Articles
Bonsai Club
Cactus Club


Dogs Plants Cats Fish Birds Exotic PetNGarden

News Shops My pet page Search Contact List Win Free Services send e-mail

In-Notocactus - kakti globulari

minn Rene' Zahra

N ormalment ahna nassocjaw il-Brazil mal-foresti tal-Amazonja fejn ix-xita taghmel b'abbondanza kbira u fejn hemm gungli impentrabbli fejn wiehed ma jippretendix li jara kaktus bix-xewk. Huwa tassew li parti sostanzjali ta' dan il-pajjiz kbir daqs l-Istati Uniti huwa mehud minn foresti ta' din il-kwalitą, izda f'' dan il-pajjiz kbir jezistu wkoll inhawi ohra bi klima differenti ferm. Huwa propju minhabba dan kollu li anke fil-Brazil insibu hafna speci differenti jikbru fis-selvagg.

Insibu li l-akbar numru ta' speci tan-Notocactus jikbru fl-istat ta' Rio Grande do Sul, izda nsibu wkoll xi speci fil-pajjizi l-ohra li jmissu mieghu. Hekk numru ta' speci fl-Urugwaj, il-Paraguaj, u l-Argentina.

Minhabba li dawn huma kakti pjuttost ckejknin u globulari, d-dilettanti jhobbuhom hafna. Dawn il-kakti jikbru principalment fuq il-blat fi pjanuri fejn normalment jikber haxix twil fejn jistghu jirghu baqar u naghag. Ix-xita f'dawn l-inhawi taghmel b'abbondanza kbira principalment fis-sajf, izda fejn jikbru l-kakti ftit ikun hemm hamrija u ghalhekk din tinxef malajr. Hija haga komuni li fuq roqgha blat indaqqsa wiehed isib 5 speci different ta' kaktus u hafna drabi tnejn jew tlieta minnhom ikunu Notocactus. Il-mod ta' kif jikbru jindika l-kultivazzjoni li ghandna naghtuhom:

1 - F'pajjizhom taghmel aktar xita minn Malta.
2 - Ix-xita taghmel principalment meta tkun l-izjed shana, izda tista' taghmel xi ftit wkoll fix-xhur l-ohra.
3 - Il-klima tal-postijiet fejn jinstabu dawn l-ispeci tan-Notocactus m'ghandhomx xitwa kiesha daqs taghna, filwaqt li qatt ma tkun shana daqs kemm ikollna hawn Malta fis-sajf.
4 - Il-hamrina li jikbru fiha tinxef malajr. Minn dan kollu naraw li l-kultivazzjoni ta' dawn il-kakti hija xi ftit different minn dik ta' kakti ohrajn u jridu xi ftit ilma anke fix-xitwa. Min-naha l-ohra fis-sajf ibaghtu mis-shana kbira taghna u jkun ahja jekk ikunu f'post fejn ikun hemm xi ftit cirkolazzjoni ta' l-arja. Jidher li l-ahjar risultati jinkizbu jekk wiehed ibiddlilhom il-kompost kull sentejn. Dawn il-kakti jibzghu hafna mill-alkalinitą u ghalhekk il-hamrija taghna mhix tajba ghalihom.

Illum f'dan il-genus insibu inkorporati numru ta' genera li ftit zmien ilu konna nsibuhom separati min-Notocactus. Il-Brasilicactus, il-Brasiloparodia, l-Eriocactus u l-Wigginsia illum accettati minn kulhadd bhala parti min-Notocactus. Hawn wiehed irid jghid ukoll li xi botanici jinkludu n-Notocactus mal-Parodia, izda din il-haga ma kinitx accettata minn kulhadd.

Studju tajjeb fuq dan il-genus kien ippubblikat minn Norbert Gerloff, Jozka Neduchal u Stanislav Stuchlik fil-1995. Dawn qassmu l-ispeci ta' dan Il-genus f'sezzjonijiet u gruppi, li huma hekk:-

Sezzjoni 1 - Notocactus:

Din tinkludi l-grupp ta' xtieli li jixbhu lil dawn l-ispeci:
scopa,
ottonis,
hertei,
minimus,
uebelmannianus,
werdermannianu
concinnu
Sezzjoni 2 - Neonotocactus tinkludi dawk l-ispeci li jixbhu lin-N. mammulosus.

