Articles
Bonsai Club
Cactus Club


Dogs Plants Cats Fish Birds Exotic PetNGarden

News Shops My pet page Search Contact List Win Free Services send e-mail

It-tilqim tas-seedlings (ftit hsibijiet u osservazzjonijiet)

minn George Borg Marks

Biex nghid il-verita, qatt ma kont favur it-tilqim, forsi ghax ma tantx kelli success fil-passat f’dan il-qasam. Matul dawn is-snin kollha li ilni nkabbar il-kakti, dejjem kont imsahhar bil-forom ta’ dawn ix-xtieli, forom li juru l-ambjent ahrax li fih huma jikbru. Dik ix-xitla mwahhla fuq ohra differenti qatt ma laqtitni.

Bhal ma jaghmel kull min jiehu dan id-delizzju bis-serjeta, bdejt inzur kollezzjonijiet ta’ hbieb tieghi. Min kien ilaqqam u min le. L-aktar haga li laqtitni kienet li hafna minn dawk ix-xtieli imlaqqma li kont nara kienu minfuha u b’forma differenti minn dik li kont nistenna. Forsi l-aktar li kont wasalt biex naghmel kien li nipprova nlaqqam biex ma nitlifx xi xitla wara li din tkun tilfet l-gheruq u aktar iva milli le, nitlifa xorta wahda. Ghalhekk, ma nistax nghid li qatt stajt nitkellem hafna fuq dan is-suggett.

Ippruvajt hafna drabi biex inkabbar xtieli li jissejhu difficli u nistqarr li ma tantx kelli xorti tajba ghax kont nitlef wahda wara l-ohra, jekk mhux fl-ewwel gimghat wara li jimbtu, ftit wara. Hafna drabi dan kien jigri ghax kont inkun saqqejthom aktar milli suppost. B’hekk drajt ma tantx insaqqi u wasalt biex bdejt inkabbar ix-xtieli b’mod li tista’ tghidlu ahrax. Izda xorta wahda kont nitlef dawk ix-xtieli difficli.

Minn xi erba’ snin ‘l hawn, iddecidejt li niehu l-parir ta’ shabi d-delettanti l-ohra u nipprova nlaqqam il-kakti ftit wara li jimbtu – is-seedlings, kif jisejjhu bl-Ingliz. Qabel ma wiehed jibda jlaqqam irid ovvjament ikollu zewg xtieli, wahda biex ilaqqam (maghrufa bl-Ingliz bhala scion) u ohra, normalment aktar b’sahhitha u tiflah aktar minn ta’ l-ewwel, biex ilaqqamha fuqha (mgharufa bl-Ingliz bhala stock). Mhux kullhadd jaqbel fuq it-tip ta’ xitla li wiehed ghandu juza bhala stock. L-aktar popolari huma l-Pereskiopsis, Selenicereus grandiflorus, Hylocereus undatus u xi tipi ta’ Echinocereus. Dan ta’ l-ahhar jintuza hafna fl-Ewropa, izda nistqarr li ma tantx jghogobni ghax narah dghajjef. Biex inkun ghidt kollox, dan l-ahhar segwejt idea li tani habib tieghi u laqqamt fuq Echinocereus scheeri v. gentryi. Dan tajjeb ghax ma tantx fih xewk u s’issa kelli hamsin fil-mija success, però ma tantx nista’ nghid wisq aktar ghax l-esperiment ghadu fil-bidu tieghu.

L-aktar stock li laqqamt fuqu huwa l-Hylocereus undatus. Dan huwa stock b’sahhtu, tajjeb ghax ghandu forma partikolari li wiehed jista' jittempra sewwa (jekk nistghu nghidu hekk), tista' tipproducih malajr bil-bicca biex ikollok hafna fuq x’hiex tlaqqam (ghax jaghmel l-gheruq malajr, sahansitra jekk thalli l-parti t’isfel tal-bicciet, wara li tnixxifhom sew, fl-ilma) u jdum tajjeb ghal hafna snin. Huwa ferm importanti li kemm ix-xitla li ser tintuza bhala stock kif ukoll is-seedling ikunu qed jikbru qabel ma ssir it-tilqima u, biex nghinu l-process, it-tnejn ghandhom jissaqqew sew xi tliet ijiem qabel sabiex it-tnejn jintlew sew bl-ilma.

