Articles
Bonsai Club
Cactus Club


Dogs Plants Cats Fish Birds Exotic PetNGarden

News Shops My pet page Search Contact List Win Free Services send e-mail

IL-MAMMILLARIA * il-genus l-aktar imfittex mid-dilettanti tal-kaktus

minn René Zahra

Fil-familja tal-kaktus il-genus tal-Mammillaria huwa wiehed mil-genera l-aktar popolari ma' dawk kollha li jikkultivaw dawn ix-xtieli. Hemm hafna ragunijiet li jaghmlu dawn il-kakti hekk popolari u allura l-ahjar li l-ewwel naraw xi ftit minnhom.

  1. Hafna mill-popolarità ta' dawn ix-xtieli gejja mill-fatt li l-ispeci kollha ta' dan il-genus ma jikbrux hafna. Minhabba dan fl-ispazju limitat taghna nkun nistghu nzommu hafna minnhom. Il-forma ta' dawn il-kakti hija globulari, jew xi ftit tawwalija. L-akbar speci qatt ma jkollhom diametru ta' aktar minn xi 20 cm., ghalkemm hemm hafna minnhom li jiffurmaw hafna rjus hdejn xulxin li lkoll f'daqqa jkollhom diametru ta' hafna aktar minn hekk.
  2. Dan huwa l-aktar genus li fih speci differenti u ghalhekk wiehed jista' facilment jaghmel kollezzjoni minn xtieli ta' dan il genus biss.
  3. Hemm ukoll il-fatt li l-kultivazzjoni ta' dawn ix-xtieli hija facli ferm.
  4. Fattur iehor favur il-Mammillaria huwa l-fatt li bhala regola generali l-ispeci kollha jitkabbru facilment miz-zerriegha u malajr jaghmlu l-fjuri f'abbondanza u jekk dawn jiddakkru sewwa jipproducu hafna zerriegha.

Il-forma ta' dan il-kakti

L-aktar haga partikolari ghal dan il-genus hilja li l-kustilji li nsibu f'kaktus iehor ma jezistux fil-Mammillaria u minflok il-kustilji nsibu ringieli ta' mammelli jew hotob ckejknin bl-arejola fuqhom. F'dan il-genus insibu wkoll zewg tipi ta' arejoli.

Bhal ma digà ghedna tip ta' arejola tkun fuq kull wahda mil-hotob, tip t'arejola ohra tkun bejn dawn il-hotob jew mammelli. Filwaqt li l-arejola ta' fuq tipproduci x-xewk biss dik ta' taht ma tipproducix xewk, izda tajjar u lanzit, kif ukoll il-fjuri u aktar 'il quddiem il-frott. Meta l-Mammillaria jipproducu l-frieh dawn dejjem johorgu mill-arejola ta' bejn il-mammelli.

Fejn jikbru dawn il-kakti

Bhall-kaktus l-iehor kollu il-Mammillaria tikber fl-istat natural taghha fil-kontinent Amerikan. L-akbar numru ta' speci jinstabu fil-Messiku, izda nsibu xi ftit speci fl-Istati Uniti, specjalment fl-istat ta' Arizona. Insibu xi ftit speci differenti fuq xi gzejjer fil-Bahar Karibew. Speci partikulari tinstab sahansitra fil-Venezwela u fil-Kolumbja, fl-Amerika t'Isfel. Huwa propju ghalhekk li matul din il-medda enormi ta' art, b'tant differenzi klimatici u geografici, insibu aktar minn 200 speci differenti u hafna varjetajiet taghhom ukoll.

