Haworthia
minn George Borg Marks
L-istorja tal-genus
Il-bidu tal-genus tal-Haworthia jmur lura ghaz-zmien tal-kolonjalizzazzjoni ta’ l-Afrika t’Isfel mill-Ewropej. L-ewwel darba li ssemmew dawn ix-xtieli kienet f’ittri li certu Oldenland kien baghat fl-1695, izda dawn ix-xtieli kienu riferuti taht il-genus ta’ l-Aloe. Seba’ snin wara, dawn l-istess speci dehru f’pubblikazzjoni ta’ Jan Commelin u meta Linnaeus introduca s-sistema ta’ l-ismijiet tax-xtieli, rega’ ssemmihom ukoll taht il-genus ta' l-Aloe. Fl-1801 Adrian Hardy Haworth issistemizza dawn ix-xtieli u fl-1809 Henri Auguste Duval waqqaf genus gdid bl-isem ta' Haworthia ghal dawn ix-xtieli specjali, (imsemmi ghalhekk ghal Haworth) u li fih inkluda dawk ix-xtieli li kienu differenti mill-Aloe.
Haworthia wooleyi
Matul is-snin kien hemm ohrajn li taw sehemhom fl-istudju tal-Haworthia izda, bla dubju ta’ xejn, Joseph Karl Leopold Arndt von Poellnitz kien dak li l-aktar ghamel xoghol fuq dawn ix-xtieli. L-isem ta’ von Poellnitz huwa sinonimu ma’ l-isem Haworthia. Huwa kien gej minn familja nobbli Germaniza u kien jiehu hsieb ir-raba tal-familja tieghu li kien wiret minghand missieru. Beda x-xoghol botaniku tieghu fl-1921. Huwa kien jircievi hafna xtieli mill-Afrika t’Isfel u kien jaghmel ukoll studju taghhom. Kien ukoll jiehu ritratti taghhom, u fil-fatt, dawn biss halla warajh ghax kollox inqered fil-gwerra. Hu u l-familja tieghu mietu fi hbit mill-ajru fl-1945. Minkejja dan xi snin qabel, ma bdiet il-gwerra u propju fl-1936, kien lahaq ippubblika sistema gdida ta’ l-ismijiet tal-Haworthia u li fiha dahhal ukoll hafna speci godda li kien irecva minn hbieb li kellu fl-Afrika t'Isfel.
Wara von Poellnitz gew ohrajn. Charles Leslie Scott ippubblika hafna artikli fuq speci godda, izda l-ktieb The Genus Haworthia kien l-akbar success tieghu. F’dan il-ktieb huwa ta hafna dettalji godda fuq dawn ix-xtieli. Martin Bruce Bayer hadem hafna fuq il-Haworthia u hareg hafna kotba ukoll, fejn huwa rranga l-ismijiet ta’ hafna xtieli u hareg b’sistema ta’ nomenklatura gdida (ghoti ta’ l-ismijiet). Bhalma jigri ta’ spiss, mhux kullhadd jaqbel ma’ Bayer fuq l-ismijiet li jinghataw lix-xtieli. Fil-fatt, Ingo Breuer kemm-il darba kiteb biex jghid kif u fejn ma jaqbilx mieghu. Il-qarrejja forsi jiftakru lil Ingo meta gie fostna u ghamlilna zewg tahditiet fuq dawn ix-xtieli.
Esperjenza personali
Personalment, dejjem kabbart xtieli tal-kaktus u ftit li xejn kabbart sukkulenti ohra. Nistqarr li kont thajjart inkabbar ix-xtieli tal-Haworthia wara li mort nara xi kollezzjonijiet privati lokalment. Kont kwazi bdejt, izda dejjem qghadt lura ghax ma kontx naf kif niehu hsiebhom. Xi sentejn u nofs ilu kont attendejt ghal tahdita li kienet saret f’wahda mill-laqghat ta’ kull xahar ta’ l-Ghaqda taghna, u wara, ghaz-zewg tahdidiet ta’ Ingo Breuer li semmejt aktar ‘l fuq u ddecidejt li nipprova nibda kollezzjoni ta' dawn ix-xtieli. Kont kellimt lil Ingo fit-tul meta kien hawn Malta u kelli x-xorti li darbtejn immur inzur il-kollezzjoni kbira tieghu fil-Germanja. Huwa spjegali, f’hafna dettal, kif wiehed ghandu jiehu hsieb dawn ix-xtieli u minn hemm ma haristx lura.
