Articles
Bonsai Club
Cactus Club


Dogs Plants Cats Fish Birds Exotic PetNGarden

News Shops My pet page Search Contact List Win Free Services send e-mail

Il-kultivazzjoni tal-Adenium

minn Dott. Francis X. Sammut

L-Adenium huwa genus ta' sukkulenti mill-isbah u dawn insibuhom fl-Afrika tropikali u fl-Gharabja. Kollha jaghmlu fjuri sbieh hafna u l-fjuri johorgu ghal zmien twil tas-sena. Hafna ghandhom weraq sabih u jleqq u l-ispeci kollha kemm huma ghandhom il-parti t'isfel taz-zokk minfuha u tifforma dak li jissejjah il-caudex. Dan il-caudex ikompli jzid mas-sbuhija tax-xitla, izda ghalkemm ghandhom hafna x'jaqlghahom, dawn l-ispeci qatt ma gew ikkultivati kif imiss, ghaliex id-dilettanti jahsbu li huma xtieli difficli. Huwa veru li jekk il-kultivazzjoni ma tkunx tajba, hafna mix-xtieli jmorru lura u jmutu, izda huwa veru wkoll li b'kultivazzjoni tajba dawn ix-xtieli jmorru tajjeb hafna hawn Malta u jpaxxu l-ghajn bis-sbuhija taghhom.

Hemm disa' speci differenti t'Adenium li huma; l-Adenium, obesum, multiflorum, swazicum, oleifolium, boehmianum, arabicum, somalense, crispum, u socotranum. Xi botanici jqisu dawn ix-xtieli bhala speci differenti u ohrajn iqisuhom bhala varjetajiet jew forom ta' speci wahda li hija l-Adenium obesum. Hawn minix sejjer nidhol fil-merti ta' min minn dawn ghandu ragun, izda hawn irrid nghid li anke fil-kultivazzjoni taghhom xi whud minnhom huma differenti minn ohrajn, izda hawnhekk jiena ser nibbaza fuq il-kultivazzjoni ta' l-Adenium obesum minhabba li din l-ispeci li fin-natura hija l-aktar komuni u hija l-aktar li tigi kkwotata mid-dilettanti.

Xtieli zghar

Il-kultivazzjoni tajba trid tibda mill-bidu nett. Nibdew billi nizirghuha kmieni fis-sena kemm jista' jkun, biex is-seedlings jikbru hafna qabel ma tigi x-xitwa. Jiena nizra' z-zerriegha tieghi fil-bidu ta' Jannar fis-shan artificjali, izda ghal min m'ghandux din il-facilità jista' jizrghha f'nofs Marzu. Iz-zerriegha inqeghduha catta wahda, wahda Fuq wicc il-kompost u nghtatuha hafif, hafif bir-ramel ohxon. Wara dan insaqquha minn taht b'fungicida addattat, u naghlqu l-qsari fil-boroz tal-plastik. Meta z-zerriegha tkun friska tibda tinbet wara gimgha. Wara li s-seedlings johorgu t-tielet pari ta' weraq, il-boroz innehhuhom, izda irridu naraw li l-kompost dejjem inzommuh niedi billi nsaqquh spiss. Bil-mod, il-mod nibdew inressqu x-xtieli lejn ix-xemx u meta x-xtieli jkollhom hames pari weraq naqilghuhom u nxettluhom wahda, wahda fi qsari ta' xi seba' centimetri. It-tahlita li nuzaw ghandha tkun miftuha hafna. Jiena nuza tahlita ta' parti potting compost, parti perlite u parti expanded clay mill-irqiq. Meta x-xtieli jistabilixxu ruhhom sewwa f'din it-tahlita nohroghom minn kmieni fl-aktar post xemxi li ghandna. Dawn huma xtieli li jhobbu hafna xemx u ghalhekk imorru tajjeb hawn Malta. Kif jikbru aktar nibda naghti l-fertilizzant. L-ahjar li naghtu fertilizzant bi proporzjon gholi ta' nitrogenu, ghaliex dawn ix-xtieli jriduh kemm biex jikbru tajjeb, kif ukoll biex 'il quddiem jaghmlu hafna fjuri. L-aktar tliet affarijiet mehtiega fil-kultivazzjoni tas-seedlings ta' l-Adenium huma:-
  • A - Ix-xemx
  • B - It-tisqija ta' spiss biex il-kompost ma jixxuttax.
  • C - Li nuzaw fertilizant gholi fin-nitrogenu li jintuza darba ma kull tliet tisqijiet.
Kif qeghdin naraw, biex dawn ix-xtieli jirnexxu, specjalment fl-ewwel sena jridu kultivazzjoni intensiva. Iktar ma x-xitla tikber u tizviluppa sewwa fl-ewwel sena, iktar sejra tkompli tikber u tisbieh fis-snin ta' wara u aktar ukoll sejra taghmel fjuri malajr. Jiena kelli xtieli li fi zmien disa' xhur miz-zerriegha, twalu sa 20 centimetru, kellhom caudex ta' 3 centimetri u sahansitra ghamlu l-fjuri. Jekk ix-xtieli ma jinghatawx din il-kultivazzjoni intensiva fl-ewwel sena, dawn jibqghu zghar u lanqas 'il quddiem ma jizviluppaw sewwa.

