Articles
Bonsai Club
Cactus Club


Dogs Plants Cats Fish Birds Exotic PetNGarden

News Shops My pet page Search Contact List Win Free Services send e-mail

Ghaliex ghandna Kaktus u Sukkulenti ohra daqshekk rari

minn René Zahra

Zgur li hafna minn dawk li spiss jattendu ghat-tahditiet li jkollna kull xahar jisimghu lill-kelliema jsemmu kemm speci tal-kaktus kif ukoll tas-sukkulenti l-ohra li huma rari. Nahseb li huma hafna dawk li gustament jistaqsu; "Ghaliex dawn ix-xtieli huma daqshekk rari, possibbli ma jistghux jigu propagati bhal speci ohrajn u b'hekk isiru aktar komuni." Hemm hafna ragunijiet differenti ghaliex certi speci jibqghu rari u ghalhekk sejjer nipprova nsemmihom kollha.

Certi speci jikbru f'postijiet li difficli biex tasal ghalihom u jista' jaghti l-kaz li dawn l-inhawi jkunu inaccessibbli meta dawn ix-xtieli jkunu biz-zerriegha fuqhom. Hekk per ezempju certi speci tal-kaktus li jikbru fil-Brazil, jinstabu f'postijiet li biex tasal ghalihom ikollok bilfors tghaddi minn triqat li meta taghmel ix-xita jsiru xmajjar. Meta dawn jinxfu il-kaktus jkun digà waqqa' l-frott u n-nemel, jew l-ghasafar ikunu garrew iz-zerriegha kollha. Sintendi wiehed jista' jiehu bicca mix-xitla, izda hemm il-problema tal-piz ghaliex il-kaktus jizen hafna. Hemm ukoll il-fatt li certu kaktus ma jaghmilx frieghi jew offsets u wiehed ikollu jigbor ix-xitla kollha. Sintendi hemm ukoll il-ligijiet internazzjonali li jiprojbixxu l-esportazzjoni minn pajjizhom ta' xtieli jew partijiet minnhom. Minkejja dan kollu meta xi hadd jirnexxilu jakkwista mqar ftit zerriegha malajr ikunu jistghu jitkabbru u jitkattru hafna xtieli u dawn l-ispeci partikolari ma jibqghux rari.

Ezempju car ta' dan kollu il ghadni kif semmejt hija l-Pierrebraunia bahiensis. Din l-ispeci nstabet l-ewwel darba xi 15-il sena ilu. Ghalkemm fl-Ewropa kienu waslu xi ftit xtieli, dawn qatt m'ghamlu l-fjuri u ghalhekk din kienet speci rari. Tliet snin ilu dilettant Germaniz mar il-Brazil u rritorna fl-Ewropa bi ftit zerriegha ta' dan il-kaktus. Iz-zerriegha kienet tajba u minnha hafna nies irnexxielhom ikabbru numru ta' xtieli. Illum ix-xtieli li kibru minn din iz-zerriegha qeghdin jaghmlu l-fjuru u z-zerriegha wholl u ghalhekk speci li sa ftit ilu kienet rari hafna ssir komuni.

Pierrebraunia bahiensis

Iz-zerriegha ta' din l-ispeci damet hafna ma waslet ghand id-dilettanti, izda issa m'ghadiex daqshekk rari.

Fil-prezent hemm speci ohra f'dan l-istess genus li hija rari ferm; din hija l-Pierrebraunia brauniorum, izda jiena cert li meta fl-ahhar nakkwistaw iz-zerriegha taghha ssir komuni wkoll.

Hemm xtieli ohrajn li huma rari ghaliex jikbri bil-mod u ma jaghmlux frieghi jew offsets. Minhabba dan kollu l-propagazzjoni taghhom tkun difficli u dawk li jkabbru il-kaktus u s-sukkulenti l-ohra ghan-negozju ma tantx jintrigaw bihom. Ma' dawn nistghu nsemmu l-ispeci kollha tal-genera Ariocacpus, Aztekium, u Strombocactus. Minkejja dan kollu ghad-dilettant li ma jimpurtax kemm dawn l-ispeci jdumu jikbru meta propagati miz-zerriegha. Wiehed jista' jakkwista z-zerriegha taghhom facilment u m'huwa difficli xejn biex bi ftit attenzjoni jkollok hafna xtieli sbieh. Sintendi dawn jikbru bil-mod u trid tistenna xi bejn 6 u 8 snin biex ikollok speci maturi. L-eccezzjoni huwa l-Aztekium li s-seedlings ta' dan il-genus iridu jitlaqqmu ftit gimghat wara li jinbtu ghaliex jikbru bil-mod wisq u aktarx imutu minghajr ma jikbru sewwa.

