Yavia cryptocarpa mtellgha miz-zerriegha
minn Dott. Francis X. Sammut
Il-Yavia cryptocarpa hija speci unika f'genus gdid, fil-familja tal-kaktus. L-istorja ta' din l-ispeci bdiet fl-1985 meta xi dilettanti Svizzeri marru f'post mhux boghod wisq minn Yavi li tinstab qrib il-fruntiera ta' bejn l-Argentina u l-Bolivja. Dawn id-dilettanti mill-ewwel indunw li din kienet xi haga rari, izda minhabba li dawn ma kinux raw l-fjuri ta' din ix-xitla ma setghux ikunu certi u jippubblikaw is-sejba taghhom. Ftiehmu li hadd ma jitkellem fuq din l-ispeci gdida, izda gara, li wara xi snin wiehed minnhom rega mar fil-post fejn kien hemm dik l-ispeci rari ma' nies ohra u ftit wara kulhadd sar jaf biha. Malli harget l-ahbar li aktarx kien hemm speci gdida qrib Yavi, numru ta' dillettanti ohra u botanici regghu marru fil-post fejn tikber din l-ispeci biex jigbru materjal gdid. Kienu ghalhekk Roberto Kiesling u Jörge Piltz li fl-2000 mhux biss gabru materjal gdid, izda minhabba li issa raw kemm il-fjuri, kif ukoll il-frott u z-zerriegha ta' din l-ispeci, setghu fl-ahhar jaghtu isem botaniku lil dan il-kaktus. Ma kinetx haga facli biex jidentifikaw sewwa jekk din l-ispeci tistax tkun inkluza f'xi genus ezistenti jew le. Jörge Piltz stess stqarr li l-aktar genus li jixbah lil din l-ispeci kien ic-Cintia, genus li ghandu speci wahda biss u li jinstab fil-Bolivja, izda hafna kilometri boghod minn Yavi. Hawn wiehed irid isemmi wkoll li s-seedlings ta' dawn iz-zewg genera jixxiebhu hafna. Meta dawn iz-zewg kakti jitlaqqmu jipproducu hafna offsets wkoll, izda ghandhom il-fjuri ta' lewn differenti. Dawk tac-Cintia huma isfar skur u dawk tal-Yavia huma roza. Il-mod kif jipproducu z-zerriegha huwa wkoll differenti hafna minn ta' xulxin. L-isem tal-genus jirreferi ghall-post qrib fejn instabet din l-ispexi gdida, filwaqt li t-tieni l-isem; crytocarpa jirreferi ghall-karatteristika tal-frotta ta' din l-ispeci, ghaliex tibqa' midfuna fix-xitla. Il-bicca l-kbira tal-kaktus jaghmlu frott li johrog barra mix-xitla, izda f'din l-ispeci u f'xi ftit ohrajn f'genera ohra, il-frotta tibqa' midfuna fix-xitla. Barra minn hekk, meta mqabbla ma' speci ta' kaktus ohra, l-frotta ta' din l-speci taghmel ftit ferm zerriegha. Minhabba dawn iz-zewg fatturi ma tantx nahseb li z-zerriegha ta' din l-ispeci sa tkun komuni bhal hafna zerriegha ta' speci ohra ta' kaktus.
