It-Tilqim tal-cactus
Minn Dott. Francis X. Sammut
Mhux l-ewwel darba li kont qed
nitkellem ma' shabi d-dilettanti tal-
kaktus u indunajt li dawn qatt ma
ppruvaw ilaqqmu ghax jibzghu li ma
jirnexxilhomx, jew ohrajn li ippruvaw
ilaqqmu u fallew u ghalhekk skoraggew
ruhhom. Lil dawn nixtieq nghidilhom li
jiena wkoll fil-bidu kien ikolli telf sostanzjali,
izda jiena xorta komplejt inlaqqam u ghal
dawn l-ahhar tliet snin jiena kont
inlaqqam medja ta' elf speci fis-sena u t-
telf kien tassew zghir.
Gieli xi habib kellu xi xitla rari li jixtieqni
nlaqqamhielu. Jiena ma tantx naf nghid
le, izda meta nara li l-istokk li ikun irid
ilaqqam fuqu hu niexef jew xieref hafna,
jkolli nghid le ghax ninduna li din d-tilqima
mhix se taqbad zgur. Din hi wahda mir-
ragunijiet ewlenin ghala tilqim ma
jaqbadx. Mela qabel ma nlaqqmu rridu
naraw li ghandna stokk b'sahhtu, li jkun
qed jikber sewwa u li ma jkunx ilu li
ssaqqa. Haga ohra li rridu nahsbu fiha
qabel ma nibdew inlaqqmu hija l-post
fejn se npoggu tilqim frisk taghna
sakemm jaqbad. Il-post irid ikun
imdawwal, izda li ma tigix xemx diretta
fuqu. Irid ikun ukoll ivventilat u irid ikollu
certu grad ta' umdita, imma mhux
umdita zejda ghax inkella nirriskjaw il-
mard tal-moffa. Ma rridux ninsew li qabel
ma t-tilqima tiehu, l-ispeci li nkunu
laqqamna ma tistax tiehu ilma, u
ghalhekk jekk inpogguha f'post fix-xemx
jew fir-rih, dawn l-elementi malajr
inixxfuha u t-tilqima ma tihux. Meta jiena
nlaqqam it-tilqim gdid ma npoggiehx fis-
serra ghaliex is-serer tieghi huma fix-xemx.
It-tilqim il-gdid inpoggih go baqqieqi
(cold frames) li qeghdin fid-dell tas-sigar
tal-gnien, fejn ix-xemx ma tilhaqhomx,
izda dawl tajjeb ikollhom dejjem - id-
dawl li jiffiltra minn bejn il-weraq tas-sigar.
L-ghatu tal-baqqieqi nzommu kemm,
kemm imbexxaq biex ikun hemm
cirkolazzjoni ta' arja. L-umdita li tinhtieg
tigi mill-fatt li jum qabel it-tilqim inkun
saqqejt l-istokk u l-evaporazzjoni mill-wicc
tal-kompost tipprovdi din l-umdita
mehtiega.
Ghaliex Isir it-tilqim
L-iskop tat-tilqim huwa li nipprovdu ghajn
ta' sahha lil dik l-ispeci li ghandha
bzonnha. Minn hawn johrog li jkun telf ta'
zmien li nlaqqmu speci li m'ghandhomx
bzonn jitlaqqmu u li jimxu tajjeb fuq
gheruqhom. Minn hawn nikkonkludu
wkoll li ghat-tilqim irid jintghazel stokk
b'sahhtu u li jkun aktar vigoruz mit-tilqima
sabiex din tkun tista' tgawdi mis-sahha
ta' dan l-istokk.
L-ghanijiet tat-tilqim jistghu ikunu diversi
imma nistghu nigbruhom f'erba'gruppi:
A - Biex inkattru u nnisslu xtieli rari. Dan
naghmluh fl-interess tal-konservazzjoni.
B - Biex inkattru speci li fin-natura
taghhom jimxu bil-mod hafna.
Blossfeldia fechseri
Dawn huma Kaktus li minhabba li jikbru bil-mod ferm ikunu jridu jitlaqqmu kwazi bil-fors.