Haworthia reinwardtii var. brevicula (xellug) Haworthia reinwardtii var. reinwardtii (lemin)
Dan il-genus huwa tajjeb hafna ghal dawk li ma tantx ghandhom spazju u lanqas xemx. Dawn huma xtieli li normalment jibqghu baxxi jew, fi ftit kazi, daqsxejn tawwalin u ta’ forma kompatta, dik li bl-Ingliz tissejjah “rosette”. Bi ftit attenzjoni huma jistghu jitkabbru facilment f’post li ma jkunx fix-xemx diretta, izda li jkun imdawwal. Xi whud jifilhu ftit xemx u meta jigri hekk, jiehdu kulur hamrani u kultant jigu sbieh ferm. Izda nahseb li x-xemx ta’ Malta hija xi ftit qawwija wisq ghalihom u ghalhekk meta jitpoggew fix-xemx, specjalment ghal hafna sighat tal-gurnata, jistghu sahansitra jieqfu milli jkomplu jikbru, kif ser nispjega aktar 'il quddiem. Huma jippreferu xi post ghall-arja jigifieri ma tantx jiehdu pjacir joqoghdu go xi serra maghluqa fejn ikun hemm hafna shana. Skond Ingo Breuer, jistghu joqoghdu barra s-sena kollha, basta fix-xitwa ma jkunux fix-xita. Tajjeb li wiehed joqghod attent mill-bebbux li jista' jaghmel festa minnhom.
Kultivazzjoni u tkattir
Fl-abitat, dawn ix-xtieli jinsabu f’hafna postijiet u kundizzjonijiet differenti, izda kwazi dejjem taht xi xtieli jew arbuxxelli ohra jew qalb il-blat. Ghalhekk wiehed jista’ jaqta’ xi ftit qalbu milli jkabbarhom. Izda din mhux xi haga difficli.
Kif ghidt aktar 'il fuq, hawn Malta x-xemx hija qawwija hafna, specjalment fis-sajf. Xtieli kbar jistghu jitpoggew fi ftit xemx izda dawn, ghalkemm jisbiehu ghax johorgu hafna kuluri homor fuq il-weraq, ma tantx jikbru u f’xi kazi jickienu u jibdew jinxfu biex ma nghidux li jieqfu ghal kollox. Tajjeb wiehed jghid però li huma jifilhu ghas-shana. Meta jitpoggew fix-xemx diretta, xi whud minnhom inixxfu t-truf tal-weraq taghhom (ez. H. longiana, H. attenuata) filwaqt li ohrajn jirtiraw got-tahlita li jkunu mhawla fiha (ez. H. pygmaea, H. truncata), jew sahansitra jnixxfu l-weraq ta’ barra biex jipprotegu l-qalba (ez. H. lockwoodii, H. semiviva). Hawnhekk nixtieq nghid li dawn il-processi jsiru fin-natura biex ix-xitla tkun tista’ tkompli tghix matul perjodi ta’ nixfa, jew meta x-xitla ma tkunx qed tikber (tkun qed tistrieh).
Wahda mill-affarijiet li wiehed irid joqghod attent ghalihom hija t-tahlita li fiha jkunu mhawla dawn ix-xtieli. Il-qofol ta’ kollox huwa l-bzonn li l-ilma jkun jista’ jiskula mill-ewwel. Dawn huma xtieli li zgur ma tistax thallihom f’tahlita tqila li zzomm hafna ilma. Jekk jithallew f’tahlita li tibqa' mxarrba ghal hafna zmien, ikun hemm cans kbir li jitilfu l-gheruq u jibda t-tahsir tax-xitla. Jien nuza tahlita maghmula minn parti kompost, parti perlite u parti “hydropellets” imfarrka. Nixtieq naghmel parentesi zghira hawnhekk biex nghid li t-tahlita m’ghandhiex tkun maghmula minn “hydropellets” normali jigifieri dawk il-bocci kbar. Ghandu jintuza materjal li jista’ jinxtara mfarrak ghar-raguni li jekk jintuzaw il-“pellets” kbar, it-tahlita ma tkunx tajba u x-xtieli jibdew jiccaqalqu ‘l hawn u ‘l hinn fiha u jibdew ukoll jinqalghu minnha.
