COPIAPOA
minn George Borg Marks
Genus interessanti ta' kakti mic-Cili
Il-genus tal-Copiapoa huwa genus individwali ferm. Il-karatteristici tax-xtieli li tpoggew go fih huma tant unici li facli tinduna jekk xitla ghandhiex tkun f'dan il-genus jew le. Dan il-fatt igieghel wiehed jahseb li dawn ix-xtieli zviluppaw hekk peress li jinstabu f'post xi ftit maqtugh minn xtieli tal-kaktus ohra. Minkejja dan ma' dawn il-kakti globolari nsibu kakti ohra minn genera differenti. Fl-istess postijiet fejn jikbru l-Copiapoa jikbru wkoll in-Neoporteria u l-Eriosyce. Jinstabu wkoll xi kakti li jitwalu li jappartjenu ghall-genera ta' l-Eulychnia u t-Trichocereus.
Copiapoa hypogaea
L-isem Copiapoa ittiehed mill-provincja ta' Copiapo' fic-Cili u twaqqaf minn Britton u Rose fl-1922. Skond Graham Charles (1998) dan il-genus jinkludi fih tlettax-il speci u sbatax-il varjetà li huma:
- C. atacamensis,
- C. calderana,
- C. cinarescens,
- C. cinarescens v. grandiflora,
- C. cinerea,
- C. cinerea v. columna-alba,
- C. cinerea v. dealbata,
- C. cinerea v. gigantea,
- C. cinerea v. krainziana,
- C. cinerea v. longistaminea,
- C. coquimbana,
- C. coquimbana v. fiedleriana,
- C. echinoides,
- C. humilis,
- C. humilis v. esmeraldana,
- C. humilis v. longispina,
- C. humilis v. taltalensis,
- C. humilis v. tenuissima,
- C. humilis v. tocopillana,
- C. humilis v. varispinata,
- C. hypogaea,
- C. hypogaea v. laui,
- C. hypogaea v. montana,
- C. marginata,
- C. marginata v. bridgesii,
- C. megarhiza,
- C. megarhiza v. echinata,
- C. rupestris,
- C. serpentisulcata,
- C. solaris.
Awturi ohrajn jaccettaw numru ta' speci differenti. Taylor (1981) jaccetta sbatax-il speci u numru ta' varjetajiet filwaqt li Hoffmann (1989) taccetta tmintax-il speci u sebgha u ghoxrin varjetà.
Li kieku wiehed kellu jiddeskrivi dawn ix-xtieli fi ftit kliem, wiehed jibda billi jghid li dawn ix-xtieli jistghu jiffurmaw hafna frieghi u fl-abitat naturali, xitla ta' certa eta' tista' tkun sahansitra sa tliet metri diametru u b'hafna frieghi f'xulxin. (Dak il bl-Ingliz jissejjak clump.) Il-quccata ta' xtieli maturi hija dejjem b'hafna suf bajdani fl-isfar. Il-fjuri johorgu minn fuq u ghandhom forma ta' lembut. Dawn huma dejjem sofor jew ftit imnaqqxa bl-ahmar minn barra, ghalkemm C. rupestris (dik li kienet qabel imsejjha C. dumetorum u fl-antik kienet tissejjah ukoll C. rubriflora) ghandha fjura hamra. Matul il-gurnata dawn il-fjuri jkollhom riha partikulari li lili tfakkarni fil-linka li kont nimla meta kont zghir, jigifieri ftit tas-snin ilu mhux hazin, mill-flixkun biex nikteb bil-pinna. Il-frott huwa dejjem ahdar u iebes hafna. Ghandhom partikolarità interesanti li meta din tkun lesta, il-fjura niexfa taqa' u l-frotta tibqa' mwahhla sew mal-xitla. Il-parti ta' fuq imbaghad tinfetah bhal bieba u b'hekk iz-zerriegha tkunu tista' tinxef biex tkunu lesta halli titferrex. Normalment in-nemel jaghmlu dan ix-xoghol u jgorru z-zerriegha il-boghod hafna mix-xitla li tkun ipproducieta. Hija dejjem bicca xoghol difficli tigbor iz-zerriegha ghax, barra milli l-frotta tibqa' mwahhla sew max-xitla, din tkun dejjem mohbija bejn is-suf abjad tal-quccata u gieli lanqas tinduna li qieghda hemm u ghalhekk tinduna biss meta tikber iktar ix-xitla u l-frotta tohrog wahidha. Iz-zerriegha tista' tingabar bil-pinzetta u wara tista' tnehhi l-bicciet tal-frotta li jifdal minn max-xitla. Iz-zerriegha tkun sewda u din tinbet facilment. Izda fl-abitat naturali ma jigrix hekk ghax dawn ix-xtieli jinstabu f'ambjent ahrax ferm.