C - Biex inkattru speci varjegati li
m'ghandhomx chlorophyl u ghat-tkattir
tal-kristati.
Geohintonia mexicana forma cristata
Ikunu hafna ahjar jekk il-kristati kollha jitlaqqmu biex ikunu ma jmissux ma' wicc il-hamrija.
D - Biex naghtu aspett ta' sigar lil dawk is-
suggetti li huma fin-natura taghhom
baxxi bhaz-zygocactus U lix-
Schiumbergera (Christmas u Easter
Cactus).
Peireskiopsis velutina
Xtieli lesti biex fuqhom jitlaqqmu s-seedlings.
A - Hemm certi kakti li bil-mod, il-mod
qed isiru rari ghaliex fejn qabel dawn il-
kakti kienu qed jigu impurtati mill-abitat
naturali taghhom issa, minhabba ligijiet
godda tal-post, dan ma jistax isir aktar u
ghalhekk il-materjal li ghandna rridu
nghozzuh u nkattruh. Hawn qieghed
nirreferi ghal speci bhall Aztekium u certi
tipi t'Echinocactus, bhal E.
horizontalonius.
B - Bicca mill-kakti jimxu bil-mod hafna u
jistghu imutu mix-xejn, imqar bi ftit ilma
zejjed. Hawn qed nirreferi ghal
Ariocarpus, Uebeimannic, Pelecyphora,
u Strombocactus. Ohrajn huma soft-
bodied u l-gheruq taghhom jithassru mix-
xejn. Hawn qed nirreferi ghal certi
mammillarji bhall-M. duwei, pectinifera,
solisoides, herrerae, u saboce. Dawn
biex inserrhu mohhna, ahjar li
nlaqqmuhom. Meta nlaqqmu dawk il-
kakti li fin-natura jimxu bil-mod hafna
barra li nserrhu mohhna li issa ma jmutux
ma' l-anqas traskuragni taghna, r-rata li
biha jikbru wara t-tilqim hija rata
mghaggla hafna. F'sena u nofs xitla
mlaqqma ta, l-Atiocarpus
kotschoubeyanus var. macdowellii
rabbiet hafna offsets li flimkien kienu ta'
diametru ta' aktar minn 60 mm., u
sahansitra ghamlet il-fjuri. Iz-zerriegha
kienet inzerghet f'Marzu. Ghall-ahhar
t'April kont laqqamt is-seedlings fuq il-
Pereskiopsis velutina. F'April tas-sena ta'
wara ittrasferejt it-tilqima fuq it-
Trichocereus pasocana u f'Luiju ta' l-istess
sena kelli l-fjuri. Filwaqt li din ix-xitla
zviluppat b'dan il-mod ta' l-ghageb,
shabha s-seedlings l-ohra li thallew fil-
mixtla bla ma tlaqqmu, kienu ghadhom
intietef hdejha, biex ma nghidx li bicca
minnhom kienu mietu wkoll.
C - Kakti bhal Gymnocalycium
....'hcnovichii cv. Hibotan, li tilfu l-
chlorophyl u spiss narawhom b'hafna
kuluri - ahmar, orangjo, roza, isfar jew
kannella - jistghu jghixu biss jekk
jitlaqqmu. Il-chlorophyl li bih ix-xitla tiehu l-
energija mid-dawl tkun nieqsa f'dawn l-
ispeci u biex jghixu jridu jitlaqqmu fuq
stokk normali biex il-chlorophl ta' l-istokk
jaghmel tajjeb ghad-deficenza tax-xitla.
Insibu wkoll li certi kakti jsiru kristati u meta
jigri dan ma jibqghu jixbhu xejn lix-xitla ta'
l-istess speci li tizviluppa normali. Il-qalba
ta' kaktus normali hija l-ponta fin-nofs
minn fejn tikber. Meta x-xitla tikkrista din
ma tikbirx minn ponta, imma minn faxx
Imbaghad meta tizviluppa izjed, dan il-
faxx jitghawweg u jitmewweg u l-ispeci
kemm il darba ssir qisha mohh. Dawn l-
ispeci kristati l-ahjar li nlaqqmuhom fuq xi
tip ta' cereus addattat biex nixxuxxaw l-
ispeci minn wicc il-kompost. B'hekk
nistghu ngawduha ahjar u meta x-xitla
ma tmissx ma' wicc il-hamrija inqas
hemm riskju ta' tahsir.
