Gebel Haj mill-Afrika tan-Nofs in-Nhar
minn Rene' Zahra
Minghajr l-ebda dubju fost is-sukkulenti
l-ohra, igifieri dawk li m'humiex
Kaktus, l-aktar facli li jitkabbru fil-klima
taghna hemm ix-xtieli tal-familja ta' l-
Aizoaceae. Certi botanici jippreferu li
jpoggu dawn is-sukkulenti fil-familja
separata li nafuha ahjar bl-isem ta'
Mesembryanthemaceae, nghid ghalija
jiena nippreferi dan ta' l-ahhar. Dawn
huma xtieli sukkulenti hafna li jikbru fl-istat
naturali taghhom principalment fl-Afrika
tan-nofs in-nhar fejn hemm klima li ftit jew
wisq tixbah lil taghna hawn Malta. Forsi
tiskantaw xi ftit meta nghidilkom li hawn
Malta ghandna zewg speci li jikbru
slavag: l-Mesembryanthemum nodiflorum
u l-Mesembryanthemum crystallinum li
qieghed isir rari hafna, ghaliex fejn kien
jikber bil-mod qieghed jinbena. Hemm
umbaghad zewg speci ohra li bil-mod
qeghdin jigu naturalizati f'Malta wkoll. Fil-
familja tal-Mesembryanthemac hemm
mad-disgha u sittin genus differenti, izda
mhux kollha qishom gebel, ghaliex uhud
minnhom ghandhom biss weraq
imlahham. Hawn qieghed nikkoncentra
fuq dawk l-ispeci li l-aktar li qishom gebel
haj.
L-aktar genus popolari mad-dilettanti,
minhabba li fih insibu xtieli li huma l-aktar
li qishom gebel huwa il-Lithops. Dan il-
genus fih aktar minn hamsin speci
differenti u li hafna minnhom ghandhom
numru kbir ta' varjetajiet ukoll. Dan mhux
biss, ghaliex f'kull speci u varjeta' hemm
ukoll numru ta' forom differenti. Din id-
differenza tista' tghid dejjem tkun fil-kulur
u d-disinn ta' fuq tal-werqa hoxna
taghhom. Fl-ambjent naturali taghhom
dawn ix-xtieli jkunu mirduma fit-trab u r-
ramel u propju din il-parti catta ta' fuq
tal-weraq biss tkun esposta barra. F'zmien
ta' nixfa x-xitla kollha tinheba taht l-art,
izda dan qatt ma jsir fil-kultivazzjoni.
Fil-bidu ta' hajjithom dawn ix-xtieli
jkollhom zewg werqiet biss. Kull sena
dawn iz-zewg werqiet jinxfu u propju minn
gol-fdalijiet taghhom niexfa jitfaccaw
zewg werqiet ohra xi ftit ikbar minn ta'
qabilhom. Wara xi tlieta jew erba' snin
dawn iz-zewg werqiet ikunu lahqu l-kobor
massimu taghhom u allura jibda process
iehor. Meta fil-perjodu tal-mistrieh iz-
zewg werqiet jinxfu minn gol-fdalijiet
taghhom jitfaccaw erba' werqiet minn
flok it-tnejn ta' qabel, izda billi dawn
ikunu xi ftit icken milli suppost, is-sena ta'
wara jibqghu erba' u tkun xi sena jew
tnejn wara li dawn jergghu jizdiedu bl-
istess mod ta' qabel. B'hekk sena wara l-
ohra z-zewg werqat originali jiffurmaw
roqgha ckejkna ta' hafna weraq qisu
caghaq.
Kollezzjoni ta' numru ta' speci differenti ta' lithops. Dawn huma kollha xtieli li ghandhom hafna snin.
Minkejja li maz-zmien jista' jkollok roqgha
b'aktar minn 20 par ta' weraq ma
naghtukomx parir li toforquhom, ghaliex
hemm aktar pregju meta jkollok xitla li
tifforma clump. Wiehed irid jghid ukoll li
jkun hemm gherq principali wiehed biss u
jekk taqta' xi par weraq dawn idumu
hafna biex johorgu l-gheruq u jiehdu xi
sena jew aktar biex bil-mod jiffurmaw l-
gheruq. Min-naha l-ohra tkun hasra jekk
tfarrak clump li min jaf kemm snin ikun ha
biex ifforma sempliciment biex ikollok
hafna xtieli l-istess.
Bhal mesembryanthemum l-ohra, il-
Lithops jistghu jitkattru facilment miz-
zerriegha. Iz-zerriegha tal-Lithops
takkwista facilment u barra minn hekk
tinbet malajr. Min-naha l-ohra billi z-
zerriegha hija ckejkna hafna dawn ix-xtieli
jdumu hafna ma jikbru sewwa. Fl-ewwel
sena taghhom iridu hafna attenzjoni.