Il-Copiapoa jinstabu biss fic-Cili fuq firxa ta' art twila xi tmin mitt kilometru. Din tinstab fuq il-kosta tal-Punent ta' l-Amerika t' isfel u thares fuq l-Ocean Pacifiku. L-art toghla malajr ferm hekk kif wiehed ihalli l-kosta u minhabba f'hekk, dawn it-tip ta' kaktus ma jinstabux aktar minn ghoxrin kilometru 'l gewwa mill-kosta hlief fil-wied ta' Copiapo' fejn jaslu sa xi erbghin kilometru 'l gewwa. Xi drabi dawn ix-xtieli jinstabu madwar zewg kilometri biss 'l boghod mill-bahar. Izda f'din il-parti tac-Cili ma tantx taghmel xita anzi wiehed jista' jghid li kultant ma taghmel xejn sahansitra ghal aktar minn sena wahda. In-nuqqas ta' ilma jinhass ukoll meta taghmel ix-xita ghax meta din tinzel, peress li l-art toghla sew 'il fuq mill-bahar malajr, l-ilma jiskula 'l isfel fi ftit hin u ghalhekk ma jkunx hemm cans bizzejjed li l-art tixxarrab sew.
Copiapoa rupestris
Ix-xtieli jkunu jistghu jiehdu l-ilma biss minhabba li kurrenti ta' arja umda jidhlu minn fuq il-bahar u meta jersqu lejn l-art shuna, jifforma hafna cpar. Permezz ta' dan ic-cpar, jifforma hafna ilma fuq il-xtieli, dan iqattar u b'hekk l-art tixxarrab. L-gheruq tal-wicc, li huwa maghruf li fil-Copiapoa jistghu jinfirxu sa metri 'l boghod mix-xitla, jixorbu dan l-ilma li jkun jista' jinhazen fix-xitla. Dawk ix-xtieli li normalment jibqghu zghar, ikollhom gheruq hoxnin bhal karrotta u l-ilma jinhazen hawnhekk.
Fatt iehor interessanti huwa li fl-abitat dawn il-xtieli jixxaqilbu lejn ix-xemx min-naha ta' fuq. Instab li l-process ta' fotosintesi fil-Copiapoa isir biss fil-parti ta' fuq tax-xitla ghax il-bqija tal-qoxra tixraf maz-zmien u ma jkunx jista' jghaddi dawl minnha. Milli jidher il-parti t'isfel, jigifieri fejn ma jsirx fofosintesi, tintuza bhala reservoir ta' ilma ghax-xitla.
Il-Copiapoa jinstabu kwazi dejjem f'art minerali hafna u li ma tantx ikun fiha Nitrogenu u Karbon. L-art tkun dejjem poruza b'hafna ramel u gebel. Ghalhekk, jekk wiehed ihawwel dawn ix-xtieli f'hamrija miftuha sew u anki joqghod attent li ma jaghtix hafna ilma, mhux suppost li jkun hemm problemi fil-kultivazzjoni taghhom. Peress li dawn ix-xtieli jkollhom gheruq hoxnin u twal, tajjeb li jithawlu fi qsari fondi izda mhux wiesgha hafna minn fuq.
Copiapoa solaris
Il-Copiapoa jistghu jitkabbru miz-zerriegha facilment. Minkejja dan wara l-ewwel sena wiehed irid joqghod attent li ma taghtihomx ilma zejjed, ghaliex jekk il-kompost (hamrija) taghhom idum imxarrab facli titlifhom. Generalment iz-zerriegha ta' dawn il-kakti tkun xi ftit izjed ghalja minn dik ta' kakti ohrajn u ghalhekk mhux ta' min jitlifhom wara li tkun ilek sena jew aktar tiehu l-pacenzja bihom. Hemm ukoll il-possibilità li dawn il-kakti jitnisslu billi taqta' fergha. Hawnhekk wiehed irid joqghod attent. Kultant meta johorgu, l-frieghi jaqsmu l-qoxra tax-xitla u b'hekk meta wiehed jaqta' fergha, jaghmel gerha kbira li ddum ma tinxef u barra minn hekk jkun qed ikerrah ix-xitla originali. Il-fergha ukoll ghandha cans kbir li titlef hafna ilma bzonnjuz qabel ma xxenxel l-gheruq. Ghalhekk jekk wiehed ikun irid ikattar bil-bicca, ikun ahjar jekk jaqta fergha mdaqqsa biex b'hekk din ikollha inqas possibilità li tinxef qabel ma johorgu l-gheruq u tkun tista' tibda hajja indipendenti.
Copiapoa cinerea
Donated by the Cactus & Succulent Society visit Cactus and Succulent club website
|
|