Izda fuq dawn in-nurseries nghidilkom darba ohra.
Matul dan it-tripp kollu ghamilna b'kollox 4000 kilometru. Biex wiehed jifhem sewwa, kemm hija kbira din id-distanza, f'linja dritta qisha d-distanza minn Malta sa Berlin u lura. Jekk wieded jigbed linja dritta minn Cape Town sa Loerisfontein li huwa l-izjed post 'il fuq li wasalna fih, id-distanza hija ta' 500 kilometru biss, jew minn Malta sa Napli.
L-esperjenza tieghi tas-Sud Afrika hija esperjenza tassew sabiha, ghaliex l-Afrika t'Isfel hija pajjiz meraviljuz fejn f'certi nhawi x-xtieli kollha li wiehed jara jkunu sukkulenti. Ahna konna fil-Lvant ta' l-Afrika t'Isfel fejn hemm anqas nies u l-kriminalità hija baxxa hafna. Huwa tassew dnub li dan mhux l-istess ghan-naha tal-Punent fejn donnu li l-awtoritajiet tilfu l-kontroll kollu u l-kriminalità hija xi haga tal-bizgha.
Donated by the Cactus & Succulent Society visit Cactus and Succulent club website
|