Jezistu wkoll ceri speci li l-kultivazzjoni taghhom hija difficli specjalment f'dawk il-pajjizi li ghandhom klima kiesha. Dawn l-ispeci dejjem jibqghu rari u ftit li xejn narawhom fil-kollezzjonijiet jew fin-nurseries.

Xitla rari ferm u li hafna jahsbu li sahansitra m'ghadhiex tezisti hija l-Whitesloanea crassa. Din hija sukkulenti tal-familja ta' l-Asclepiadaceae li tikber selvagga fis-Somalja. Dan huwa pajjiz fejn hemm hafna nkwiet u gwerer. Fuq kollox ghal hafna snin kien hemm ukoll nixfa kbira u l-baqar, moghoz, naghag u gmula bdew jieklu kull xitla li jaraw. Minkejja dan kollu xi 15-il sena ilu xi botanici kienu marru f'dan il-pajjiz u wara hafna tfittxija rnexxielhom isibu xi ftit xtieli ta' din l-ispeci. Chuck Hunson, Amerikan li jispecjalizza fil-kultivazzjoni tas-sukkulenti rari zamm xi ftit xtieli u wahda minnhom ghamlet iz-zerriegha. Minn din iz-zerriegha kabbar numru ta' seedlings izda darba wahda x-xtieli kollha li kellu kienu attakkati minn fungus li qatilhom kollha. Minn dak iz-zmien sal-lum hadd ghadu ma rega mar is-Somalja biex jara jekk hemmx aktar minn din l-ispeci.

Ma' l-ispeci li semmejt fuq wiehed jista' jsemmi certi speci t'Euphorbia. Dawn l-ispeci jibqghu rari minhabba li ftit li xejn jaghmlu zerriegha u meta jaghmlu din tkun difficli biex tingabar. Raguni ohra hija li l-propagazzjoni bil-bicca minn dawn l-ispeci hija impossibbli minhabba li ma jaghmlux frieghi jew offsets. Minn dawn nistghu nsemmu l-Euphorbia turbiniformis u gymnocaliciodes.

Euphorbia turbiniformis

Din hija speci li ma tantx taghmel zerriegha u l-anqas ma taghmel frieghi jew offsets, minhabba kollu hija speci rari hafna.

L-ahhar kwalità ta' speci rari huma dawk li r-rarità taghhom tkun artificjali. Minn ftit taz-zmien 'l hawn l-awtoritajiet tal-Messiku infurzaw ligi li tinpedixxi l-esportazzjoni ta' xtieli u ta' zerriegha ta' xtieli li jikbru f'pajjizhom. Minhabba dan kollu speci godda li nstabu f'dawn l-ahhar snin kien illegali li wiehed johrog iz-zerriegha taghhom mill-Messiku. Minkejja dan kollu zerriegha ta' dawn l-ispeci harget xorta wahda u meta waslet ghand id-dilettanti dawn irnexxielhom jippropagaw eluf ta' xtieli minghajr ma jkollhom jiddependu fuq xtieli migbura mis-selvagg. Minkejja dan kollu ghal ftit zmien dawn ix-xtieli jkunu rari hafna u nbieghu ghal hafna flus.


Donated by the Cactus & Succulent Society visit Cactus and Succulent club website



your ad could be here

coloring pages

.

Quick links: Home Birds Cats Dogs Fish Exotic Plants Free cross stitch pattern Free stained glass patterns Eggart by Candice Top Cocktail Recipes Free pet coloring pages Free animal vectors Colorful stained glass patterns for free Educational tutorials Privacy Policy

page generated in 0.005518 seconds
61