Sezzjoni 3 - Notobrasilia tinkludi dawk l-ispeci li qabel konna nafuhom bhala Brasiloparodia. Il-kultivazzjoni ta' dawn l-ispeci hija l-izjed difficli u mhux facli li ssib zerriegha tajba taghhom, ghalhekk dawn huma l-izjed rari.

Sezzjoni 4 - Eriocactus tinkludi dawk l-ispeci li qabel konna nafuhom bhala Eriocactus

Sezzjoni 5 - Brasilicactus tinkludi dawk l-ispeci li qabel konna nafuhom bhala Brasilicactus.

Sezzjoni 6 - Wigginsia tinkludi dawk l-ispeci li qabel konna nafuhom bhala Wigginsia.

Hija haga impossibbli li naghtikom deskrizzjoni ta' kull speci, izda nahseb li jkun aktar interessanti jekk wiehed isemmi xi ftit minn dawk l-ispeci li huma l-aktar attraenti u li facli takkwistahom.

Sezzjoni 1 - Notocactus

Il-grupp tan-Notocactus scopa
L-ispeci li jinstabu f'dan il-grupp huma hafna u sahansitra whud minnhom ghandhom ukoll numru ta' varjetajiet. Dawn ghandhom forma globulari, izda ghalkemm zghar numru minnhom jipproducu hafna frieh u dawn jiffurmaw clumps kbar sewwa. F'dan il-genus dawn huma l-aktar speci li ghandhom xewk, izda dan ikun artab. Dan ix-xewk huwa principalment abjad, izda hemm speci li ghandha xewk isfar, filwaqi li f'hafna speci ix-xewk abjad ikun imhallat b'xewk isfar, ahmar, jew kannella. Il-fjuri huma dejjem sofor, bl-istigma minn hamra sa vjola skur, izda speci wahda (n-N. rudibuenekeri) jkollha l-istigma safra wkoll.

L-ispeci f'dan il-grupp huma:- n-N. glomeratus, neobunekeri, rudibuenekeri, scopa, soldtianus, succineus

Notocactus glomeratus Gf

Notocactus glaucinus

Il-grupp tan-Notocactus ottonis
F'dan il-grupp ukoll insibu hafna speci u numru ta' varjetajiet. L-ispeci f'dan il-grupp huma xi ftit catti, izda dawn ukoll ghalkemm zghar jaghmlu hafna frieh u ghalhekk jiffurmaw clumps. Dawn il-kakti ftit ikollhom xewk u dan dejjem ikun artab u aktarx catt mal-gisem tax-xitla. Il-kulur ta' dan ix-xewk ivarja minn isfar skur sa kannella skur. Il-fjuri huma sofor, bl-istigma minn hamra sa vjola skur kwazi sewda. Eccezzjoni huwa n-N. ottonis var. vencluianus - jew cv. Venclu li ghandu fjuri homor.

L-ispeci f'dan il-grupp huma:- N. arechavaletae, campestrensis, carambeiensis, glaucinus, harmonianus, ibicuiensis, incomptus, leativirens, linkii, megapotamicus, miniusculus, muricatus, ottonis, oxycostatus.

Il-grupp tan-Notocactus herteri
F'dan il-grupp insibu zewg speci biss, izda dawn huma differenti hafna mill-ispeci l-ohrajn ta' dan il-genus. Dawn l-ispeci jikbru hafna aktar mill-ohrajn u ma tantx jiffurmaw frieh malajr. Xewk ghandhom ftit u dan ikun minn kannella car sa kannella skur. Il-fjuri taghhom ivarjaw minn lelą, sa lewn is-salamun u vjola.

L-ispeci f'dan il-grupp huma:- N. hertei u N. horstii. Hawn min jikkonoxxi bhala speci differenti n-N. pseudoherteri, purpureiflorus muglianus u purpureus, izda dawn huma varjetajiet u forom taz-zewg speci principali.

Notocactus herteri

Il-grupp tan-Notocactus minimus
F'dan il-grupp insibu speci rari u li ftit li xejn niltaqghu maghhom fil-kollezzjonijiet. Dawn huma speci zghar u rqaq li huma aktar difficli biex izzommhom mill-ispeci l-ohrajn. Dawn ghandhom xewk qasir li jista' jkun minn abjad sa kannella. Il-fjuri taghhom huma bhal ta' l-ispeci l-ohra ta' dan il-genus.

L-ispeci f'dan il-grupp huma:- n-N. minimus, ruoffii (aktarx ibbridu naturali), stockingeri.