Meta tasal ix-xitwa x-xitel ta' l-A. obesum jibdew inixxfu l-weraq t'isfel, izda mill-qalba xorta wahda jibqghu johorgu l-weraq gdid u dawn iridu jibqghu jissaqqew anke matul l-ewwel xitwa. Din ir-regola, izda tghodd biss ghas-seedlings ta' l-A. obesum. Matul ix-xitwa x-xtieli z-zghar irridu npogguhom f'xi post shun, jekk jista' jkun fejn tilhaqhom ix-xemx u naraw li t-temperatura tal-post ma tinzilx inqas minn 10°C.

Adenium obesum

Xtieli maturi

Meta jkollha sentejn ix-xitla tibda titqies b'matura u l-kultivazzjoni ssir differenti minn ta' meta tkun zghira. Il-kompost irid ikun dejjem miftuh hafna u t-tahlita ghandha tkun bhal dik tax-xtieli z-zghar. Il-qsari li nuzaw jistghu jkunu kemm tal-fuhhar, kif ukoll tal-plastik. Qatt ma ghandna nkabbru l-qsari hafna waqt ir-repotting u x-xitla ahjar tkun go qasrija izghar milli tkun go qasrija ikbar milli jmissha. Ir-repotting ghandu jsir kmieni fir-rebbiegha meta l-ewwel weraq ikun hareg. Jekk ir-repotting isir tard wisq fis-sena u aktar u aktar il-qasrija li tintuza thun akbar milli jmissha, hemm ic-cans li l-gheruq ma jkunux dahlu gol-kompost il-gdid, il-kompost wara t-tisqija jibqa' mxarrab hafna u dan, specjalment meta t-temperatura taqa', jista' jqabbad it-tinwir ta' l-gheruq u x-xitla tmut. Fix-xitwa u fil-bidu tar-rebbiegha ix-xtieli maturi jbatu hafna u dan huwa l-aktar zmien kritiku li jtellifna hafna xtieli. Meta ghall-ahhar tal-harifa, l-Adenium jibda jnizzef il-weraq it-tisqijiet iridu jkunu anqas spiss minn qabel u max-xitwa kull tisqija trid tieqaf. Ix-xitel ma jridx jithalla barra fix-xita ghaliex anke jekk ma jintlahqux mix-xita, jekk it-temperatura tinzel anqas minn 10°C dawn jistghu jmutu. Fix-xitwa, meta x-xtieli jkunu reqdin, jiena ndahhalhom fis-serra tal-kaktus taht il-bankijiet, biex nizgura li jgawdu temperatura tajba. Jistghu jitqieghdu wkoll f'xi kantina jew f' xi garaxx fid-dlam, ghaliex f'dan iz-zmien ix-xtieli jkunu bla weraq u reqdin, minhabba dan ma jkollhomx bzonn dawl. Iz-zewg affarijiet li jinhtiegu huma li jibqghu xotti u li t-temperatura ma tinzilx taht l-10°C.

Zmien iehor kritiku hu li naghrfu sewwa meta x-xtieli jibdew jiccaqalqu wara li tghaddi x-xitwa. Ghal bidu tar-rebbiegha tajjeb li nibdew inbixxu x-xtieli taghna bl-ilma xi darba kull tlitt ijiem, izda b'dan il-bexx ma rridux li naghtu tant ilma li l-kompost jixxarrab. Nibdew ukoll nohorgu x-xtieli taghna f'xi post fejn jaraw aktar dawl u xemx, izda li ma tilhaqhomx ix-xita. Anke meta x-xtieli jibdew juru rimi zghir kemm-il darba jkunu ghadhom m'humiex attivi, bi ftit ilma zejjed nistghu nitilfu x-xtieli. Nibqghu nbixxu x-xtieli ta' sikwit bl-ilma sakemm il-weraq tar-rimi jkun ifforma sewwa u mbaghad nibdew insaqqu ftit, ftit sakemm ghall-ahhar tar-rebbiegha nkunu qeghdin naghtu tisqija normali. Dawn ix-xtieli, waqt iz-zmien li jkunu qeghdin jikbru, jridu hafna ilma. Minhabba li jkollhom kompost miftuh hafna t-tisqija ghandha ssir kull tlitt ijiem jew aktar spiss, skond is-shana. Il-fertilizzant naghtuh ma kull tliet tisqijiet. Ix-xtieli jridu jitqieghdu fejn l-aktar li jaraw xemx, u fis-sajf, l-ahjar li joqoghodu barra fil-bitha jew fuq bejt milli joqoghodu fis-serra, biex b'hekk igawdu minn ventilazzjoni tajba. Taht dawn il-kondizzjonijiet ix-xtieli maturi jikbru tajjeb, izidu fil-frieghi, ihaxxnu l-caudex u johorgu l-fjuri kemm-il darba tul is-sajf u l-harifa. Fil-kondizzjonijiet tieghi gieli ghamlu l-fjuri xi 4 darbiet, jibdew minn Gunju u jkomplu sa Novembru.

