Articles
Bonsai Club
Cactus Club


Dogs Plants Cats Fish Birds Exotic PetNGarden

News Shops My pet page Search Contact List Win Free Services send e-mail

Ix-xtieli Kristati

minn Dott. Francis X. Sammut

Kull kwalita’ ta' xitla tizviluppha mill-qalba taghha, li hija maghmula minn grupp ta' celluli li jiffurmaw bhal centru zghir hafna fil-qalba tax-xitla. Jigri li xi kultant l-izvilupp ma jimxix b'dan il-mod. Ic-celluli tal-qalba flok ma jibqghu jiffurmaw centru tond jiggebbdu u jsiru forma ta' linja u b'hekk l-izvilupp tax-xitla jimxi matul din il-linja. Din il-bidla tidher minn barra wkoll. Il-qalba tax-xitla ma tibqax dik il-ponta fic-centru, izda titwal u hawn nghidu li x-xitla bdiet tikkrista. L-izvilupp tax-xitla jibda jimxi ma' din il-linja u x-xitla tiehu ghamla ta' mrewha. B'aktar zvilupp ix-xifer ta' fuq jibda' jitmewweg u meta jikber izjed, ix-xitla tibda titkebbeb fuqha nnfisha u taghmel hafna tidwiriet u b'hekk issir tixbah forma ta'mohh, jew dik ta'certu qroll.

Geohintonia mexicana forma kristata

Il-fenomenu tal-kristazzjoni ma nsibuhx fil-kaktus biss, izda nsibuh ukoll fis-sukkulenti l-ohra u anke fi xtieli li mhumiex sukkulenti. Xi kultant insibuh anke fil-fjuri tal-kaktus u tas-sukkulenti l-ohra. Meta jigri dan, il-fjura tkun qisha mghaffga mill-gnub u tizviluppa qisha nofs qamar. Ic-Celosia li hija xitla annwali u li mhix kaktus jew sukkulenti ohra, taghmel spiss hafna fjuri kristati u ghalhekk din kemm-il darba nsejhulha Ghallet is-Serduk.

Hadd ma jaf xi jgieghel xitla normali li f'daqqa wahda tibda tikkrista. Saru hafna esperimenti fejn fil-qalba tax-xitla kkawzaw hafna forom ta' hsara. Hsara mekkanika, fejn il-qalba tniggzet bil-labar, jew irrizultat bil-mewt tal-qalba u allura x-xitla bdiet tarmi minn taht, jew irrizultat bi hsara parzjali u x-xitla gieli zviluppat f'zewg irjus; dichotomous division. Minkejja kollox ix-xitla qatt ma kkristat. L-istess gara meta l-qalba kienet ittrattata b'kimici irritanti bhal colchicine jew b'agenti fizici; bhal temperatura baxxa hafna, jew gholja hafna. Saru esperimenti wkoll b'raggi radiu-attivi u sahansitra anke b'raggi laser immirati ghal fuq il-qalba, izda x-xtieli ma kkristaw qatt. Huwa minhabba dan kollu li r-raguni ghaliex kultant xi xtieli jikkristaw baqghet misteru. Biex il-misteru jkompli jikber, zerriegha minn xtieli kristati ma tipproducix xtieli kristati.

Il-kristazzjoni tista' tigri meta x-xitla tkun ghadha seedling ta' ftit xhur, jew tista' tigri f'xitla matura. Hawnhekk irrid insemmi li ghalkemm il-kristazzjoni grat f'zewg xitliet ta' l-istess speci, r-rizultat kien differenti hafna u wiehed bilkemm ikun jista' jemmen li dawn ix-xtieli huma ta' l-istess speci. B'ezempju rrid insemmi kristati tal-Geohintonia mexicana li saru fil-kollezzjoni tieghi. Kont indunajt li seedling tal-Geohintonia mexicana kienet qiedgha tikkrista u din mill-ewwel laqqamtha fuq il-Periskeiposis velutina. Wara sena ergajt laqqamtha fuq it-Trichocereus pasacana. Fl-istess zmien kont laqqamt offsets normali minn xitieli naturali tal-Geohintonia mexicana fuq it-Trichocereus pasacana u minn dawn wahda minnhom ikkristat ukoll. Dik ix-xitla li kkristat meta kienet ghadha seedling baqghat irqiqa, u fil-kristazzjoni inbarmet fuqha nnfisha u saret qisha qrolla. L-ohra li kkristat minn offset matur baqghet hoxna u ffurmat qisha mrewha kbira. Id-dehra ta' dawn iz-zewg xitliet hija differenti ghal kollox.