Notocactus minimus

Il-grupp tan- Notocactus uebelmannianus
F'dan il-grupp insibu ftit speci biss, izda wahda minnhom hija popolari hafna minhaffa li forma ta'din l-ispeci ghandha fjuri homor fil-vjola. L-ispeci l-ohrajn ghandhom fjuri bhal dawk ta' l-ispeci l-ohra ta' dan il-genus. Dawn il-kakti huma catti hafna u superficjalment qishom xi speci ta' Gymnocalycium. In-Notocactus meonacanthus hija speci rari li tikber bil-mod hafna, filwaqt varjetą rari hija n-N. uebelmannianus var. pleiocephalus li jifforma numbru kbir ta' frieh.

L-ispeci f'dan il-grupp huma:- n-N. arachnitis, crassigibbus, meonacanthus, uebelmannianus.

Notocactus uebelmannianus

Il-grupp tan- Notocactus werdermannianus
L-ispeci l-nsibu f'dan il-grupp huma generalment rari fil-kollezzjonijiet taghna. N-N. memorialis qatt ma kienet offruta ghal bejgh la bhala xitla u lanqas bhala zerriegha. Dawn huma xtieli ckejknin b'xewk folt, ta' lewn isfar.

L-ispeci f'dan il-grupp huma:- n-N. ferrugineus, memorialis, werdermanianus, vanvlietii

Il-grupp tan-Notocactus concinnus

Notocactus concinnus var, spinigemmatus

l-ispeci kollha ta' dan il-grupp huma popolari hafna. Dawn huma speci catti u jibqghu ckejknin, b'hafna xewk artab, li jista' wkoll ikun imghawweg. Ic-centru tax-xitla ma jkollus xewk, u fin. N. blaawianus nistghu nsibu xtieli minghajr xewk xejn. Ix-xewk jista' jkun minn abjad sa kannella car.

L-ispeci f'dan il-grupp huma:- n-N. agnetae, blaauwianus, brederooianus, caespitosus, concinnus, multicostatus, tabularis.

Sezzjoni 1a
Din is-sezzjoni tinkludi numru ta' speci li ghandhom karatteristici differenti u dawn ma jaqblu ma' l-ebda sezzjoni jew grupp iehor. Ghandhom xewk differenti u filwaqt li N. buiningi jista' jidhol fis-sezzjoni tal-Wigginsia, n-N. schlosseri jista' jigi inkluz mal-grupp tan-N. scopa. L-ispeci kollha ta' din is-sezzjoni huma:- n-N. allosiphon, buiningii, erubescens, fuscus, megalanthus, rauschii, roseoluteus, schlosseri, u spinibarbis.

Sezzjoni 2 - Neonotocactus:

Il-grupp tan-Notocactus mammulosus
F'dan il-grupp insibu hafna speci popolari. Dawn l-ispeci qajla jaghmlu frieh. Ghandhom ftit xewk qasir u ohxon li generalment ikun catt. Il-kulur ta' dan ix-xewk ikun minn griz sa kannella skur, filwaqt li l-fjuri huma tipici ta'dan il-genus. L-eccezzjoni huma l-fjuri tan-N. mammulosus var. minor li huma homor.

Notocactus mammulosus

L-ispeci f'dan il-grupp huma:- n-N. erythracanthus, euvelenovskyi, floricomus, macambarensis, mammulosus, orthacanthus, paulus, permutans, rubropedatus, u submammulosus, turezekianus.

Il-grupp tan- Notocactus mueller-melchersii
F'dan il-grupp insibu xtieli b'xewk ta' lwien differenti. Dan ix-xewk ma tantx ikun twil izda minhabba li huwa iebes sewwa jniggez hafna. Dawn l-ispeci ma tantx jikbru u whud minnhom ghandhom fjuri roza jew roza bl-isfar. (e.g. N. gutierrezi, roseiflorus u rutilans.

L-ispeci f'dan il-grupp huma:- n-N. eugeniae, gutierrezii, mueller-melchersii, mueller-moelleri, roseiflorus, rutilans, veenianus, u winkleri

Notocactus mueller-melchersii

Sezzjoni 2a
Din is-sezzjoni tinkludi speci li huma relatati mas-sezzjoni ta' qabel, izda mhux daqs l-ispeci li huma fis-sezzjoni ta' qabel. Wiehed jista jghid li l-ispeci ta' din is-sub-sezzjoni huma intermedjarji bejn il-grupp tan-N. mammulosus u l-grupp tan-N. concinnus.

