L-Aeonium – Xtieli ideali ghall-kondizzjonijiet ambjentali f’Malta
minn René Zahra
Minghajr l-ebda dubju ta' xejn tip mill-aktar komuni ta' sukkulenti ohra li ghandna Malta u li nsibuhom jikbru barra f'hafna mill-gonna taghna huma speci tal-genus Aeonium. Il-maggoranza l-kbira ta' l-ispeci ta' dan il-genus jikbru fil-gzejjer Kanarji li ghalkemm jappartjenu lil Spanja jinstabu ftit mili biss fil-punent tal-Marokk, fl-Ocean Atlan-tiku. Dawn huma grupp ta' disa' gzejjer principali u hafna ohra ckejknin. Dawn il-gzejjer ghandhom klima bhal taghna u ghalhekk huma popoalri ferm mat-turisti mit-tramuntana ta' l-Ewropa, specjalment l-Inglizi u l-Germanizi. Xi ftit speci ohrajn jikbru fil-gzejjer Madeira. Dawn huma grupp iehor ta' hames gzejjer principali u jinstabu fil-majjistral tal-gzejjer Kanarji. Dawn il-gzejjer li jappartjenu lill-Portugal huma xi ftit aktar keshin u anqas accessibbli. Speci ohra u l-varjetà taghha tikber fil-Marokk. Biex insibu zewg speci ohra minn dan il-genus irridu mmorru n-naha l-ohra tal-kontinent Afrikan, ghaliex dawn jinstabu fil-Jemen u fil-Kenja. Dan kollu jindika li zmien ilu meta l-klima tad-dinja kienet aktar kiesha u d-dezert Sahhara ma kienx jezisti, kien hemm kuntatt dirett bejn l-ispeci li jezistu fil-punent u dawk tal-lvant tal-kontinent Afrikan.
Digà semmejt li l-gzejjer Kanarji ghandhom klima li tixbah hafna lil dik ta' Malta. Dan ifisser li bhal f'Malta l-istagun tax-xita huwa x-xitwa, filwaqt li s-sajf huwa l-istagun tan-nixfa. Ghalkemm dawn il-gzejjer huma akbar sewwa minn Malta, huma influenzati mill-arja umda tal-bahar li jdawwarhom u ghalhekk ghalkemmfis-sajf ma taghmilx xita, taghmel hafna nida li tkun bizzejjed biex dawn is-sukkulenti ma jmutux. Minkejja dan biex jippriservaw l-ilma jnaqqsu l-weraq u anke jcekknuhom tant li hafna jahsbu li jkunu sejrin imutu, izda malli taghmel l-ewwel xita dawn mill-ewwel jer-gghu ikabbruhom u jibdew jaghmlu l-fjuri.
Il-kondizzjonijiet li jikbru fihom l-ispeci li jikbru fil-Marokk, il-Jemen u l-Kenja huma xi ftit differenti, izda xorta jikbru sewwa fil-gonna taghna hawn Malta. Huwa importanti ferm li dawn is-sukkulenti ma jinghatax ilma fis-sajf, ghaliex dan jista' facilment joqtolhom.
Speci t'Aeonium li tikber fil-Jemen u li ghalkemm instabel xi 30 sena ilu ghadha minghajr isem botaniku
Dawn is-sukkulenti zviluppaw apposta l-Kapacità li jikbru fix-xitwab biex ikunu jistghu jutilizzaw l-ilma tax-xita. Huma ghandhom speci ta' rosette iffurmata mill-weraq u dan jilhaq l-akbar zvilupp tieghu fix-xitwa. Meta jigi s-sajf u mieghu igib in-nixfa, dawn ir-rosettes jibdew jickienu billi hafna mill-weraq jinxef u jaqa' filwaqt li dawk li jibqghu fuq ix-xitla jickienu konsederevolment.. Meta dawn is-sukkulenti jkunu f'dan l-istat ikun ghalxejn jekk insaqquhom, anzi bhal ma digà semmejt qabel l-ilma jista' jkun ta' dannu kbir u xi speci delikati sahansitra jmutu jekk insaqquhom fis-sajf. Min-naha l-ohra l-ispeci kollha ta' dan il-genus ma jiddejqu xejn bil-hamrija alkalina u taflija taghna hawn Malta. Jiena stess kabbart 12-il speci differenti barra fil-gnien is-sena kollha. Meta jkollok speci differenti facilment li jibbridizzaw bejniethom ghaliex dawn jaghmlu l-fjuri fl-istess zmien. Minhabba dan jipproducu zerriegha fertili u jibdew jinbtu wahedhom bhal haxix hazin.
Aeonium leucoblepharum mill-Kenja (xellug) Aeonium species li tikber fil-Jemen (lemin)
L-ispeci kollha ta' dan il-genus jitkattu facilment bil-bicca, izda l-ispeci r-rari jridu jitkattru miz-zerriegha, dan ghaliex dawn l-ispeci jipproducu zokk wiehed biss. Hawn wiehed irid isemmi li l-fjuri johorgu minn go nofs ir-rosette u din tmut kollha meta l-fjuri jinxfu. Minhabba dan kollu dawk l-ispeci li jiffurmaw zokk wiehed imutu wara li jaghmlu l-fjuri u jkollok terga tnissilhom miz-zerriegha. (Fost li jmutu wara li jaghmlu l-fjuri nsibu l-isbah zewg speci; l-A. nobile u tabuliforme.) Iz-zerriegha ta'dan il-genus hija fina hafna u ma tantx huwa facli biex tigborha qabel ma ttir mar-rih, ghalhekk wiehed irid joqghodvattent hafna biex malli din iz-zerriegha timmatura tkun pront tigborha mill-ewwel. Minkejja dan kollu huwa facli ferm biex tkabbar dawn ix-xtieli miz-zerriegha. Jiena kelli speci li sahansitra kienu jitilghu wahedhom fil-qsari kollha ta' madwarhom.
