Articles
Bonsai Club
Cactus Club


Dogs Plants Cats Fish Birds Exotic PetNGarden

News Shops My pet page Search Contact List Win Free Services send e-mail

Il-Genus tas-Sansevieria

minn Dott. Francis X. Sammut

Il-genus tas-Sansevieria huwa mill-familja tad-Dracenaceae u s'issa fih 150 speci, izda n-numru ta' l-ispeci qieghed jizdied ghaliex spiss jinstabu ohrajn godda. L-ispeci ta' dan il-genus huma mxerrdin ma' hafna postijiet ta' l-Afrika. Fl-Afrika tan-Nofs in-nhar insibuhom fil-Great Karoo u l-estensjoni taghhom tibqa' tielgha lejn il-punent gon-Namibja u gol-Angola. Insibu speci differenti ohrajn fil-Botswana, n-Natal il-Kenja, t-Tanzanija, z-Zimbabwe, s-Somalja u l-Etjopja. Insibu li s-sanseverji jikbru wkoll fl-Gharabja Sawdita, L-Oman, il-Jemen u sahansitra fil-Madagaskar. Fin-natura nsibu li dawn ix-xtieli jikbru u joktru taht sigar jew arbuxxelli u minn hekk nindunaw li dawn ix-xtieli jippreferixxu postijiet imkennin mix-xemx diretta. Is-sanseverji tieghi qeghdin f'post fejn ix-xemx tghaddi minn fuqhom malajr.

Sansevieria trifasciata "Hahnii Lucille Pollen"

Is-Sanseveria ghandhom weraq sabih, ohxon u mlahham. Fil-parti l-kbira taghu l-weraq ghandu tinqix bhal ta' l-irham u kemm-il darba nsibu speci bil-weraq varjegat. Is-sanseverji huma generalment b'sahhithom, vigoruzi u ma tantx imutu malajr: jistghu sahansitra jghixu tul ta' zmien minghajr qatra ilma. M'hemmx mard li jattakhom, izda rridu noqoghdu attenti li fix-xitwa ma naghtuhomx ilma zejjed. Jekk it-temperatura taqa' taht iz-0°C, hafna minnhom imutu, ghaliex dawn ix-xtieli m'ghandhom l-ebda protezzjoni ghal din it-tip ta' kesha.

Biex nizguraw li l-kompost ma jzommx ilma zejjed irridu naghtuhom kompost miftuh hafna. Jiena nuza 50% potting compost imhallat ma' 25% perlite u 25% clay balls. Fiz-zmien li jkunu qeghdin jikbru nsaqqihom darba fil-gimgha u ma' kull tisqija naghtihom doza zghira ta' fertilizzant, izda bejn Novembru u Frar it-tisqija tieqaf u kulltant zmien, f'xi granet sbieh, nisprejjalhom il-weraq hafif, hafif. B'kultivazzjoni tajba dawn ix-xtieli jaghmlu hafna offsets u jikbru tajjeb tant li kwazi kull sena jkolli naghmel repotting, biex nisseparahom jew inkabbrilhom il-qasrija. Dawn huma xtieli addattati hafna ghal gewwa, ghaliex sahansitra jistghu joqghodu f'postijiet fejn ix-xemx ma tilhaqhom qatt u minhabba li huma b'sahhithom hafna ma jigrilhom xejn jekk nittraskurawhom ghal xi ftit taz-zmien.

It-tkattir ta' dawn ix-xtieli jista' jsir hekk:-

1 - Tkattir bil-werqa:
Niehdu werqa li ma tantx tkun xiha hafna izda matura. Naqtghuha minn isfel u fuq il-qatgha nroxxu ftit trab fungicida. Indahhlu t-tarf il-maqtugh fil-perlite u nsaqquha hafif, hafif. Wara xi xahar il-werqa tibda tohrog xitel zghir minn mal-qatgha, izda hawn insibu intopp. Hafna mill-weraq varjegat jipproduci xitel bil-weraq ahdar minghajr l-ebda sinjal ta' varjegazzjoni.