Kien meta kont ghall-wirja tal-Kaktus u Sukkulenti ohra f'Spalding, l-Ingilterra, f'Settembru 2000 li smajt b'din l-ispeci gdida. Fl-ahhar ta' Mejju tas-sena 2001 inghatajt ghaxar zerrieghat tal-Yavia cryptocarpa, izda wahda minnhom tghaffget fil-posta u ghalhekk warrabtha. Id-disgha l-ohra zrajthom u wara xi ghaxar ti jiem nibtu sitta minnhom. Wara xi ftit bdejt ninduna li dawn is-seedlings flok bdew jehxienu, bdew aktar jitwalu. Meta kienu twalu xi 8 millimetri bdejt nahseb li dawn sa jkunu difficli biex jitlaqqmu minhabba li kienu daqshekk irqaq. Minhabba li din kienet zerriegha ta' speci daqstant rari u prezzjuza ma xtaqtx nitlef minnha meta titlaqqam. Ghalhekk iddecidejt li ma llaqqamx kollox f'daqqa. It-tilqim ghamiltu fuq il-Pereskeiopsis velutina u l-ewwel ma laqqamt kienu tliet seedlings biss, biex nara kif sejjer immur. Biex ikun hemm iktar kuntatt fit-tilqin, il-qatgha fis-seedling ghamiltha qatgha zalzetta. Wara xi gimgha t-tilqimiet bdew jikbru u t-tlieta kienu qabdu sew. Xi gimaghtejn wara laqqamt it-tlieta l-ohra fuq il-Pereskeiopsis ukoll u din id-darba l-qatgha ghamiltha qatgha tas-soltu, jigifieri qatgha orizzontali. Dawn it-tlieta qabdu wkoll u ghalhekk ma tlift l-ebda xitla fit-tilqim.
Yavia cryptocarpa
Dawn it-tilqimiet kollha baqghu jikbru tul is-sajf u l-harifa, imbaghad bdew johorgu hafna offests. Dawn l-offsets ergajt laqqamthom fuq il-Pereskeiopsis u kelli c-cans ukoll illaqqam l-offsets tal-offsets qabel ma qalbet ix-xitwa sew.
Minhabba li t-tilqim sar fuq il-Pereskeiopsis bqajt insaqqi anke fix-xitwa, ghaliex dan l-istokk jekk ma jibqax jissaqqa jitlef il-weraq u jmur lura. Meta regghet waslet ir-rebbiegha t-tilqim tal-Yavia kellhom hafna offsets, ghaliex baqghu jikbru x-xitwa kollha. Hafna minn dawn l-offsets ta' xi centimetru jew aktar qtajthom minn mal-Pereskeiopsis u laqqamthom fuq it-Trichocereus pasacana. Illum il-gurnata ghandi hafna xtieli sbieh tal-Yavia imlaqqmin fuq it-Trichocereus. Dawn s'issa ghadhom ma ghamlux fjuri.
Hawn irrid inzid li whud mix-xtieli ghandhom xewk bajdani, filwaqt li ohrajn ghandhom xewk li jaghti ftit fil-kannella car hafna. Meta ghedt b'dan lil min kien gabar iz-zerriegha mill-post fejn tikber qalli li kien ra hafna xtieli fl-ambjent naturali taghhom, izda kollha kellhom xewk ta' lewn bajdani fil-kannella car hafna.
Il-Yavia cryptocarpa ghadha xitla rari, ghaliex ghalkemm tqassmet xi zerriegha lil diversi dilettanti hafna minn dawn sabu diffikultajiet fil-kultivazzjoni taghhom u ma mxewx tajjeb kif imxew ix-xtieli tieghi. Hawn wiehed irid isemmi li anke xtieli li nqalghu mill-abitat taghhom ma tantx marru tajjeb fl-Ewropa. Dan kollu juri li minn ftit zerriegha nistghu nippropagaw numru kbir ta' xtieli ta' speci rari minghar ma jkollna nisirqu dawn ix-xtieli mil-ambjet taghhom.
Fl-ahharnett irrid insemmi li meta l-Maltapost accettat li tohrog sett bolli bil-kaktus u s-sukkulenti l-ohra, l-Ghaqda taghna ssuggeriet li fuq wahda minn dawn il-bolli jkun hemm din l-ispeci gdida. Dan is-suggeriment intlaqa' u ghalhekk f'Settembru 2002 hareg sett ta' hames bolli li fuq wahda minnhom nistghu naraw il-Yavia cryptocarpa.
Donated by the Cactus & Succulent Society visit Cactus and Succulent club website
|
|