D - Iz-Zygocactus u lix-Schiumbergera
huma fin-natura taghhom baxxi u
mdendlin mal gnub tal-qasrija. Biex
dawn jitgawdew izjed, dawn l-ispeci
kemm-il darba jitlaqqmu ftit fil-gholi biex
jinghataw aspett ta'sigar.
Tipi ta' stokk
Jiena hawn ser naghti tipi ta' stock li issa
ili nuza hafna u li dejjem qdewni sewwa.
Naf li xi hbieb tieghi ghandhom
preferenzi ohrajn li mhux bil-fors jaqblu
ma' l-ghazliet tieghi. Ghat-tilqim tas-
seedlings jintuzaw il-Peireskiopsis, - is-
Selenicereus u l-Hylocereus. Jiena nsib il-
Peiresklopsis l-ahjar ghal-mod mghaggel
li fuqha jikber it-tilqim u ghall-facilita li bih
jistghu jittiehdu mijiet ta' bicciet ghat-
tkattir minn ftit xtieli maturi. Pero, hawn
irrid nghid li kemm il-Peirespiopsis kif ukoll
is-Selenicercus u l-Hylocercus huma
stocks temporanji u ghandhom jintuzaw
biss ghal zmien sena jew l-aktar sentejn
biex fuqhom inkabbru s-seedlings u wara
rridu nittrasferixxu t-tilqim fuq stock aktar
permanenti. Dan ghaliex biz-zmien lis-
stock temporanju jmur lura u l-ispeci li
tkun fuqu ma tibqax tizviluppa kif imiss.
Bhala stock aktar permanenti jiena nuza
diversi speci tal-genus Trichocereus,
fosthom it-T. pachanoi, pasacancy,
terschekii, macrogonus, u fulvillanus. It-
tilqim fuq dawn l-ispeci jzomm l-aspett
naturali tieghu.
Aztekium hintonli forma mostrstruosa
Speci ohra li tmur ahjar jekk titlaqqam.
Joghgobni hafna wkoll bhala stokk l-
Etiocactusjusbertii. Tilqim fuq l-Echinopsis
m'ghadnix naghmel minhabba n-numru
kbir ta' offsets li johorgu minn taht it-
tilqima u li jkunu jridu jitnehhew il-hin kollu.
Il-Myrtillocactus geometrizans, ghalkemm
barra minn Malta jintuza hafna, ma
joghgobnix, ghaliex l-ispeci li jitlaqqmu
fuqu jintefhu u jitilfu l-forma naturali
taghhom.
Meta u kif inlaqqmu
It-tilqim irid isir fiz-zmien shun tas-sena,
ghaliex huwa f'dan iz-zmien li kemm l-
ispeci li nkunu se nlaqqmu kif ukoll l-istokk
ikunu qeghdin jikbru sewwa u ghalhekk
hemm l-akbar cans li jaqbdu. Jiena
nibda nlaqqam f'Mejju u nieqaf fl-ahhar
t'Ottubru. Hawn irrid nghid li meta anke
fix-xhur tax-xitwa gieli ndunajt b'xi kaktus li
qed tibda tithassar minn taht, kemm-il
darba hadt ir-riskju u laqqamt fix-xitwa
b'success. Pero wiehed irid jiffhem li
dawn huma eccezzjonijiet.
Il-mod kif inlaqqmu l-kaktus nistghu
naqsmuh f'zewg kategoriji
- It-tilqim tas-seedlings.
- It-tilqim ta' speci maturi (e.g. offests
etc.).