Haworthia tesselata
It-tahwil ghandu jsir jew f’Marzu jew ghal Settembru. Meta jkunu zghar, il-Haworthia ghandhom jithawlu fi qsari ta’ xi 7 centimetri kwadri. Wara sena, hafna minnhom jibdew jaghmlu l-frieghi u ghalhekk jista' jkun hemm il-bzonn li jithawlu fi qsari akbar. M’hemmx ghalfejn li l-qsari jkunu kbar hafna ghax akbar ma tkun il-qasrija, aktar izzomm ilma wara t-tisqija u aktar jikber ic-cans li x-xitla tibda tithassar. Malajr wiehed jinduna li tahlita bhal dik li semmejna aktar 'il fuq, ftit li xejn tista’ toffri sustanza lix-xtieli u ghalhekk hemm bzonn li t-tisqija tkun wahda li tipprovdi dawk il-minerali u sustanzi mehtiega biex ix-xitla tkun tista’ tghix. Ghandha tinghata tisqija b’fertilizzant li ma tantx fih nitrogenu sabiex ix-xitla ma titlifx il-forma karatteristika taghha. Il-fertilizzant ghandu jkun wiehed li jaghti nitrogenu, fosfru u potassju f’partijiet indaqs (ez. NPK 18:18:18). Id-doza tista’ tkun inqas minn dik rakkomandata fuq il-prodott u nahseb li wiehed ghandu josserva x-xtieli u jara kif sejrin halli jkun jista’ jiddeciedi ghandux inaqqas id-doza rakkomandata. Personalment nuza doza anqas.
It-tisqija ghandha ssir bejn Marzu u Lulju. Fl-eqqel tas-sajf, fis-shana t’Awissu, dawn ix-xtieli jibdew inaqqsu mir-ritmu taghhom sakemm jorqdu ghal perjodu zghir ta' bejn Awissu u qisu nofs Settembru, jiddependi hafna mit-temperatura. Ghalhekk f’dan il-perjodu, m’hemmx ghalfejn issir tisqija u basta jsir bexx bl-ilma sabiex ix-xtieli ma jitqaddux. F’Ottubru ghandha terga’ tiba t-tisqija bil-mod u din titkompla sa Dicembru, dejjem skond it-temp. Jannar u Frar normalment m’ghandux jinghata ilma, ghax ix-xtieli jorqdu. L-ahjar sinjal li x-xtieli jkunu qed jikbru huma l-fjuri. Jibda johrog speci ta’ bastun irqiq (bl-Ingliz jissejjah “peduncle”) u minnu jibdew jifthu fjuri zghar bojod b’sinjal skur fin-nofs tal-petali. Hawn ta’ min isemmi H. nortieri v. globosiflora li taghmel fjuri ta’ lewn kannella hamrani. Hemm tliet tipi ta’ fjuri u din hija r-raguni ghaliex l-Haworthia jinqasmu fi tliet subgenera jigifieri Subgenus Haworthia (ez. H. angustifolia, H. maraisii), Subgenus Hexangularis (ez. H. fasciata, H. scabra) u Subgenus Robustipedunculares (ez. H. marginata, H. minima). Dawn il-fjuri huma ckejknin hafna u hawn ikolli nistqarr li ma tantx huma attraenti.