B'hafna ilma zejjed malajr jimirdu u
jinfaqghu. Filwaqt li jekk idumu nixfin jieqfu
mill-kobor qabel iz-zmien. Jahsbu li wasal
zmien in-nixfa u ghalhekk jibdew inixxfu I-
weraq biex ftit wara jipproducu zewg
werqat ohra. Meta jigri dan, it-tieni sett
ta' weraq li jizviluppa ma jkunx kbir daqs
normali u b'hekk dawn ix-xtieli jdumu ma
jikbru aktar milli suppost. F'certi kazi
dawn ix-xtieli zghar jistghu flok jizviluppaw
it-tieni sett ta' weraq imutu ghal kollox,
ghaliex ma' jkunux f'pozizzjoni li jaghmlu
l-isforz necessarju biex jikbru. Hafna
dilettanti ta' dawn is-sukkulenti jghidu li
meta inti f'diffikulta' ikun ahjar jekk
tbixxhom bl-ilma biss milli taghti tisqija
normali. lz-zerriegha tal-Lithops (kif ukoll
ta' l-ispeci kollha ta' din il-familja) tista'
tinzera' bhal dik tal-kaktus, izda jekk inti
tuza l-metodu fejn il-qasrija li tkun zrajt
fiha tkun ghalaqtha f'borza tal-plastik,
allura wara ftit li jimbtu trid tiftah il-borza u
wara tnehhiha ghal kollox. Forsi l-ahjar
zmien li tizra' z-zerriegha ta' dawn is-
sukkulenti huwa Ottubru, ghaliex fix-xitwa
jikbru ahjar, izda jrid ikollok il-pacenzja u
kuljum tisprejjahom bl-ilma, biex b'hekk
jibqghu jikbru matul ix-xitwa kollha.
Lithops lesliei cv. Albinica C36a
Il-hamrija li ghandhom bzonn il-Lithops trid
tkun poruza, izda ma jiddejqux mit-tip ta'
hamrija li ghandna Malta. Huwa
ghalhekk necessarju li ghall-Lithops tuza
hamrija lokali mhallta bir-ramel, nofs
b'nofs.
Ghalkemm hemm hafna xtieli ta' din l-
istess familja li jistghu joqoghdu barra fil-
berah is-sena kollha, matul ix-xitwa, l-
Lithops iridu l-kenn u n-nixfa. Minhabba
dan kollu l-ahjar post ghalihom hija serra
fejn jiehdu kwazi l-istess trattament li
naghtu lill-kaktus. Huwa mportanti hafna
li meta l-weraq taghhom jibda'
jitkemmex u jinxef inzommuhom nixfin sakemm
mill-fdalijiet tal-weraq originali
jibdew jitfaccaw il-weraq il-gdid. Dan l-
izvilupp ikun ifisser li sejjer jibda' stagun
iehor tal-kobor u allura issa jibdew ikunu
jridu l-ilma.
Il-Lithops mhux l-uniku genus tal-familja
tal-mesembryanthemun li x-xtieli tieghu
qishom gebel haj. Genus iehor li wkoll fih
hafna speci u li ghandu xtieli li jixbhu lil-
Lithops huwa l-Conophytum. F'dan il-
genus insibu li fil-bidu jkollna wkoll zewg
werqat imma dawn ikunu kwazi haga
wahda u jibqghu icken. Fil-Conophytum
hemm aktar speci milli nsibu fil-Lithops u
jridu wkoll anqas ilma. Huwa wkoll aktar
difficli biex tkabbarhom miz-zerriegha.
Mill-bqija' dak kollu li ghedna ghal-
Lithops jista' iservi ghal dan il-genus ukoll.
Genus differenti tal-genus FAUCARIA
Genera ohra ta' l-istess familja li x-xtieli
taghhom huma wkoll qishom gebel
huma; l-Argyroderma, d-Dinteranthus, il-
Fenestraria, l-Frithia, l-Imitaria, il-Lapidaria,
l-Ophthalmophyllum, l-Aloinopsis, l-
Gibbaeum, il-Cheridopsis il-Pleiospilos, t-
Tanquana u t-Titanopsis. Wiehed irid ighid
li dawn il-genera li semmejna m'
ghandhomx speci daqs il-Conophytum u
l-Lithops. Xi whud minnhom sahansitra
fihom biss speci wahda u ghalhekk ma
fihomx il-varjeta' kbira li nsibu fil-
Conophytum u l-Lithops, izda huma xtieli
interessanti hafna wkoll.
