Articles
Bonsai Club
Cactus Club


Dogs Plants Cats Fish Birds Exotic PetNGarden

News Shops My pet page Search Contact List Win Free Services send e-mail

Il-Park Nazzjonali ta' Big Bend, Texas, Stati Uniti

minn George Borg Marks

Mappa tal-park nazzjonali Big Bend

Fl-1990, minhabba x-xoghol, kelli mmur kors ta' tahrig fl-Istati Uniti. It-tajjeb kien li kelli mmur ghal xahrejn f'post li jinstab fl-istat ta' Texas. Fejn hemm isbah mill-istati ta' nofs in-nhar ta' l-Amerika ghal kaktus?

Trid tkun f'dawn il-postijiet biex tapprezza kif jikber il-kaktus fl-ambjent naturali tieghu. Jien kont hemm bejn Lulju u Settembru. Ix-xemx ma naqsitx u s-shana

li kien hemm kienet ikkumplimentata b'umdita' kbira li ovvjament titla' mill-golf tal-Messiku. Li sibt interessanti fuq it-temp kien li filli xemx tisreg u filli jibda jissahhab, tant li ftit hin wara tibda niezla xita qawwija. Din iddum xi nofs siegha niezla u wara jibbnazza qisu qatt ma kien xejn. Wiehed jista' ghalhekk jinduna kif il-kaktus jissaqqa ukoll f'kundizzjoni fejn it- temperatura fid-dell gieli kienet kwazi 50 deg C (120 deg F).

Il-Park Nazzjonali ta' Big Bend jinstab fin- nofs in-nhar ta' l-istat ta' Texas u, minn fein kont jien, kien bejn wiehed u iehor xi 880 kilometru (550 mil) 'l boghod. Ghalhekk, iddecidejna li xi darba mmorru nqattghu "weekend" hemm. Il-Gimgha wara nofs in-nhar, ghabbejna kollox fil- karrozza u tlaqna biex-inqattghu weekend induru, jien infittex il-kaktus u l- mara u t-tfal ghad-dawra.

Malli wiehed ihares lejn mappa ta' Texas, wiehed mill-ewwel jinduna ghaliex jissemma hekk dan il-park. Jinstab fuq il fruntiera bejn l-Istati Uniti u l-Messiku fuq ir- Rio Grande, ix-xmara li tifred dawn iz- zewg pajjizi. F'din il-parti ta' Texas, din ix- xmara taghmel kisra kbira fid-direzzjoni taghha, filli sejra lejn ix-Xlokk u f'daqqa wahda ddur lejn il-Grigal.

Dan il-Park Nazzjonali thalla fl-istat naturali tieghu tant, li qabel tidhol fih, kartelluni fil- genb tat-triq jghidulek biex tixghel ir-radju tal-karrozza fuq certu stazzion sabiex tkun tista' tisma' l-avvizi dwar kif ghandek issuq, fejn tista' tmur, fejn tista' taghmel kamp u hafna affariijiet ohra, fosthom, biex kollox jithalla kif sar min-natura, lanqas tista' ssuq bil-karrozza jew timxi bil-pass 'l barra mit- triq; biex ma thallix marki tat-tyres jew passi!

Il-Gimgha rqadna San Angelo. Is-Sibt filghodu tlaqna lejn Fort Stockton. Bejn San Angelo u Fort Stockton, mill-ewwel tibda tinduna li diehel f' ambjent differenti ghax il-pajsagg jibda jinbidel u tidba tara hafna kaktus tat-tip Opuntia. L-aktar komuni kienu dawk tat-tip 0. imbricata. Biex nghid is-sewwa, dawn ma tantx jinterressawni u ghalhekk bqajt ghaddelj ghax kelli genn biex nasal Big Bend. Ma waqaftx aktar qabel wasalna Fort Stockton biex niehdu ritratt ma l-akbar Road - Runner fid-dinja - statwa kbira f'nofs din il-belt zghira li tirrapprezenta dak l-ghasfur bl-istess - isem li huwa maghruf sew fil-cartoons tat-tfal u li jinstab verament f'dan il-lokal. Dan l-ghasfur ma jtirx, izda jigri hafna.