H.koelmaniorum var. koelmaniorum RIB0266
H. limifolia var. limifolia
H. maxima
H. multifolia var. multifolia
H. minima
H. mirabilis (mundula)
Il-Haworthia jistghu jitkabbru facilment miz-zerriegha ghalkemm mhux dejjem issib zerriegha ghall-bejgh. L-esperjenza turi li hawn Malta z-zerriegha li nzerghet fir-rebbiegha ghall-habta ta’ April nibtet sew ghalkemm fil-kotba tista’ ssib li din ghandha tinzera f’Ottubru. Tajjeb li wiehed jiftakar li, biex tinbet sew, iz-zerriegha trid tkun friska. Tkattir miz-zerriegha jgib mieghu problema wahda. Dawn ix-xtieli jibridizzaw malajr wahda ma’ l-ohra u ghalhekk l-origini taz-zerriegha trid tkun maghrufa sew biex wiehed ikollu dawk ix-xtieli mixtieqa, izda dwar dan nitkellmu aktar 'il quddiem. Hafna huma tal-fehma li l-ahjar mezz biex tkattar il-Haworthia huwa li tifred il-frieghi jew, kif hu maghruf, bil-bicca. Peress li hafna minnhom jaghmlu hafna frieghi malajr, il-qasrija tkun trid tinbidel. Matul dan il-process, tajjeb li wiehed ihaffef ix-xitla, mhux li jitqacctu l-frieghi kollha izda li tittiehed xi fergha biex b’hekk wiehed ikollu xtieli bhall-originali fil-kaz ta’ thassir jew telf. Dan ix-xoghol ghandu jsir fir-rebbiegha biex wiehed jevita l-periklu ta’ thassir. Normalment il-frieghi jkunu ghamlu l-gheruq meta jkunu ghadhom imqabbda max-xitla originali u ghalhekk ikun facli biex jibdew hajja indipendenti. L-ahjar li l-frieghi maqtugha jithallew ftit biex jinxfu, bhas-soltu, u wara jithawwlu fi “tray” u mhux fil-qasrija mill-ewwel, sakemm ma jkollhomx bizzejjed gheruq. X’uhud, bhal H. attenuata, jaghmlu frieghi minn taht it-tahlita, dawk li bl-Ingliz jissejhu “stolons”. Dawn ghandhom jitqisu bhal frieghi normali kif issemma aktar 'il fuq.
Dawn ix-xtieli jistghu wkoll jitkattru billi tinqata' werqa b’sahhitha u tithawwel fil-wicc ta’ tahlita fi “tray”. Hawnhekk wiehed ghandu joqghod attent ghax il-werqa m’ghandhiex tinqata’ kif gie gie. Weraq irqaq, bhal ta’ H. arachnoidea, jew ibsin, bhal ta’ H. sordida, difficli jaghmlu gheruq u, jekk jaghmlu, jiehdu hafna zmien. Weraq tajbin ghandhom ikunu hoxnin u, jekk jista’ jkun, ikollhom bicca zghira miz-zokk maghhom. Dawn ghandhom jitnaddfu sew u l-qatgha tinkesa bi ftit trab ta' xi fungicida. Wara ghandhom jitpoggew fil-wicc ta’ tahlita go “tray” u dan ghandu jitpogga f’post fejn ma jintlahaqx minn hafna dawl. Bi ftit bexx bl-ilma kulltant, wara ftit gimghat, suppost jibdew johorgu l-gheruq.
Haworthia variegata VDV 171
Metodi ohra ta’ tkattir jezistu bhal dak li bl-Ingliz jissejjah “coring” jigifieri li l-qalba tax-xitla tithaffer biex tisforza x-xitla tohrog hafna frieghi minn taht. Dan l-ahhar snin qed jintuza metodu gdid maghruf bhala “tissue culture” fejn partijiet mix-xitla jitpoggew fi speci ta’ “jelly” apposta li jkun fih certi sustanzi li jghinu fil-formazzjoni ta’ l-gheruq. Dan il-metodu jitlob hafna attenzjoni u kontroll. Ftit li xejn huwa prattiku ghal gos-serra u huwa tajjeb li jithalla ghal xi laboratorju. Nghid ghalija, l-ahjar zewg metodi huma bil-bicca jew t-tkattir miz-zerriegha, jekk wiehed ikun jaf minn fejn gejja halli jevita li dak li jkabbar ikunu ibbridi.
Is-sabih ta’ kollezzjoni tal-Haworthia huwa li x-xtieli jistghu joffru hafna forom differenti sahansitra jekk wiehed jizra' z-zerriegha. Hawnhekk mhux qed nirreferi ghat-tidakir u tahlit ta’ speci differenti biex jifformaw ibridi, din haga ohra li, ghalkemm ma tantx tappella ghal kullhadd, tista’ toffri forom godda u sbieh li jkollhom dawk il-karatteristici taz-zewg xtieli originali. Tajjeb ghalhekk li wiehed ifittex forom differenti, sahansitra ta’ l-istess xitla, ghax b’hekk wiehed ikun jista’ jkollu kollezzjoni sabiha ta’ dawn ix-xtieli tant interessanti.