It-tilqim tas-seedlings
Kif ghedt qabel il-preferenza tieghi ghal
dan it-tip ta' tilqim huwa fuq stokk tal-
Peireskiopsis velutina. Il-bicciet tal-
Peidskiopsis li jkunu xi 154 cm., twal
inlestihom minn gimghat qabel.
Inpoggihom f'tahlita ta' kompost u
perlite, nofs b'nofs. F'zmien gimgha
dawn ikollhom hafna gheruq u allura
mbaghad inxettilhom wahda, wahda fi
qsari zghar. Iz-zerriegha ta' l-ispeci li se
titlaqqam tkun inzerghet f'April u wara
tliet gimghat li tkun nibtet jiena nlaqqam
dawn is-seedlings fuq il-Peireskiopsis.
It-teorija tat-tilqim- hija li nlaqqghu l-
vascular cambium ta' l-ispeci ser
inlaqqmu ma' dik ta' l-istokk. Meta
naqsmu xitla tal-kaktus mill-wisa' taghha,
naraw li fin-nofs hemm cirku. Dan huwa l-
vascular cambium, - u jekk nittawlulu
b'lenti, naraw li huwa fformat minn hafna
tikki zghar li kwazi jmissu ma' xulxin. Din
hija s-sistema cirkulatorja tax-xitla li biha
ttella' l-ilma u l-minerali mill-gheruq u li
minnha wkoll tnizzel lejn l-gheruq l-ikel li
nhadem gox-xitla. Issa fit-tilqim ahna
rridu nlaqqghu l-vascular cambium tax-
xitla li se nlaqqmu mal-vascular cambium
ta' lis-stock. Il-process jinhass ikkomplikat,
izda fil-prattika huwa hafif hafna.
M'ghandniex ghalfejn inlaqqghu z-zewg
crieki tal-vascular cambium id-dawra
kollha, izda hemm bzonn li cirku minnhom
imiss ma' l-iehor f'xi post biex it-tilqima
tiehu.
Fit-tilqim tas-seedlings, it-tilqima trid issir fl-
aktar post tari ta' l-istokk, igifieri kemm,
kemm, l-isfel mill-qalba. Hawnhekk irrid
nghid li fil-Peireskiopsis il-vascular
cambium m'huwiex f'nofs iz-zokk preciz,
imma qieghed mixhut aktar il barra.
Ghalhekk meta npoggu t-tilqima ma
rridux inpogguha fin-nofs taz-zokk, imma
rridu ngenbuha kemxejn biex il-vascular
cambium imissu u t-tilqima tiehu.
It-tilqim tas-seedlings isir hekk: Biex issir il-
qatgha l-ahjar li tintuza hija blade tal-
lehja, ghaliex din taqta' hafna, hija rqiqa
hafna u wara sessjoni ta' tilqim tista'
tintrema u tinbidel m'ohra. Skieken ma
jintuzawx ghal dan ix-xoghol irqiq u
lanqas is-surgical blades ghax dawn
m'humiex irqaq bizzejjed u jistghu
jghaffgu s-seedling waqt il-qtugh. Il-
blade trid titnaddaf fl-ispirtu ma' kull
qatgha u ma trid tmiss ma' mkien biex
tibqa' sterilizzata. Ma ninsewx li hawn
qed nittrattaw ma' seedlings zghar ta' xi
3 gimghat li qishom buzzieqa zghira
mimlija bl-ilma u li jistghu jinfettaw ruhhom
mix-xejn. Wara li nnaddfu l-blade bl-
ispirtu naqtghu l-bicca ta' fuq tal-
Peireskiopsis, qisu xi 10 mm 'l isfel mi1-
qalba. Issa naqilghu s-seedling mill-mixtla,
innaddfuha u nfarfruha sewwa mill-
kompost. Inpogguha fuq xi haga nadifa,
bhal nghidu ahna, bicca njama zghira.