Mammillaria elagans var. schmollii forma kristata

L-ahjar li l-kristati jitlaqqmu. Jekk ma jitlaqqmux, meta jikbru t-truf tal-kristati jaghfsu 'l isfel fuq wicc il-kompost u jinbezqu 'l barra. Hemm ukoll ic-cans li jekk ma jitlaqqmux li parti li tkun tmiss mal-kompost tithassar bl-istess umdità tal-kompost. Bhala stokk naghzel xi speci ta' Trichocereus twil; bhal ma huwa it-Trichocereus pachanoi, it-Trichocereus bridgesii jew anke bhal ma huwa l-Eriocereus (Harrisia) jusbertii. It-tilqim tal-kristati huwa ehfef mit-tilqim ta' l-ispeci normali, ghaliex fil-kristati l-cambium huwa forma ta' linja twila u huwa aktar facli li tlaqqu mal-cambium ta' l-istokk. Meta llestu t-tilqima, norbtuha bil-lasktu u npogguha xi mkien ghad-dell sa kemm taqbad sewwa.

Kif digà ghedt, xi speci huma mlahhmin u hoxnin hafna. Dawn waqt il-kristazzjoni ma jkunux jistghu jinbarmu u jitrikkbu fuqhom infushom, kif jaghmlu speci rqaq. Dawn jibqghu jikbru forma ta' mrewha. Jigri li meta jizviluppaw hafna, z-zewgt itruf tax-xitla kristata jibdaw jaghfsu minn taht fuq l-istess stokk u x-xitla tibda tohnoq lillha nfisha. Meta jigri dan, irridu naqtghu dawn iz-zewgt itruf barra u mbaghad inlaqqmuhom fuq stokk adattat. Hekk filwaqt li salvajna x-xitla originali milli toqtol lillha nfisha, spiccajna biex issa ghandna zewg xtieli ohra kristati ta' l-istess speci.

Lobivia albispina forma kristata

Irrid nghid ukoll li ghalkemm hafna kristati, l-aktar dawk li jizviluppaw forma ta' qroll jew mohh, jibqghu relattivament zghar, ohrajn li gejjin minn speci robusti bhal ma huma Trichocereus, Espostoa, u Carnegia, jaghmlu crests kbar hafna u ghalhekk meta llaqqmuhom irridu nsibu stokk b'sahhtu u ohxon bizzejjed biex jiflah jiehu l-pis tat-tilqima meta din tikber u tizviluppa sewwa.

Biex naghlaq irrid nispicca billi nheggeg lil shabi biex kull min ikollu x-xorti li jara xi seedling tibda tikkrista l-ahjar li jlaqqamha meta tkun ta' daqs tajjeb. Jekk dak li jkun ma jkunx jaf ilaqqam jista' jghaddiha lil xi hadd biex ilaqqamielu. Din tista' tkun inzertatura unika u huwa cans li ma jridx jintilef.


Donated by the Cactus & Succulent Society visit Cactus and Succulent club website



your ad could be here

coloring pages

.

Quick links: Home Birds Cats Dogs Fish Exotic Plants Free cross stitch pattern Free stained glass patterns Eggart by Candice Top Cocktail Recipes Free pet coloring pages Free animal vectors Colorful stained glass patterns for free Educational tutorials Privacy Policy

page generated in 0.006067 seconds
61