Il-kultivazzjoni ta' certu speci ta' Mammillaria

Minkejja li l-ispeci tal-Mammillaria huma facli hafna biex tkabbarhom, hemm ukoll certi speci li wiehed irid joqghod xi ftit attent meta jkun qieghed isaqqihom. Generalment dawk l-ispeci li huma rigidi, bhalma hija l-Mammillaria pettersonii, ghandhom il-kultivazzjoni taghhom aktar facli, filwaqt li dawk li huma xi ftit rotob bhal; Mammillaria jaliscana, u l-Mammillaria bocasana jibzghu hafna mill-ilma zejjed. Hemm ukoll dawk l-ispeci li jikbru bil-mod u jkun kollu ghalxejn jekk nippruvaw inkabbruhom malajr billi naghtuhom il-fertilizanti. Fost dawn il-Mammillaria insibu l-M. deherdtiana, denudata, egregia, goldii, hernandezii, herrerae, lenta, theresae, u ohrajn bhalhom. Dawn l-ispeci jkun ahjar jekk wiehed ilaqqamhom fuq xi speci ta' kaktus aktar robust u li jikber malajr.

Minbarra dan kollu il-kompost normali li nuzaw u l-kultivazzjoni li naghtu lill-kaktus l-iehor jghoddu ukoll ghall-Mammillaria.

Xi partikolaritajiet fuq certi speci

Huwa difficli biex wiehed jghid liema huma l-isbah speci, ghaliex nghid ghalija l-aktar speci sabiha tkun dik li tkun imkabbra b'mod perfett, xitla li ma jkollha l-ebda difett. Min-naha l-ohra huwa fatt innegabbli li hemm certi speci li minhabba li ghandhom certu gmiel jispikkaw aktar mill-ohrajn. Hemm ukoll il-preferenzi partikolari ta' l-individwu, izda minkejja dan wiehed jista' jsemmi xi whud minn dawn l-ispeci u jghid xi haga fuqhom ukoll.

Il-Mammillaria plumosa u schiedeana huma zewg favoriti kbar. Dawn iz-zewg speci t-tnejn ghandhom xewk taghhom f-forma ta' rix artab u dan jiksihom kompletament. Ta' l-ewwel hija ta' lewn abjad, filwaqt li l-ohra hija lewn id-deheb. Ghalkemm il-M. plumosa kwazi nqerdet ghal kollox minn fejn kienet tikber selvagga, fil-kollezzjonijiet hija komuni ghaliex tigi propagata facilment, kemm bil-bicca kif ukoll miz-zerriegha. Varjetà xi ftit delikata, izda tassew sabiha hija l-M. schiedeana var. plumosa. Filwaqt li l-ispeci propja hija lewn id-deheb, din il-varjetà jkollha dak ix-xewk speci ta' rix, ta' lewn abjad bic-centru ta' l-arejola isfar.

Speci ohra tassew sabiha hija l-M. humboltii. Din ukoll hija kompletament miksija b'xewk artab u ta' lewn abjad silg li huwa catt ma' gismha u ghalhekk aktar qisha ballun tat-tennis milli xitla. Il-fjuri li huma homor jikkuntrastaw ferm mal-bjuda ta' din l-ispeci. Niftakar zmien meta din kienet speci rari ferm, izda llum saret komuni, ghaliex facilment insibu z-zerriegha taghha u tikber facilment. Hemm dawk li jippreferu jlaqqmuha ghaliex b'hekk tikber aktar u taghmel aktar fjuri wkoll.

Hemm ukoll numru ta' speci tal-Mammillaria il huma sbieh ferm ghaliex ghandhom xewk pektinat. Ghalkemm jikbru tajjeb hafna miz-zerriegha, u ghal xi zmien ikunu jidrhu sejrin tajjeb, f'daqqa wahda, bla kliem u bla sliem imutu. Dawn huma l-M. pectinifera, u l-M. solisioides. Dawn ukoll hawn min jippreferi li jlaqqamhom, izda aktarx li dawn iz-zewg speci ghandhom hajja iqsar minn dik ta' speci ohra.

L-isbah fjuri f'dan il-genus huma dawk tal-M. guelzowiana, u l-M. senilis Dawn it-tnejn ghandkom fjuri kbar hafna ta' lewn ahmar. Ta' l-ewwel ghandha hafna xaghar twil, abjad u xewk isfar iggancjat, filwaqt li l-ohra ghandha xewk twil, abjad li xi ftit minnu huwa iggancjat ukoll.