Inzommu s-seedling ma' l-injama hafif,
hafif, kemm ma ticcaqlaqx Ulabel tax-
xitla u naqtghu s-seedling bix-xafra. Id
soda hija importanti l-aktar meta
nlaqqmu seedlings ta' l-Aztekium u tal-
Blossfeldia li dawn kemm-il darba jkunu
daqs millimetru. Il-qatgha trid issir
f'daqqa wahda u rridu nevitaw li x-xafra
nuzawha qisha serrieq. Meta l-qatgha
ssir , ir-ras tas-seedling tibqa' mwahhla
max-xafra minhabba l-ilma li johrog mill-
qatgha. Issa inressqu s-seedling lejn il-
qatgha tal-Peireskiopsis u nzerzquha bil-
mod minn fuq ix-xafra ghal fuq lis-stock.
Ma ninsewx ingennbu lit-tilqima jekk qed
nuzaw il-Peireskiopsis bhala stock, dan
minhabba r-ragunijiet li semmejna qabel.
Huwa importanti li t-tilqima naghmluha fl-
anqas hin possibbli ghaliex jekk indumu
hafna, il-qatghat jinxfu u t-tilqima ma
taqbadx. Meta nlestuha naghmlulha
label bl-isem ta' l-ispeci u d-data ta'
meta laqqamnieha. Imbaghad
impogguha f'post ghall-frisk fejn ix-xemx
ma tilhaqhiex. Kif innotajtu fit-tilqim tas-
seedlings rbit u pizijiet ma jidhlux. F'
anqas minn gimgha inkunu nafu jekk it-
tilqima qabditx jew le. Jekk tkun qabdet,
it-tilqima tibqa'minfuha u iebsa. Jekk ma
tkunx qabdet, it-tilqima tirtab u tibda
titkemmex. Wara xi ftit granet li ssir it-
tilqima l-istokk jibda johrog rimi minn taht
u dawn il-bghula rridu nnehhuhom il-hin
kollu, ghaliex inkella huma jiehdu s-
sustanzi minflok it-tilqima.
Mammillaria hernandezii
Din hija speci ckejkna li tikber bil-mod hafna.
It-tilqima tithalla fuq il-Peireskiopsis ghal xi
sena u mbaghad fir-rebbiegha ta' wara
ghandna zewg ghazliet. Nistghu l-ispeci li
laqqamna u li issa tkun kibret sewwa,
naqtguha minn ma' l-istokk, innixfu l-
qaghta ghal ftit jiem u mbaghad
ingeghluha xxenxel. L-ghazla l-ohra hija li
nergghu nlaqqmuha fuq stokk izjed
permanenti, bhal nghidu ahna, stokk tat-
Trichocereus.
It-tilqim ta' speci maturi
Hawn l-aktar li tintuza hija t-tilqima fic-
catt. Rari hafna jintuzaw tipi ta' tilqim
iehor bhal slant grafts u cleft grafts
Ghal dan it-tip ta' tilqim tintuza sikkina
b'xafra taqta' hafna. Is-sikkina ma tridx
tkun imsadda jew b'xi xifer imtajjar u ma
ninsewx li x-xafra tas-sikkina trid titnaddaf
bl-ispirtu ma' kull qatgha li ssir. L-ispeci li
se nlaqqmu tista' tkun jew it-tilqima li
tkabbret minn seedling, xi offset minn xi
speci rari, xi offset speci li diga kienet
imlaqqma jew il-parti ta' fuq ta' xi speci
rari.