F'din is-sezzjoni nsibu:- n-N. arnostianus, cristatoides, curvispinus u ritterianus.

Sezzjoni 3 - Notobrasilia:

L-ispeci ta' din is-sezzjoni qabel konna nafuhom (u hekk ghadna nsibuhom f'certi listi taz-zerriegha) bhala Brasiliparodia, dan minhabba li huma xi ftit differenti mix-xtieli tan-Notocactus propju. Ghandhom zerriegha ckejkna aktar u ftit differenti, izda llum kulhadd jifhem li dawn ghandhom ikunu inkluzi man-Notocactus.

L-ispeci f'din is-sezzjoni huma:- n-N. alacriportanus, brevihamatus buenekeri, catarinensis u rechensis.

Notocactus alacriportanus

Sezzjoni 4 - Eriocactus:

Notocactus schumannianus

F'din is-sezzjoni nsibu l-akbar xtieli u whud minnhom jistghu jitwalu sa metru. Sa ftit zmien ilu dawn l-ispeci kienu (u fil-listi tax-zerriegha hekk ghadna nsibuhom) fil-genus Eriocactus, infatti dawn huma xtieli li ma tantx jixbhu lin-Notocacti l-ohrajn.

L-ispeci f'din is-sezzjoni huma:- n-N. ampliocostatus, claviceps, elachisanthus, grossei, leninghausii, magnificus, nigrispinus, schumannianus u warasii

Sezzjoni 5 - Brasilicactus:

F'din is-sezzjoni nsibu zewg speci biss li superficjalmet jixxiebhu, izda filwaqt li ta' l-ewwel taghmel fjuri hodor l-ohra taghmel fjuri homor. Dawn iz-zewg speci qabel kienu fil-genus Brasilicactus (u hekk ghadna nisibuhom f'hafna listi taz-zerriegha. Dawn huma xtieli tassew sbieh ghaliex ghandhom xewk fin hafna li xi drabi jkun qisu xaghar twil. Dawn ix-xtieli ma tantx jikbru wisq u minhabba li ma jaghmlux frieh iridu jitkattru miz-zerriegha.

L-ispeci f'din is-sezzjoni huma:- n-N. graessneri u haselbergii.

Notocactus graessneri

Sezzjoni 6 – Wigginsia:

L-ispeci ta' din is sezzjoni qabel kienu fil-genus Wigginsia (u hekk ghadna nsibuhom f'hafna listi taz-zerriegha). Dawn ix-xtieli huma generalment catti u bi ftit xewk iebes u ohxon, izda hemm xi eccezzjonijiet ukoll. In-N. neohorstii jitwal sewwa, filwaqt li n-N. calvescens ma jkollu xewk xejn. Meta dawn ix-xtieli jibdew jaghmlu l-fjuri, kollha jipproducu hafna tajjar fic-centru tax-xitla. Il-fjuri ta' dawn l-ispeci huma kollha sofor.

L-ispeci f'din is-sezzjoni huma:- n-N. beltranii, bezrucii, calvescens, erinaceus, gladiatus kovarikii, langsdorfii, neoarechavaletae, neohorstii, pulvinatus, schaeferianus, sellowii, sessiliflorus, turbinatus u vorwerkianus.

Notocactus gladiatus

Minghajr dubju ta' xejn kollezzjoni tal-kaktus ma tkunx kompluta minghajr ma jkollok xi ftit speci differenti minn dan il-genus hekk interessanti. Minhabba li dawn ix-xtieli kwazi kollha ma tantx jiehdu spazju huma ghalhekk kakti popoalari hafna mad-dilettanti fid-dinja kollha.

Fl-ahharnett wiehed irid isemmi li fil-Germanja hemm ghaqda attiva hafna ta' dilettanti li jispecjalizzaw fin-Notocactus biss. Din l-ghaqda jisimha Internoto u kull tliet xhur johorgu tassew interessanti magazine li ghandu l-istess isem. Sfortunatament dan il-magazine huwa bil Germaniz.


Donated by the Cactus & Succulent Society visit Cactus and Succulent club website



your ad could be here

coloring pages

.

Quick links: Home Birds Cats Dogs Fish Exotic Plants Free cross stitch pattern Free stained glass patterns Eggart by Candice Top Cocktail Recipes Free pet coloring pages Free animal vectors Colorful stained glass patterns for free Educational tutorials Privacy Policy

page generated in 0.005954 seconds
61