Dawk l-ispeci li qabel kienu jaghmlu parti mill-genus tal-Cochemiea u li issa qeghdin ukoll fil-genus tal-Mammillaria, kollha ghandhom fjuri kbar, izda ma jaghmluhomx daqshekk malajr. Dawn huma l-M. halei, maritima, pondi, poselgeri u setispina. Dawn l-ispeci jiffurmaw bhal swaba' twal. Ftit ghandhom xewk, izda dan ikun iggancjat.

Xi speci komuni izda sbieh

Ma nistax ma nsemmix certi speci li ghalkemm wiehed ma jistax jghid li huma rari, izda xorta huma ta' certu gmiel. Mhux possibbli li naghtikom dettalji fuq kollox, ghaliex kieku rrid ktieb shih, b'dan kollu nixtieq kieku nsemmi xi ftit bhal:-

  • M. boolii - Speci ckejkna b'xewk abjad, iggancjat, u fjuri kbar roza.
  • M. candida - Speci mdaqqsa b'xewk iebes u imdaqqas, ta' lewn abjad.
  • M. crucigera - Speci b'xewk ckejken kannella li taghmel fjuri homor, ckejknin hafan.
  • M. dixanthocentron - Speci mdaqqsa bix-xewk isfar. Dak radjali ckejken, filwaqt li dak radjali dritt u twil. F'certa varjetà dak dritt huwa kannella.
  • M. geminispina - Speci ohra bajda, b'xewk radjali ckejken, filwaqt li dak centrali huwa twil u bil-ponta kannella.
  • M. hahniana - Din li tikber mhux hazin hija ukoll hija speci bhafna xaghar ohxon, abjad, li jahbi ix-xewk abjad ukoll li jkun go fih. Il-fjuri huma roza skur hafna.

Mammillaria hahniana

  • M. microhelia - L-isem ta' din l-ispeci jfisser "xemx zghira". Dan ghaliex ix-xewk qasir, isfar u abjad, hiereg minn gol-arejola propju qisu xemx bir-raggi. Din hija speci li titwal u ma tibqax globulari.
  • M. pennispinosa - Speci ckejkna b'xewk kannella car u msewwef.

Xi speci li nstabu dan l-ahhar

Kien propju xi tmintax-il sena ilu meta Alfred Lau rega' beda jfittex il-M. carmenae li hija wahda mill-isbah speci. Din l-ispeci kienet sparixxiet mill-kultivazzjoni ftit wara li nstabet u get deskritta. Meta fl-ahhar sabha minhabba x-xewk fin lewn id-deheb li jiksiha kompletament, malajr akkwistat hafna popolarità u llum tinstab f'hafna kollezzjonijiet.

Meta Alfred Law kien qieghed ifittex il-Mammillaria li ghadni fif semmejt, fl-istess inhawi skopra wkoll speci gdida kompletament. Din issemmiet Mammillaria laui, ghal min sabha. Din ix-xitla ghandha xewk folt, abjad u fjuri homor. Minn din l-istess speci nstabu wkoll varjetajiet taghha li xi whud sahansitra jikkonsidrawhom bhala speci separati. Dawn huma; l-M. laui var. dasyacantha u l-M. laui var. subducta.

Mammillaria laui

Speci tassew interessanti li nstabet dan l-ahhar hija l-M. perezedlarosae. Din tixbah xi ftit lill-M. bombycina, ghanha ix-xewk radjali, ckejken u pektinat, filwaqt li dak centrali huwa iswed u ggancjat.