It-tilqim fic-catt isir hekk: L-istokk li kif
ghedna jrid ikun minfuh u msaqqi minn
qabel, jinqata' ftit aktar mill-gholi finali
tat-tilqima. It-truf tal-kustilji ta' l-istokk kif
ukoll il-gilda ta' madwar il-qatgha
jinqatghu barra biex dawn ma imissux
mat-tilqima. Jekk dan ma jsirx il-gilda ta'
lis-stock tikber il fuq u timbotta t-tilqima 'l
barra. Issa naqtghu qata rqiqa mill-parti
ta' fuq ta' l-istokk u nhalluha fil-post
sakemm nippreparaw l-ispeci li se
titlaqqam. Naqtghu l-ispeci li se
titlaqqam u nnehhulha dik il-parti tal-
gilda li se tmiss mat-tilqima. Noqoghdu
attenti li ma mmissux il-parti l-maqtugha
ma' mkien. Issa titnehha dik ir-hta irqiqa
minn fuq l-istokk u naraw li laqqajna l-
vascular cambium tat-tilqima ma' dik ta'
lis-stock. Issa rridu nizguraw lit-tilqima ma
ticcaqlaqx mill-pozizzjoni li tajnieha billi
jew nghabbuha b'xi piz addattat, jew
norbtuha bir-rubberbands. IL-lastiku l-
ewwel nghadduh taht il-qasrija u
mbaghad innizzluh bil-mod il-mod fuq it-
tilqima. Biex zgur it-tilqima ma ticcaqlaqx
nghaddu lastiku ohra bl-istess mod biex
tissallab ma' ta' qabel. Issa npoggu l-
label li fuqha niktbu l-isem ta' l-ispeci u d-
data tat-tilqima. Il-piz jew il-lastiku
innehhuh f'ghaxart ijiem. Jekk it-tilqima
tkun qabdet il-qalba malajr tibda' tikber.
Jekk it-tilqima ma taqbadx, jew ghax ma
laqqajniex il-partijiet sewwa, jew ghax il-
qatghat lahqu nixfu qabel ma
ghaqqadniehom flimkien, allura t-tilqima
tibqa' lura u tista' tohrog xi gheruq li
jippruvaw jinzlu 'l isfel ghal go l-istokk.
F'dan il-kaz nistghu nippruvaw
inlaqqmuha mill-gdid billi naghmlu
qatghat godda kemm fl-istokk u kemm
fil-bicca li konna laqqamna.
Uebelmannia pectinifera
Din hija speci li dejjem ahjar jekk tkun dejjem imlaqqma.
Jiena naf li hemm xi kollezzjonisti tal-
kaktus li dawn il-kakti mlaqqmin
jarawhom artificjali u ma joghogbuhomx.
Hlief fil-kaz tal-kristati lanqas lili ma
joghgobni it-tilqim fl-gholi fejn l-istokk
jithalla twil hafna, izda lil dawn l-ispeci
mlaqqmin nistghu naghtuhom aspett ta'
xitla normali billi meta x-xitla mlaqqma
tistabilixxi ruha tajjeb, l-istokk twil jerga'
jinqata xi 25 mm 'l isfel mit-tilqima u
nhalluh jaghmel l-gheruq mill-gdid. Biex
nevitaw it-tahsir meta nxettlu l-ispeci,
mal-livell tal-kompost qatt ma ghandu
jmiss mat-tilqima, izda bi ftit gravel fil-wicc
tal-kompost ix-xitla ma tkunx tidher li hija
mlaqqma. B'hekk inkunu qeghdin
niehdu l-vantaggi kollha ta' speci
mlaqqma minghajr ma nitilfu l-aspett
naturali.
It-tilqim tas-Seedling fuq il-Peireskiopsis
Il-qalba tal-Peireskiopsis tinqata' barra u s-seedling li se titlaqqam tinqata' u titpogga fuq il-Peireskiopsis minghajr l-ebda piz jew rbit.
- L-istokk jinqata' l-gholi li jkun mehtieg.
- It-truf tal-kustilji u l-gilda tax-xifer tal-qtugh tigi mnehhija biex ma tmissx mat-tilqima.
- Wara li l-ispeci li se nlaqqmu tinqata', titnehha l-gilda minn tat-tarf tal-qata', u t-tilqima titpogga fuq l-istokk b'mod li l-vascular cambiums jitlaqqghu u tinzamm fil-post b'zewg rubber bands imsalbin.
It-tilqim tas-Seedling fuq il-Peireskiopsis
Il-qalba tal-Peireskiopsis tinqata' barra u s-seedling li se titlaqqam tinqata' u titpogga fuq il-Peireskiopsis minghajr l-ebda piz jew rbit.
Donated by the Cactus & Succulent Society visit Cactus and Succulent club website
|