L-aktar speci komuni f'Malta huma l-Aeonium arboreum u l-varjetà taghha var. atropurpureum li t-tnejn jikbru fil-Marokk. Dawn insibuhom anke fil-kampanja u fuq is-swar taghna. Insibu wkoll l-A. decorum, li tikber fuq Gomera, li hija wahda mill-gzejjer Kanarji. Speci ohra komuni hawn Malta hija l-A.haworthii. Din l-ispeci tinstab fuq wahda mill-akbar gzejjer tal-grupp tal-Kanarji; dik ta' Tenerife.
Aeonium undulatum
li ghandha rosette b'diametru t'aktar minn 30 cm
Mela nistghu nghidu li l-ispeci li huma komuni f'Malta huma erba'. Tassew li dawn huma l-aktar erba' speci (wahda hija fil-fatt varjetà) facli ferm biex tkabbarhom u biex tippropaghom, izda hemm numru kbir ta' speci ohra li hafna minnhom huma akbar u isbah ferm minn dawn l-erba' li tara madwar Malta u Ghawdex kollha. Fil-gzejjer Kanarji biss wiehed jista'jsib mhux anqas minn 32 speci differenti, izda meta wiehed ighodd maghhom l-ispeci tal-gzejjer Madeira, tal-Marokk, tal-Jemen u tal-Kenja nsibu li hemm b'kollox 42 speci differenti u hafna varjetajiet ukoll.
Nistghu nghidu li l-ispeci kollha jinqasmu fi tnejn; dawk li jiffurmaw hafna frieghi u dawk li jibqghu fuq zokk wiehed biss. Ma' dawn ta' l-ahhar insibu l-A. nobilis, simsii, canariense u tabuliforme. Bhal ma digà semmejt, dawn imutu wara li jaghmlu l-fjuri u jkollok terga' tnissilhom miz-zerriegha. Huwa propju minhabba dan li dawn l-ispeci jibqghu xi ftit rari fil-kollezzjonijiet taghna. Min-naha l-ohra dawk l-ispeci bhall-A. arboreum, decorum, haworthii, holochrysum, manriqueorum, urbicum, sedifolium, lancerottense, valverdense, smithii u rubrolineatum li jiffurmaw hafna zkuk, generalment jghixu hafna aktar mill-ohrajn, ghaliex wara li jaghmlu l-fjuri dawn inixxfu biss ir-rosettes li jkunu ghamlu l-fjuri, u l-ohrajn anqas maturi jibghu hajjin.
Wiehed irid isemmi xi speci li ghandhom xi partikolaritajiet li ma nsibuhomx f'ohrajn. Hekk per ezempju insibu l-A. balsamiferum b'weraq aromatiku. L-A. ciliatum bil-weraq b'hafna lanzit qasir fit-tarf. L-A. viscatum b'weraq idellek u l-A. vestitum b'weraq u zkuk miksijin bix-xaghar bajdani. L-izghar rosettes insibuhom fl-A. sedifolium u dawn ikunu b'diametru ta' xi 3 cm biss, filwaqt li dawk ta' l-A. nobile huma l-akbar u jistghu jilhqu diametru t'aktar minn 60 cm. Kemm l-A. undulatum u kemm l-A. canariense ghandhom rosettes kbar sewwa li jista' jkollhom diametru t'aktar minn 30 cm u ghalkemm jibqghu fuq zokk wiehed spiss jiffurmaw frieghi minn go l-gheruq taghhom stess.
Minkejja li l-ispeci ta' dan il-genus kollha jitkabbru facilment fil-kondizzjonijiet ambjentali li ghandna f'Malta, wiehed jiskanta kif ghadna naraw daqstant ftit speci differenti fil-gonna u l-kollezzjonijiet taghna. Minn zmien ghall-zmien insibu z-zerriegha ta' hafna speci differenti offruta fil-listi taz-zerriegha. Hija tassew hasra li ghadna ma ndunajniex bil-potenzjal kbir li ghandhom l-ispeci ta' l-Aeonium fil-gonna taghna bhala xtieli ornamentali li fis-sajf jistghu jibqghu minghajr ilma. Nispera li din il-ftit informazzjioni thajjarkom tippruvawhom, ghaliex jien cert li dawn ix-xtieli, minghajr hafna tbatija jistghu taghtukom sodisfazzjon kbir.
Numbru ta' speci differenti jikbru flimkien fil-gnien
L-ispeci bl-akbar rosettes hija l-
Aeonium undulatum
Speci ohra f'dan il-genus
- aizoides
- burchardii
- castello-paivae
- cuneatum
- domesticum
- glandulosum
- gomerense
- goochiae
- gorgonum
- hierrense
- palmense
- lindleyi
- longithyrsum
- percarneum
- saundersii
- spathulatum
- subplanum
- tortuosum
- urbicum
- virgineum
- webbii
Bibiljografija
- Wild Flowers of the Canary Islands -
David & Zoe Bramwell – 1974
- Lexicon of Succulent Plants -
Hermann Jacobsen – 1974
Donated by the Cactus & Succulent Society visit Cactus and Succulent club website
|