Fenestraria rhopallophylla
Il-kultivazzjoni ta' l-Argyroderma, d-
Dinteranthus, il-Fenestraria, l-Frithia, l-
Imitaria, il-Lapidaria, u l-
Ophthalmophyllum tixbah hafna lil dik tal-
Lithops, izda dik ta' l-ispeci l-ohrajn hija
aktar facli. Dawn kollha jikbru izjed malajr
u l-istagun tal-kobor huwa principalment
ix-xitwa. Huwa minhabba dan li dawn is-
sukkulenti jistghu joqoghdu barra fil-
miftuh is-sena kollha. Minkejja dan huwa
importanti hafna li nipprotegu dawn ix-
xtieli mis-silg li gieli jaghmel fix-xitwa,
ghaliex jista' jifqaghhom u mill-aghsafar
fis-sajf, ghaliex meta tkun in-nixfa u dawn
ma jsibux ilma jistghu jibdew inaqqru
dawn ix-xtieli ghall-ilma li jkun fihom.
Fis-sajf ta' l-1998 kelli x-xorti li ghal erba'
gimghat shah nigri fl-Afrika t'Isfel, propju
fl-abitat ta' dawn ix-xtieli. Ghamilna mat-
3000 kilometru, dejjem f'postjiet fejn ix-
xtieli kollha li tara b'ghajnejk huma
sukkulenti. Hemm rajt b'ghajnejja stess kif
jikbru b`mod naturali, fl-abitat taghhom
dawn ix-xtieli sukkulenti. Il-bicca l-kbira
ta' dawn ix-xtieli jikbru f'postijiet fejn ma
jikber xejn aktar hlief xtieli sukkulenti. Hekk
f'hafna postijiet qalb ic-caghaq abjad u
minghajr l-ebda protezzjoni minn sigar
jew arbuxxelli ohra, jikbru Argyroderma,
Oophytum, Conophytum, Cheiridposis,
Gibbaeum u Pleiospilios ta' certu speci,
filwaqt li f'post iehor identiku jikbru l-istess
genera, izda speci totalment differenti.
Minhabba dan kollu jinstabu nhawi vasti
ferm fejn ix-xtieli kollha li tara huma xtieli
sukkulenti. Fil-fatt l-Afrika t'Isfel huwa l-
pajjiz fejn jikbru l-akbar numru ta' xtieli
sukkulenti ta' speci u genera differenti.
Hawn wiehed irid ighid li l-Afrika tan-nofs
in-nhar hija kbira daqs l-Ewropa u
ghalhekk huwa impossibli li tara kollox f'
erba' gimghat biss.
Titanopsis calcarea
Fl-ahhar irrid nispicca billi nghid li hawn
dilettanti li ghandhom kollezzjonijiet tal-
Mesembryanthemum biss. Hawn ukoll
dilettanti ohra li minhabba l-varjeta' kbira
li hemm fil-Conophytum u l-Lithops
jispecjalizzaw f'dawn ix-xtieli biss.
Ghalhekk jaghmlu kollezzjonijiet shah
taghom biss. Hawn Malta ftit ghandna
dilettanti li jhobbu jispecjalizzaw. Hemm
min isostni li kollezzjoni ta' din ix-xorta tkun
xi ftit monotona. Personalment jiena ma
tantx naqbel ma' dan ghaliex ghalkemm
huwa veru li l-forma ta' dawn ix-xtieli hija
l-istess, il-kuluri tal-weraq tant huwa varju li
jpatti bis-shih ghal dan. Meta wiehed
jikkoncentra fuq genus wiehed jew tnejn
ikollu c-cans li jitghallem aktar fuq is-
suggett u b'hekk ikun jista' jsir espert
tassew ta' dawn ix-xtieli.
Gibbaeum heathii
Il-kaktus fuq l-Internet
Sa ftit snin ilu biss l-uniku sors t'
informazzjoni kienu l-kotba, ir-radju, u
t-televizjoni. F'dawn l-ahhar snin saru
zviluppi kbar ferm fil-qasam ta' l-
informatika u issa nfethu orizzonti godda li
bihom minn darek stess inti tista' facilment
tikkomunika mal-partijiet kollha tad-dinja
fi ftit sekondi biss. Biex tkun tista' taghmel
dan irid ikollok kompjuter u modem.
Sintendi trid tkun imqabbad ma' server
lokali biex mil-linja tat-telefon tieghek
taqbad mieghu u dan iqabbdek mal-
kumplament tad-dinja.
Din ir-rivoluzzjoni fil-qasam ta' l-informatika
effettwat ukoll id-delizzju taghna u issa
hemm hafna websites li jispecjalizzaw fil-
kaktus u s-sukkulenti l-ohra.