Sansevieria mason-congo

2 - Bit-tifriq:
Meta s- Sanseveria jkunu qeghdin jikbru, johorgu hafna xitel zghir minn madwar ix-xitla originali. Meta dan ix-xitel jikber bizzejjed jista'jigi sseparat minn ma' l-omm u wara li l-qatgha tigi mraxxa b'xi fungicida addattat, x-xitel zghir jithawwel fi qsari, wahda f'kull qasrija. Xi drabi nsibu li bicca minn dawn il-frieh minn madwar l-omm li ghandha l-weraq varjegat, johorg kollu ahdar u jitlef kull hjiel ta' varjegazzjoni, izda kultant insibu wkoll li dawn il-frieh johorgu b' varjegazzjoni hafna isbah minn ta' l-omm. Biex naghtu ezempju; is-S. trifasciata "Golden Hahnii"gieli tohrog offsets tas-S. trifaciata "Hahnii Solid Gold" li l-weraq taghha jkunu sofor kollha, hlief xifer irqiq ahdar fit-tarf tal-werqa. Din ta' l-ahhar hija Sanseveria stmata hafna, imma dellikata hafna biex izzommha tajjeb. Gieli johorgu wkoll offsets bojod ghal kollox. Dawn jghidulhom albinio growths u minhabba li m'ghandhomx klorofilla, m'ghandhom qatt jigu sseparati minn m'ommhom ghaliex inkella jmutu zgur.

Sansevieria kirki var. pulchra "Copertone"

3 - Miz-zerriegha:
Hafna sanseverji, meta jimmaturaw, ghall-habta ta' l-ahhar tas-sajf johorgu l-bastun tal-fjuri. Il-fjuri taghhom huma bojod jew xi kultant, roza cari. Jifthu biss bil-lejl, izda meta jifthu malajr tkun taf ghaliex ghandhom fwieha helwa tassew. Fin-natura d-dakra ssir minn bahrija ta' bil-lejl, izda fis-serer taghna din id-dakra rridu naghmluha hekk: Niehdu fjura wahda mill-bastun li jkun fih hafna fjuri u nnehhulha l-petali. Immissu din il-fjura mal-fjuri l-ohra waqt li nrembluha bejn subghajna u naghmlu hekk sakemm induru l-fjuri kollha. Nistghu minflok hekk nuzaw pinzell irqiq tal-pittura, biex indakkru minn fjura ghall-ohra. Biex din il-bicca xoghol tirnexxi, jehtieg li ssir meta l-fwieha tal-fjuri tkun fl-aqwa taghha; bejn id-9 ta' filghaxija u nofs il-lejl, ghaliex dan huwa l-ahjar hin meta l-pollen ikun fl-aqwa tieghu. Wara xi ftit granet tifforma bocca wara l-fjura niexfa u din tkun il-frotta. Il-frotta tista' tiehu x-xhur biex issir u nkunu nafu li saret ghaliex issir ta' kulur orangjo tinqata' hafif minn max-xitla. Meta naghfsuha bejn is-swaba l-qoxra tibqa' wara u z-zerriegha tohrog tigri. Inhallu z-zerriegha tinxef ghal xi jumejn u mbaghad nizirghuhom wahda, wahda fi qsari zghar fl-istess tahlita tax-xitel il-kbir. Iz-zerriegha nimbuttawha kemm kemm 'l isfel u nghattuha b'saff hafif ta' ramel ohxon. Iz-zerriegha tista' tiehu minn gimgha sa xahar biex tinbet, u meta tinbet m'ghandna qatt inhallu l-kompost jinxef ghal kollox. Fis-sanseverji kollha l-weraq tas-seedlings huma catti u ma jixbhu xejn lill-weraq maturi ta' l-istess speci. Naturalment idumu xi tliet snin qabel ma jibdew johorgu l-weraq maturi li jikkaratterizzaw dik l-ispeci li taghha tkun zrajt iz-zerriegha.

Nisthajjel li hafna jistaqsu li la s-sanseverji m'humiex speci difficli, li ma jimirdux u ma jmutux kif gieb u lahaq u li tista' tkattarhom b'hafna mezzi, mela ghaliex bicca minnhom jinbieghu bi prezz daqhekk gholi. Bhahma digà ghedna s-sanseverji fil-parti l-kbira taghhom huma speci b'kultivazzjoni hafifa, izda jezistu wkoll sanseverji li huma difficli; bhas-S. eilensis, jew dik li digà semmejt is-S. trifasciata "hahnii Solid Gold", ohrajn bhat-tipi kollha tas-S. hahnii ma jaghmlu fjuri qatt u allura zerriegha taghhom ma tezistix. Ohrajn jimxu bil-mod hafna u gieli f'sena shiha ma johorgu l-ebda werqa gdida. Huma dawn il-fatturi li jaghmlu certi speci rari u jinbieghu bi prezz gholi.


Donated by the Cactus & Succulent Society visit Cactus and Succulent club website



your ad could be here

coloring pages

.

Quick links: Home Birds Cats Dogs Fish Exotic Plants Free cross stitch pattern Free stained glass patterns Eggart by Candice Top Cocktail Recipes Free pet coloring pages Free animal vectors Colorful stained glass patterns for free Educational tutorials Privacy Policy

page generated in 0.004630 seconds
61