Dawk l-imberkin gheruq
Minn Dott. Francis X. Sammut
L
-annimal kapaci jaghzel bejn ambjent u iehor. Meta l-ambjent li qieghed fih ihossu jaghmillu l-hsara, dan jitlaq f'post iehor li jista' jaghtih hajja ahjar. Ix-xtieli taghna ma jistghux jaghmlu dan. Jekk il-post fejn thawlu huwa tajjeb huma jikbru sabih u jaghmlu l-fjuri, izda jekk il-post huwa hazin, dawn imorru lura bil-mod, il-mod sakemm fl-ahhar imutu. Minn dan naraw l-importanza kbira tat-tahlita li fiha npoggu x-xtieli taghna.
Fin-natura naraw kakti kbar li jghixu fix-xquq tal-blat jew f'hofor fil-granit. L-gheruq taghhom zviluppaw tant li kapaci jxoqqu u jinfdu l-granit, izda dawn l-istess speci meta ntellghuhom fil-kollezzjonijiet taghna, jekk l-gheruq taghhom ma jsibux ambjent tajjeb fejn jizviluppaw, dawn jitmermru u x-xitla tmut. Il-ftit hamrija li jkun hemm fix-xquq tal-blat fejn jikbru dawn il-kakti tkun generalment hamrija minerali b'xi 95% frak ta' l-istess blat u b'xi 5% materjal organiku. Dan ikun ta' xi pH newtru jew x'aktarx xi ftit aciduz. Barra minn hekk l-ilma jghaddi malajr minn tahlita bhal din u staghdir ma jkun hemm qatt. Dan huwa ezatt dak li jrid il-kaktus biex jimxi sewwa.
Il-hamrija taghna hija preciz il-kontra ta' dan. Fil-parti l-kbira taghha, l-hamrija taghna hija taflija u barra li zzomm hafna ilma, tikkompatta hafna u zzomm arja xejn bejn il-bicciet zghar tat-tafal. Ma' dan irridu nzidu li l-pH taghha hija alkalina. Barra minhekk il-hamrija kemm-il darba jkollha batterija shiha ta' ghedewwa; bhal viruses, fungi, insetti hziena, biex ma nsemmux ukoll iz-zerriegha tal-haxix hazin. Mela jekk fit-tahlita taghna sa nuzaw xi hamrija lokali:-
(a) Din trid l-ewwel tigi sterilizzata.
(b) Nuzaw biss proporzjon zghir u nuzawha biss ghal dawk l-ispeci li ma jridux il-kompost daqshekk aciduz kif iriduh il-parti l-kbira tal-kakti.
Qabel ma nitkellmu fuq il-kompost jaqbel li l-ewwel naghtu daqqa t'ghajn l-gheruq tax-xtieli taghna. Xitla li qed tikber tajjeb insibu li ghandha kemm gheruq kbar u hoxnin, kif ukoll insibu li ghandha ghadd kbir t'gheruq irqaq, bicca daqs xaghra u anke irqaq minhekk. Mill-gheruq il-hoxnin jghaddu l-ilma u s-sustanzi li jkunu ngabru mill-gheruq l-irqaq. Biex dawn l-gheruq irqaq jaghmlu xogholhom sewwa jridu l-ilma biex iholl is-sustanzi li jridu jixorbu dawn l-gheruq. Biex dan ikunu jistghu jaghmluh sewwa jrid ikun hemm proporzjon ta' arja maqbuda fil-pori tal-kompost. Jekk l-ispazjiet fit-tahlita tal-kompost jkunu aghar dawn jimtlew bl-ilma u l-arja titnehha. Meta jigri dan ghalkemm ix-xitla jkollha ilma bizzejjed tmut fgata. Minn dan naraw ghaliex il-hamrija taflija taghna m'hix tajba. Lanqas m'hu tajjeb li mat-tahlita taghna nuzaw ir-ramel fin, ghaliex dan ukoll jaghlaq il-pori u jaqta' l-arja lill-gheruq.