Wara waqfa qasira tlaqna lejn Marathon. Li ma kienx ghal waqfa ta' bilfors mal- genb tat-triq, biex wiehed jistrieh u jiekol xi haga, kont nitlef wahda mili-isbah kakti li jikbru fi Brewster County. Malli waqaft u hrigt mill-karrozza, bdejt infittex 'l hawn u 'l hinn izda ma kellix indum aktar minn nofs minuta ghax kwazi rfist pjanta mdaqqsa mistohbija qalb il-haxix. Din kienet gholja xi 10cm u wiesgha xi 4cm. Mill-ewwel indunajt li kienet speci ta' Escobaria. Meta fittixtha fil-ktieb ta' Weniger (1988) indunajt li kienet E. vivipara var. neomexicana. Il-post fejn sibtha jaqbel ukoll mal-listi ta' Steven Brack.

Waqafna Marathon ghall-petrol u xi siegha wara, wasalna fid-dahla tal-park, indikata biss b'tabella fil-genb tat-triq.

Dan il-park huwa kbir hafna u jkopri medda t'art ta' madwar 3240 kilometri kwadri. Fih issib diversi tipi t'ambjent. L- aktar haga li tispikka hija d-dezert (Chihuahuan Desert), fein l-art hija maghmula minn hamrija mrammla hafna. Hawnhekk ix-xita tinzel fis-sajf u ghandek issib pjanti li jikbru baxxi. Aktar 'l isfel go nofs il-park, jinstabu muntanji gholjin sew bl-oghla wahda, Emory Peak, titla' sa' 2383 metru (7835 pied). Din hi parti mill- muntanji Chisos, strima ta' muntanji gholjin li fuqhom jikbru hafna kaktus- differenti, fosthom tipi differenti ta' Echinocereus

Emory Peak, l-oghola mill-muntanji Chisos

Hawn wiehed isib aktar hdura u anke sigar imdaqqsa. L-istess jinstab hdejn ir- Rio Grande, xmara wiesgha li timxi b'heffa mhux hazin. Din it-tahlita t'ambjent taghmel dan il-post uniku. Fil- fatt, l-indjani jghidu li meta saret id-dinja, l-ispirtu l-kbir rema l-gebel li fadallu f'dan il-post!

Dehra tal-muntanji Rosillos

Ezatt kif bdejna dehlin gol-park ghaddejna minn Persimmon Gap bejn il- muntanji Santiago u l-muntanii Rosillos. Bdejt insuq b'ghajn wahda fuq it-triq u l- ohra infittex mal-gnub tat-triq. F'daqqa wahda indunajt li kien hemm kaktus jikber mal-lemin. Ma tridx tkun xi espert biex tinduna li dan kien Echinocereus tat-tip E. dosyacanthus. Malli lmahtu, t-tentazzjoni kienet tant kbira li nsejt l-avvizi li smajt fuq ir-radju, waqqaft f'nofs it-triq u tlaqt ghal hdejh biex nezaminah mill-qrib. Dan kien go hamrija ramlija hafna. Soqt aktar il- gewwa biex nasal fil-Park Headquarters fejn hemm centru ta' l-informazzjoni u fejn tista' tixtri xi ikel u xorb, mapep, giti bil- gwidi u minn fejn tista' issib informazzjoni fuq il-pjanti u l-annimali li jghixu f'dan il- post. Wiehed jista' wkoll jikri kabina ghal- lejl, minn dawk li kien hemm ftit iktar 'l boghod. Sakemm tasal sa dan ic-centru wiehed ikollu c-cans jammira s-sbuhija tan-natura offruta mill-muntanji Chisos quddiemu, muntanji imponenti miksija b'vegetazzjoni differenti. Ma' l-ghoijiet innotajt Echinocereus iehor, x'aktarx tat- tip E. stramineus. Dan jidher sew fin-nofs tar-ritratt li gej. Wiehed ghandu jinnota kif jikber qalb il-haxix u, kieku x-xewk gdid ma kienx safrani, kien ikun difficli tinnotah mit-triq ghax jintilef fost il-haxix.

Echinocereus stramineus

Ftit kien ghad fadal biex naslu fil-Park Headquarters pero meta wasalna Panther Junction, ezatt fejn it-triq iddur lejn il-lemin - qabel il-Park Headquarters, f'gholi ta' 1149 metru (3771 pied), il-mara tieghi nahseb li qalet li kont bdejt nitlef mohhi xi ftit ghax ergajt waqqaft hesrem, addio avvizi, u tlaqt nigri fost aghjat minn naha taghha biex nigi lura ghax sejrin jarrestawni. Ma tantx stajt nara pulizija f'nofs dan il-bahh u bqajt sejjer. Kif jista' wiehed jirrezisti meta jara zewg pjanti ta' l-istess speci ta' Echinocactus magenb xulxin, it-tnejn xi 15cm dijametru!