Is-seedling titlaqqam fuq fergha gdida, jekk jista’ jkun, halli din ta’ l-ahhar tkun tista’ tinqata bla hafna tfixkil ghax tkun tarija. Huwa ghalhekk importanti li wiehed jahseb minn sena qabel biex jipprepara dawk ix-xtieli li jkun ser juza bhala stock. Il-parti ta’ fuq tax-xitla li qed tintuza bhala stock ghanda tinqata ftit ‘l isfel mill-ponta u titnehha. Wara, b’xafra taqta hafna li tkun mimsuha bl-alkohol (surgical spirit) halli tkun disinfettata, ghanda tinqata bicca rqiqa ohra u tithalla fil-post sabiex il-qatgha ma tinxifx.

Issa jmiss lis-seedling. Din hija l-aktar parti delikata tal-process kollu ghax is-seedling ser tkun bilfors zghira. L-ahjar seedlings biex jitlaqqmu huma dawk li jkunu ghadhom kemm bdew johorgu l-ewwel xewka jew tnejn u ghalhekk wiehed jista’ jinduna kemm ser ikunu zghar, forsi millimetru jew tnejn dijametru u mhux wisq ikbar mit-tul. Is-seedling ghanda tinqabad b’pinzetta u tinqala minn gol-qasrija fejn tkun inzerghat xi gimghatejn jew tlieta qabel minghajr ma tinghasar. Dejjem b’xafra taqta hafna u li tkun ghada kemm intmeshet bl-alkohol bhal qabel, ghanda tinqata l-parti t’isfel jigifieri ftit ‘l fuq minn fejn jibdew johorgu l-gheruq. Normalment, din tant hija zghira u tant ikolla ilma, li z-zewg partijiet jehlu max-xafra u ghalhekk wiehed ghandu jizgura li, filwaqt li l-parti ta’ l-gheruq titnehha, l-parti li ser titlaqqam tibqa mwahhla max-xafra. B’hekk dan huwa mod hafif biex twassal din il-bicca ferm ckejkna ghal fuq ix-xitla l-ohra minghajr l-uzu tal-pinzetta.

Biex issir it-tilqima, wiehed ghandu issa jnehhi dik il-bicca rqiqa li fadal fuq ix-xitla l-ohra (stock) u malajr kemm jista’ jkun, izerzaq il-bicca tas-seedling li fadal imwahhla max-xafra ghal fuq ic-cirku (jew parti minnu, jekk dan ikun kbir iktar mis-seedling) li jkun hemm fin-nofs tal-qatgha li tkun saret fuq ix-xitla li qed tintuza bhala stock. Hawnhekk ghanda tintuza l-pinzetta b’mod delikat biex ma ssirx hsara. Wiehed irid joqghod attent li is-seedling tkun qeghda ghall-inqas fuq parti mic-cirku minn fejn titla s-sustanza kollha biex b’hekk wiehed ikun zgur li s-seedling tkun tista’ tkompli tiehu s-sustanza minn fuq l-ohra. Tisqija hafifa (jekk ikun hemm bzonn biss) ghanda taghlaq il-process kollu.