It-tkattir

(a) Biz-zerriegha -
Din is-sistema ta' tkattir digà tkellimt fuqha. Hawn irrid nghid biss li biex ikollna z-zerriegha l-fjuri rridu ndakkruhom ahna, ghaliex l-insetti li normalment idakkru dawn il-fjuri ma jezistux f'pajjizna. Il-fjuri ta' dawn ix-xtieli ghandhom ghonq twil u fond, u f'pajjizhom hemm insetti pollinators li ghandhom propoxxide twila li tilhaq fil-fond u tasal sal-partijiet vitali ta' dawn il-fjuri. Biex indakkruhom nistghu nuzaw lanzita mill-mustacci ta' qattus, jew lanzita minn ziemel. Din wara li ndahhluha sa isfel fil-fjura nobormuha b'subajna u nghadduha ghall-fjura ta' xitla ohra u naghmlu l-istess haga. Nibqghu sejrin hekk sakemm induru l-fjuri miftuhin kollha.

(b) Bil-bicca -
Il-bicciet jittiehdu ghall-ahhar tar-rebbiegha u tajjeb li nuzaw ir-rooting hormone biex dawn ixenxlu malajr. Il-kompost irid ikun miftuh hafna u jinzamm niedi l-hin kollu. Il-bicciet jiehdu xi xahar biex jaghmlu l-gheruq. Hawn irrid nghid li x-xitla li tkun tkattret bil-bicca ma tiffurmax il-caudex bhal dawk li jikbru miz-zerriegha.

(c) Bit-tilqim -
It-tilqim isir fl-ahhar tar-rebbiegha u fis-sajf. L-ahjar tilqim isir bil-feles. It-tilqim jista' jsir biex inkattru xi speci partikolari li ghal xi raguni nixtiequ nnisslu minnha. Il-brokki jitqattghu f'tulijiet ta' xi 3 centimetri u jitlaqqmu bil-feles gol-istokk. It-tilqim jista' jsir ukoll biex speci li normalment huma irqaq; bhal A. swazicum jiehdu forma ahjar ghaliex jikbru fuq speci aktar robusta. It-tilqim jista' jsir fuq A. obesum ftit 'il fuq mill-caudex, jew jista' jsir ukoll fuq in-Nerinum oleander, izda fil-kaz ta' l-ahhar ix-xtieli mlaqqma ma jiffurmawx caudex.

Varjetà ta' l-Adenium obesum b'caudex u fjuri differenti

Mard u mess

Rari hafna li xtieli ta' l-Adenium li jkunu mtellghin sewwa jintmessu mill-mard. L-aktar insetti komuni li jhobbu jpoggu fuqhom huma l-afidi u dawn nistghu nikkontrollawhom facilment b'bexx adattat. Xtieli li jitkabbru fis-serra aktat ghandhom cans li jimirdu u dan minhabba li fis-sajf hafna serer ghandhom nuqqas ta' cirkolazzjoni ta' arja. F'dan il-kaz, dawn jistghu jimirdu bil-mealy bugs, red spider, aphids u white fly. Meta jigri dan, dawn ghandhom jitbixxu b'insetticida adattat skond il-kaz.

Gheluq

dak kollu li rajna qabel, dawn ix-xtieli, hawn Malta m'ghandniex inhawluhom barra fil-gnien, ghaliex bix-xita u l-kesha tax-xitwa jmutu zgur, Ghandna nhawluhom fi qsari li nistghu nohorguhom barra fis-sajf u ndahhluhom gewwa fix-xitwa. Dawn ix-xtieli l-aktar li jikbru huwa fl-ewwel tliet snin ta' hajjithom u mbaghad jikbru hafna izjed bil-mod. Huwa ghalhekk importanti hafna li f'dawn is-snin ta' formazzjoni l-kultivazzjoni ghandha tkun intensiva. Xitla kbira fl-istagun tas-sajf taghmel hafna weraq u l-energija tal-fotosintesi tmur biex thaxxen iz-zkuk u biex tkabbar il-caudex u mhux biex tkompli titwal. Il-parti l-kbira ta' l-ispeci ta' l-Adenium ma jikbrux aktar minn zewg metri u l-ispeci delikati jikbru hafna anqas minn hekk. Minn hawn naraw li b'ghazla tajba nistghu ntellghu arbuxxelli ta' l-Adenium li jkunu adattati ghall-gnien jew ghall-bitha taghna u li zgur sejrin jaghtuna sodisfazzjon bid-dehra sabiha taghhom kemm meta jkunu bil-fjuri u kemm meta ma jkunux.


Donated by the Cactus & Succulent Society visit Cactus and Succulent club website



your ad could be here

coloring pages

.

Quick links: Home Birds Cats Dogs Fish Exotic Plants Free cross stitch pattern Free stained glass patterns Eggart by Candice Top Cocktail Recipes Free pet coloring pages Free animal vectors Colorful stained glass patterns for free Educational tutorials Privacy Policy

page generated in 0.006285 seconds
61