Articles
Bonsai Club
Cactus Club


Dogs Plants Cats Fish Birds Exotic PetNGarden

News Shops My pet page Search Contact List Win Free Services send e-mail

Is-Sukkulenti tal-Madagaskar

Minn Dott. Francis X. Sammut

Id-dinja separata tal-Madagaskar hija unika u ta' importanza kbira kemm minn dawk li huma annimali, kif ukoll minn dawk li huma xtieli u sigar. Il-Madagaskar hija t-tielet l-akbar gzira fid-dinja, twila 1570 km u wiesgha 500 km. Din il-gzira qieghda fl-Ocean Indjan, xi 300 km mil-lvant tal-kosta Afrikana u sseparata minn dan il-kontinent bil-Golf tal-Mozambik. Meta l-Ewropej kienu skoprew l-Madagaskar kienu msahhrin wara din il-gzira minhabba s-sbuhija naturali taghha u ghaliex hafna mill-flora u l-fawna li raw hemm ma kien rawhom imkien izjed. Skond il-geologi, l-art tal-Madagaskar inqatghet mill-kumplament ta' l-Afrika xi 270 miljun sena ilu u ghalhekk l-evoluzzjoni tal-flora u l-fawna zviluppaw ghal rashom fuq din il-gzira bir-rizultat li xi 90% mill-organizmi hajjin li jezistu llum huma endemici ghall-Madagaskar u ma nsibuhom imkien izjed. Dan kollu sar minghajr il-prezenza tal-bniedem, ghaliex in-nies waslu fuq din il-gzira bejn 1500 u 2000 sena ilu. Malli l-bniedem wasal f'din l-art gdida bdiet il-qerda ta'l-annimali u tal-vegitazzjoni.

Ghalkemm hafna genera ssibhom rapprezentati kemm fl-Afrika kif ukoll fil-Madagaskar, l-ispeci huma differenti ghal kollox u ma jixbhu xejn lil xulxin. Biex naghtu xi ezempji: l-Afrika ghandha xi 300 Aloe, waqt li l-Madagaskar ghandu xi 60, izda m'hemm l-ebda speci ta' Aloe li nsibuha fit-tnejn. Il-genus Pachypodium huwa rapprezentat tajjeb kemm fl-Afrika, kif ukoll fil-Madagascar, imma l-ispeci tal-Madagaskar huma ghal kollox differenti minn dawk ta' l-Afrika. Minkejja dan sezzjoni tad-Didieraceae li hemm imdahhlin fiha il-genera famuzi ta' l-Allaudia kif ukoll id-Didierea insibuha fil-gzira kbira tal-Madagaskar biss. Hawn Insibu wkoll li din il-gzira hija sinjura fl-orkidej ghaliex ghandha xi 1000 speci, waqt li l-Afrika ghandha biss ftit mijiet.

Meta nigu ghall-genus ta' l-Euphorbia nsibu li l-Afrika hija sinjura hafna fil-veri speci sukkulenti bhall-E. candelabra, u E. cooperi, kif ukoll fl-ispeci globulari bhall-E. obesa, E. symmetrica, E. meloformis, E. valida etc., izda l-ebda wahda minn dawn it-tipi ma nsibu fil-Madagaskar ukoll. L-Ewforbji li nsibu fil-Madagaskar huma differenti ghalkollox. Iz-zkuk ta' dawn l-ispeci m'humiex propjament sukkulenti. Huma x'aktarx fibruzi u meta ix-xitla tikber iz-zkuk taghha isiru injam. L-Ewforbji tal-Madagaskar huma kollha bil-weraq u hafna minnhom isahhruk bis-sbuhija taghhom. Hawnhekk irrid insemmi xi punti importanti fil-kultivazzjoni ta' dawn l-ispeci. L-Ewforbji tal-Madagaskar minhabba li kif ghedna ghandhom hafna weraq, iridu jissaqqew hafna aktar spiss mill-Euphorbji ta' l-Afrika ghaliex jitilfu hafna ilma mill-weraq kbar taghhom. Punt iehor importanti huwa li l-ispeci tal-Madagaskar m'ghandhomx jitpoggew f'hafna xemx, ghaliex inkella l-weraq taghhom jitqarqc.

Fil-fatt l-Ewforbji ta' l-Afrika li ghandi jiena qeghdin mal-kollezzjoni tal-kaktus, fejn jaraw hafna xemx, izda l-Ewforbji tal-Madagaskar qeghdin mas-sukkulenti l-ohra fejn igawdu dawl tajjeb, izda ma tantx jaraw hafna xemx. Dan l-endemizmu kbir li rajna fix-xtieli ta' din il-gzira jirrepeti ruhu fil-fawna wkoll, izda dan is-suggett mhux fl-iskop ta' dan l-artiklu. Kif ghedna, meta l-Portugizi u l-Francizi bdew izuruha regolarment kienu ssahhru bil-gmiel ta' din il-gzira, izda minn dak iz-zmien il-Madagaskar tilef hafna mis-sbuhija naturali tieghu. Is-sigar ta' aktar minn tliet kwarti tal-foresti tqacctu min-nies tal-post u minflokhom zerghu r-ross. Dan sar minhabba li l-popolazzjoni tal-post hija fqira hafna u b'dan kollu dejjem tikber. Jigri li l-art fejn ikun mizrugh ir-ross tibqa' tajba biss ghal xi sentejn u allura jergghu jaqtghu s-sigar minn postijiet ohrajn, biex flokhom jergghu jizirghu r-ross u l-hsara qieghda dejjem tikber. Il-hamrija tal-wicc li hija l-aktar fertili qieghda tinkixef il-hin kollu u billi f'din il-gzira taghmel xita qawwija, kif ukoll cikluni stagjonali, din il-hamrija tajba qiedgha titkaxkar lejn il-bahar u tintilef ghal dejjem. Jekk din is-sitwazzjoni ma tinbidilx, mill-genna ta' l-Ocejan Indjan, il-Madagaskar jinbidel f'dezert gheri fejn forsi lanqas is-sukkulenti ma jkunu jistghu jibqghu jezistu.


Donated by the Cactus & Succulent Society visit Cactus and Succulent club website



your ad could be here

coloring pages

.

Quick links: Home Birds Cats Dogs Fish Exotic Plants Free cross stitch pattern Free stained glass patterns Eggart by Candice Top Cocktail Recipes Free pet coloring pages Free animal vectors Colorful stained glass patterns for free Educational tutorials Privacy Policy

page generated in 0.005220 seconds
61