Ix-xitla bit-tilqima fuqa ghanda titpogga f’post kenni fejn ma tintlahaqx mix-xemx ghalinqas ghal tlieta jew erba’ gimghat. L-ahjar haga hija li titpogga f’post umdu u mdawwal. Hawn min juza ‘propagator’ ghal dan l-iskop. Dan huwa speci ta’ serra zghira, kaxxa zghira tal-‘perspex’ bi ‘tray’ go fiha u ghatu gholi u trasparenti ukoll, li jintuza apposta biex jitkabbru xtieli miz-zerriegha. Nghid ghalija, ftit negozjati delikati mal-mara u jirnexxili npoggihom fuq il-‘cupboard’ tal-kcina fejn huwa imdawwal u fejn, minhabba t-tisjir, ikun hemm l-umdita’. Wara ftit granet tinduna jekk it-tilqima haditx jew le ghax, jekk ma tihux, din tibda tinxef. F’kazi bhal dawn, m’hemmx x’taghmel hlief li terga tipprova. Wara ftit drabi, wiehed jibda jidra u jkollu success akbar.

B’dan il-metodu, zerriegha li nzerghat f’Mejju, tlaqqmet f’Gunju, u sa Novembru t-tilqima tant kibret li xi whud sahansitra ghamlu l-fjuri. B’hekk wiehed jista’ jinnota li process li normalment jiehu mill-anqas sentejn jew tliet snin, u f’certi kazi aktar, sar f’sitt xhur. Personalment dejjem laqqamt fuq frieghi fil-gholi ghax b’hekk ma tantx ikun hemm cans li twaqqa l-ilma fuq il-post fejn iz-zewg partijiet jiltaqghu flimkien halli dejjem tnaqqas ir-riskju tat-tahsir. Jekk forsi id-dehra ma tantx tintoghgob, il-fergha b’kollox ghandha tista’ tinqata xi ghaxar centimetri ‘l isfel mit-tilqima fir-rebbiegha ta’ wara. Il-qatgha ghanda titnixxef sewwa u, wara li tkun harget l-gheruq, din tkun tista’ tithawwel bhal dawk il-bicciet li soltu jittiehdu fit-tnissil tal-kakti. Il-parti fejn saret it-tilqima m’ghandiex titpogga taht il-wicc tal-hamrija fil-qasrija l-gdida biex b’hekk wiehed jizgura li ma jsirx tahsir ta’ din ix-xitla gdida.

Ta’ min wiehed jghid li t-tilqim m’ghandux isir ghall-gost izda ghandu jsir biss biex wiehed ikun jista’ jkabbar xtieli li jkunu difficli fuq gheruqhom jew inkella biex jitqassar iz-zmien sakemm ix-xitla timmatura peress li din tant tikber bil-mod fuq l-gheruq taghha. B’hekk dawn ix-xtieli jkunu jistghu jitgawdew u jkunu jistghu joffru possibilita ghat-tkattir ghax, minbarra li hafna drabi johorgu hafna frieghi aktar milli kieku kienu fuq gheruqhom, hemm cans li jiddakkru l-fjuri li jaghmlu f’qasir zmien.

Librerija personali

Minghajr dubju ta' xejn, l-akbar sors t'informazzjoni huma l-kotba. Kien propju minhabba dan li l-Ghaqda taghna tipprovdi lill-membri b'kotba li jiswaw hafna flus. Minkejja dan jigri li hafna drabi tkun trid taf xi haga malajr, jew tkun trid informazzjoni li difficli tiftakar ezattament id-dettalji taghha. F'dawn il-kazi kollha tkun trid ktieb jew kotba biex malajr kemm jista' jkun terga' tiftakar, jew issib dak li tkun tixtieq. Huwa minhabba dan li tajjeb jekk minbarra l-uzu tal-kotba li jinstabu fil-librerija tal-Ghaqda jkollok inti wkoll xi ftit kotba tieghek personali u li jittrattaw fuq id-delizzju taghna.


Donated by the Cactus & Succulent Society visit Cactus and Succulent club website



your ad could be here

coloring pages

.

Quick links: Home Birds Cats Dogs Fish Exotic Plants Free cross stitch pattern Free stained glass patterns Eggart by Candice Top Cocktail Recipes Free pet coloring pages Free animal vectors Colorful stained glass patterns for free Educational tutorials Privacy Policy

page generated in 0.006382 seconds
61