H. calcarea JDV84-65
H. cooperi var. truncata
H. springbokvlakensis IB6221 (xellug) u H. springbokvlakensis GM390 (lemin)
H. blackburniae (xellug) H. graminifolia (lemin)
H. arachnoidea var. aranea
Klassifikazzjoni
Matul is-snin kien hemm hafna metodi ta’ klassifikazzjoni ta’ dawn ix-xtieli. Ghall-ewwel, kien hemm ghoxrin sezzjoni skond il-karatteristici tax-xitla u specjalment tal-weraq. Ftit ftit din is-sistema bdiet tinbidel aktar ma bdew jidhru speci godda. Illum il-klassifikazzjoni tibbaza fuq il-karatteristici tal-fjuri. Din is-sistema twaqqfet minn Bayer u warajh kien hemm ohrajn li komplew fuqha. B’hekk wiehed isib tliet sezzjonijiet jew kif jissejhu bl-Ingliz “subgenus”. Dawn huma subgenus Haworthia, subgenus Hexangulares u subgenus Robustipedunculares. Insibu li Bayer (1999) jaccetta 95 speci ta’ Haworthia filwaqt li studjuzi ohra bhal Scott (1985) jaccetta 70, Esterhuizen (2001) jaccetta 102 u Hayashi (2001) jaccetta 110. Mill-banda l-ohra, Breuer (2002) jaccetta 180. Din il-qabza kbira fin-numru ta’ speci differenti accettati minn Breuer tohrog minn studju dettaljat, li ha hafna snin, tal-karatteristici tal-fjuri u li kien jinkludi il-perjodu tas-sena meta jifthu l-fjuri, kemm ikun twil il-bastun tal-fjuri (bl-Ingliz “peduncle”) u kemm ikun fih fjuri dan il-bastun. Ta’ min isemmi li Bayer kien ibbaza l-klassifikazzjoni tieghu fuq il-karatteristici tax-xitla u l-weraq. Hemm ukoll differenzi ohra bejn Breuer u Bayer dwar l-ismijiet li jinghataw lill-istess xitla.
Hi x’inhi l-pozizzjoni ta’ dawn l-istudjuzi, wiehed jittama li aktar tiftix fl-abitat naturali taghhom, flimkien ma aktar ricerka fil-kultivazzjoni, jaghtuna hafna aktar xtieli biex inkomplu nkabbru l-kollezzjonijiet taghna.
Referenzi
- Bayer, B. (1999) Haworthia Revisited. A revision of the genus, Umdaus Press, Hatfield, South Africa.
- Breuer, I. (1998) The World of Haworthias Vol. 1, Breuer I. and AfM, Niederzier and Homburg, Germany.
- Breuer, I. (2000) The World of Haworthias Vol. 2, Breuer I. and AfM, Niederzier and Homburg, Germany.
- Breuer, I. (2002) An Haworthia Species Concept Update, Alsterworthia International Special Issue No.1, Mays H., Preston, U.K.
- Brown, J.R. (1999) Notes on Haworthias, complied by Stephen Holloway, Breuer I. and AfM, Niederzier and Homburg, Germany.
- Esterhuizen, J.M. (2001) A Framework for Haworthia, Alsterworthia International. The Succulent Asphodelaceae Journal, Vol.1, Issue 1, Mays H., Preston, U.K.
- Hammer, S. (1998) Twenty-five Ways to Look at Haworthia, Cactus and Succulent Journal (US), Vol.70 (1998), No.4.
- Hammer, S. (1998) Haworthias and Light, Cactus and Succulent Journal (US), Vol.70 (1998), No.4.
- Holloway, S. (1998) A History of Haworthia (Part 1), Cactus and Succulent Journal (US), Vol.70 (1998), No.4.
- Holloway, S. (1998) A History of Haworthia (Part 2), Cactus and Succulent Journal (US), Vol.70 (1998), No.5.
- Louie, M.S. (1998) Haworthia Micropropagation: Low-Tech Methods for the Home Laboratory, Cactus and Succulent Journal (US), Vol.70 (1998), No.5.
- Mak, H.C.K. (2002) The Pleasures of Propagation by Leaf Cuttings, Alsterworthia International. The Succulent Asphodelaceae Journal, Vol.2, Issue 1, Mays H., Preston, U.K.
- Parisi, M. (1998) Growing Haworthias from Leaves, Cactus and Succulent Journal (US), Vol.70 (1998), No.4.
Donated by the Cactus & Succulent Society visit Cactus and Succulent club website
|
|