Mela t-tahlita tal-kompost li nuzaw ghandha tkun miftuha hafna; ta' pH xi ftit aziduz u m'ghandux ikun hemm fiha mikrobi u nsetti ohra li jgibu l-mard. Jiena nuza tahlita ta' 50% potting compost, 25% perlite u 25% bocci tat-fuhhar (expanded clay) irqaq li jintuzaw fil-hydroculture. Il-potting compost huwa bazi ta' peat u dan huwa ta'reazzjoni newtra. Tahlita bhal din taghti pore-space ta' xi 80% u meta tixxarrab jibqa' spazju ta' arja ta' xi 25%. Din hija sitwazzjoni tajba ghall-gheruq tax-xtieli taghna, ghaliex jistghu jiehdu l-ilma li ghandhom bzonn minghajr intoppi.
Il-potting compost li nuzaw irid ikun fibruz u miftuh u dan bhal sponza izomm l-ilma u l-arja go fih. Ma nuzawx seed jew cutting compost, ghaliex dan ikun imfarrak hafna jew kwazi trab u ghalhekk tajjeb biex nizirghu fih, imma mhux tajjeb biex inxettlu fih. Il-kompost huwa xi ftit aciduz u dan barra li hu ta' gid ghall-kaktus, itaffi xi ftit il-pH ta' l-ilma taghna li huwa x'aktarx alkalin.
Il-perlite huwa prodott tajjeb hafna, ghaliex barra li hu hafif, izomm fih kwantitą ta' ilma u arja. Il-perlite ghandu jkun ta' xi 3 jew 4 millimetri. Ma naghzlux perlite li jkun fih wisq trab, ghaliex dan, barra li ma jghinx fid-drenagg tal-kompost, it-trab li jtir meta nhalltu l-kompost jekk nohduh man-nifs jista' jirrita l-pulmun. L-akbar zvantagg tal-pearlite huwa li minhabba li hu hafif, mat-tisqija jitla' fil-wicc tal-kompost. Prodott ahjar mill-perlite huwa l-pumice lihuwa tip ta' lava vulkanika, hafifa u ta' lewn car bhall-perlite. Li ghandu tajjeb il-pumice huwa li dan qatt ma jitla' fil-wicc mat-tisqija kif jaghmel il-perlite. Dan il-pumice qatt ma deher hawn Malta, izda li kellna nsibuh f'pajjizna jkun xi haga ahjar mill-perlite.
It-tielet ingredjent tat-tahlita tal-kompost li nuza huwa l-clay balls (jew expanded clay balls) iz-zghar, li d-daqs taghhom ikun ta xi 5 millimetri. Dawn huma maghmulin mit-tafal li jinhema fi fran apposta, izda filwaqt li t-tafal meta jixxarrab, jitfarrak b'bicciet zghar hafna li jaghlqu l-passagg ta' l-ilma, dawn il-clay balls ma jitfarrkux u jghinu hafna biex il-kompost ikun poruz u l-ilma ma jistghadarx. Jiena nuza biss 25% tat-tahlita minn dan il-materjal, ghaliex dawn il-bocci tal-fuhhar huma xi ftit tqal u ghalhekk it-toqol taghhom jittaffa mill-perlite li huwa hafif hafna.
Din it-tahlita hija tajba hafna ghall-parti l-kbira tal-kakti u s-sukkulenti l-ohra, izda hemm certi speci li huma aktar sensittivi ghall-ilma zejjed. Dawn ikollhom bzonn ta' proporzjon akbar ta' perlite u clay balls biex l-ilma jiskula aktar malajr minn gol-kompost. Fil-kakti dan nuzawh fil-kaz ta' dawk li huma soft bodied u fis-sukkulenti nuzawh, fost l-ohrajn ghal certi pachypodiums fini.
Huwa importanti hafna li l-kompost ikun kwazi niexef ghal kollox qabel ma nergghu nsaqqu. Jekk wara tul ta' zmien tajjeb il-kompost ta' xi qsari jkun ghadu mxarrab dan jista' jigri jew ghaliex ix-xitla tkun tilfet l-gheruq u ghalhekk l-ilma ma jistax jinxtorob, jew ghaliex il-qasrija li wzajna hija kbira wisq u l-gheruq ma nifdux il-kompost kollu.
Meta x-xitla ghandha kompost tajjeb u naghtuha kultivazzjoni tajba, din tisbieh u taghmel il-fjuri. Il-mard ftit li xejn imissha u ghalhekk timxi 'l quddiem b' ritmu maghagel.
Donated by the Cactus & Succulent Society visit Cactus and Succulent club website
|