Echinocereus horizonthalonius

Dawn kienu E. horizonthalonius, xtieli sbieh hafna b'kulur ahdar kahlani, b'xewk b'sahhtu, u baxxi ma'l-art qalb il-gebel. Meta wasalna hdejn ic-centru ta' l- informazzjoni, sibt Echinocereus stramineus iehor bhal dak ta' qabel, jikber hdejn id-dahla. Dan kien clump imdaqqas sew, xi 60cm dijametru u b'xi tletin fergha.

Echinocereus stramineus

Meta dorna ftit goc-centru, ergajna tlaqna lejn post iehor fil-park imsejjah Basin Compground f'gholi ta' 1646 metru (5400 pied) fejn jinstabu l-kabini fejn wiehed jista joqghod. Hawn ma tantx tlift zmien u bdejt infittex f'hafna bnadi. Kien hemm zewg tipi fa' Echinocereus differenti hawn. L-aktar wahda komuni kienet forma ta' E. chloranthus. Din ta' hawn taht kienet bil-blanzuni tal-fjuri.

Echinocereus chloranthus (forma)

Dawn il-pjanti kienu twal xi 10cm u ma tantx kellhom frieghi; l-aktar tnejn.

Echinocereus chloranthus (forma)

Kellhom ukoll hafna xewk ahmar jew kannella skur. Jista' jkun li dawn kienu E. chloranthus var. russanthus li hu maghruf li jikber go Brewster County biss (Il-park ta' Big Bend qieghed go Brewster County) pero ma tistax tkun cert qabel ma tara l- fjuri.

It-tip l-iehor kien differenti minn dawn ta' qabel ghax kellu anqas xewk u kien izghar, anqas b'sahhtu, u kannella li jsir bajdani. Kellhom ukoll aktar frieghi u l- pjanta kienet tidher aktar hadranija. Jista' jkun li dan huwa E. chisoensis var. fobeanus, ismu mieghu, mill-muntanji Chisos.

Echinocereus sp.

Dur 'l hawn u dur 'l hemm, inzertajt pjanta wahda ta' Mammillarja heyderi. Din kienet go hamrija maghquda sew u li kienet tidher li ngarret mix-xita. Din kienet xi 12cm dijametru u baxxa ma' 1-art.

Mammillaria heyderi

Xtaqt li kelli aktar hin izda, kif dejjem jigri f'okkazjonijiet bhal dawn, il-hin jahrab u, meta ftakart li kien ghad fadal xi tlettax-il siegha sewqan, kelli bilfors immur nistrieh qabel il-vjagg lura lejn Fort Worth. -

Xtaqt li sibt, fost ohrajn, Ariocarpus fissuratus, Echinocereus viridiflorus, Echinocereus triglochidiatus, Lophophora williamsii jew sahansitra Thelocactus bicolor, maghruf bhala Glory of Texas. Dawn huma ftit minn dawk il-kaktus li jinstabu go Brewster County.

Insomma, l-paci u s-sbuhija naturali li joffri dan il-park, jikkumpensaw xi ftit ghal dan id-dizappunt. Il-memorji ta' dan il-park baqghu cari f'mohhi ghax kienet l-ewwel darba li mort infittex il-kaktus fl-abitat naturali tieghu. Tant kienet esperjenza sabiha li naf li mhux sejra tkun ta' l- ahhar.

Referenzi:

Heil, K.D., Spellenberg, R. (1993), Familiar Cacti. Alfred A. Knopf Inc., New York, U.S.A.

Muench, D. (1995), Texas. Browntrout Publishers Inc., San Francisco, California, U.S.A.

Weniger, D. (1988), Cacti of Texas and Neighboring States, University of Texas Press, Austin, Texas, U.S.A.


Donated by the Cactus & Succulent Society visit Cactus and Succulent club website



your ad could be here

coloring pages

.

Quick links: Home Birds Cats Dogs Fish Exotic Plants Free cross stitch pattern Free stained glass patterns Eggart by Candice Top Cocktail Recipes Free pet coloring pages Free animal vectors Colorful stained glass patterns for free Educational tutorials Privacy Policy

page generated in 0.006738 seconds
61