Fl-opinjoni tieghi l-ahjar website li naf biha
hija dik ta' Tony Mace, dilettant Ingliz li
ghandu website estensiva. Minn din il-
website tista' tigbor informazzjoni fuq
ghaqdiet tal-kaktus u s-sukkulenti ohra
mad-dinja kollha. Tista' tigbor
informazzjoni fuq ditti li jbighu x-xtieli
u/jew iz-zerriegha. Tista' sahansitra tara l-
listi taghhom u tkun taf x'qeghdin joffru u
tara l-prezzijiet taghhom ukoll.
Hemm imbaghad sezzjonijiet tad-
dilettanti bhalna li mhux biss jaghtu hafna
informazzjoni, izda fihom ukoll hafna
ritratti u b'hekk ikollok ukoll stampa ta'
dawk ix-xtieli li jkunu qeghdin jiktbu
fuqhom. Bl-e-mail tkun tista' taghmel
kuntatt ma' dawn id-dilettanti u b'hekk
ikollok hafna informazzjoni li ma tinstab fl-
ebda ktieb.
Minn din l-istess website wiehed jista' jkollu
informazzjoni fuq kotba li jkunu ghadhom
kif kienu ippubblikati u tista' wkoll
tordnahom. Jiena gieli wzajt dan il-
metodu u ktieb ikun ghandi f'inqas minn
gimgha. Biex taghmel dan irid ikollok xi
credit card, izda qatt m'ghandek tafda
n-numru taghha bl-e-mail. Dan jista'
jintbaghat bil-fax jew bil-posta.
Insomma din il-website ta' Tony Mace
hija hekk estensiva li jiena cert li jekk inti
ddum gimgha shiha fuqha biss ma
jirnexxilekx tiskopriha kollha. Minbarra
minn dan din il-website tigi aggornata
kwazi kull xahar u ghalhekk anke fejn tkun
diga' rajt jista' jinbidel wara ftit.
Ghal dawk interessati tajjeb li jkunu jafu li
l-partikolartajiet ta' din il-website huma:
http://www.cactus-mall.com/
Fost hafna affarijiet, wiehed jista' jsib lista
ta' speci dettaljata flimkien ma' lista ta'
sinonimi u field numbers.
Informazzjoni fuq l-Echinofossulocactus
tinstab fuq is-site:
http://www.softech.cz/saimon/
Hawn wiehed isib informazzjoni dwar il-
kultivazzjoni ta' dawn ix-xtieli,
klassifikazzjoni, distribuzzjoni, field
numbers, ismijiet u sinoninni.
Id-dilettanti tal-Gymnocalycium huma
moqdija sew fuq zewg sites eccellenti. L-
ewwel wahda toffri informazzjoni
dettaljata fuq il-klassifikazzjoni u l-ismijiet:
http://home.t-online.de/home/Ulrich.Creutzburg/
L-istess dawk li jhobbu n-Notocactus.
Dawn ghandhom fejn jixxalaw fuq is-site
ta' l-Internoto, l-ghaqda ufficjali:
http://www.internoto.de/index.htm
Field numbers u ismijiet tal-Melocactus
jinstabu fuq dawn iz-zewg sites:
http://www.geocities.com/RainForest/Vines/8314/
Fuq din is-site hemm informazzjoni
dettaljata fuq dan il-genus popolari u
wkoll xi ritratti. Site ohra tajba hija:
http://www.mfaint.demon.co.uk/cactus/turbo/index.html
Hawnhekk il-klassifikazzjoni hija ttrattata
sew, hemm lista ta' ismijiet u hemm ukoll
xi ritratti sbieh.
Ghad-dilettanti tal-Euphorbia hemm:
http://cactus-mall.com/esg/index.html
Barra minn sites fuq genera specifici,
wiehed jista' jsib sites generali. Site
interessanti hija:
http://members.aol.com/jamesicus/
Din titratta fuq il-kaktus li jikber fil-Brazil
bhal Arrojadoa, Discocactus, Melocactus
u Uebelmannia.
Izda bla ebda dubju minn fuq is-site tal-
cactus mall wiehed jista' jmur kullimkien u
jgib li jrid fuq mixtliet ta' dawn il-pjanti,
kotba, ahbarijiet mid-dinja tal-kaktus u s-
sukkulenti u sahansitra fuq ghaqdiet tal-
kaktus, l-ghaqda taghna ukoll fuq:
http://cactus-mall.com/malta/index.html
minn George Borg Marks u Rene' Zahra.
Donated by the Cactus & Succulent Society visit Cactus and Succulent club website
|