L-izjed kaktus rari bhal issa

Hafna minn dawk li jibdew jinteressaw ruhhom fil-kaktus malajr jistaqsu liema hija l-izjed speci rari. Din il-haga tiddependi hafna fuq iz-zmien. Speci li tkun ghadha kemm instabet aktarx li tkun rari, ghaliex issa huwa difficli hafna li speci godda johorgu mill-Messiku. Sa ftit ilu il-Mammillaria marcosii, sanchezmejorada, u tezonte, kienu rari ferm, izda propju is-sena l-ohra bdiet tidher ghall-bejgh iz-zerriegha taghhom. Zgur li issa dawn isiru komuni daqs l-ispeci l-ohrajn. Zgur li fost il-kaktus kollu li nafu bih, bhal issa l-aktar rari u li qieghed kulhadd jitkellem fuqu huwa l-Mammillaria luethyi. Din hija speci tassew sabiha u differenti hafna mill-ispeci l-ohra. Hija speci ckejkna li jkollha diametru ta' xi 5 cm, izda taghmel xi ftit frieh ukoll. Il-mammelli huma mal-5.5 mm., twal u fuqhom ikollhom xewk abjad u artab il-aktar qisu tajjar. Il-fjuri huma kbar, b'diametru ta' madwar 2.8 cm. Dawn jixbhu hafna lil dawk tal-Mammillaria goldii, saboa, jew theresae, infatti din l-ispeci tappartjeni lil dan l-istess grupp. Nahseb li jkollna nistennew ftit iehor sewwa sakemm din l-ispeci tasal f'Malta wkoll.

Mammillaria sanchez-mejorada

Speci li ftit li xejn naghtu kashom

Mammillaria amajacensis Brachet & Lacoste - Cactus & Succulent Journal (US) 69(4): 185 -189 (1997).
Din l-ispeci Hunt kien qal li hija qrib il-M. hahniana var. mendeliana, filwaqt li Sanchez-Mejorada li kien sabha fl-1955 haseb li kienet forma tal-M. lloydii. Fl-1970 Charles Glass sejhilha M. sempervivi var. tetracantha. Il-verità hija li din hija speci differenti minnhom kollha li tikber sa diametru ta' 11-il centimetru u taghmel fjuri homor.

Mammillaria brachytrichion Lüthy, Kakt and Sukk 38(12): 294-297 (1987).
Din l-ispeci interessanti u li hija xi ftit rari nstabet minn Alfred Lau fl-1980. Hunt jinsisti li din l-ispeci ckejkna hija sinonomu mal-M. mercadensis, filwaqt li Lüthy stess haseb li hija sinonomu mal- M. sinistrohamata. Il-koppja FitzMaurice joqghdu fil-Messiku u li studjaw il-Mammillara fil-postijiet fejn jkibru jinsistu li din hija tassew speci li hija differenti mill-ispeci l-ohrajn. S'issa din l-ispeci ghadha rari hafna anke barra minn Malta.

Mammillaria kraehenbuehlii Krainz Die Kakt. Liefy 46-47 (1971).
Din hija speci ohra tassew interessanti, izda li ftit li xejn narawha fil-kollezzjonijiet. Hija speci ckejkna b'xewk artab ta' lewn abjad, izda bil-mod tifforma hafna rjus u tohloq clump ckejken. Il-fjuri homor jikkuntrastaw hafna max-xewk abjad.

Mammillaria linaresensis R. & F. Wolf (1990.
Hunt jirreferi ghal din il-Mammillaria bhala M. melanocentra subspecies linaresensis, izda hija differenti wisq minn din l-ispeci biex tkun bhala subspeci taghha. Il-fjuri ta' din l-ispeci huma sofor filwaqt li ta' l-ohra huma homor. Ix-xewk huwa differenti wkoll u sahansitra hemm differenza anke fil-forma u l-kulur tal-frotta u taz-zerriegha.

Mammillaria mieheana Tiegel: Moeller's Deutsche Gartenz: 48: 397 (1933).
Ghal hafna zmien din l-ispeci ma tantx kienet tinghata attenzjoni. Hunt jaccetta din bhala speci differenti u jzid li hija bejn il-M. densispina u l-M. elongata. Personalment nghid li izjed tixbah lill-M. elongata, izda hija ehxen u ghandha xewk isfar different fil-ghamla minn dak ta' din l-ispeci.

Mammillaria pilispina J. A. Purpus: Monatsscr. Kakteenk. 22: 150 (1912).
Din hija speci li probabbli hafna nafuha taht wiehed minn dawn l-ismijiet: M.rayonensis, sanluisensis jew subtilis, izda ta' fuq nett huwa l-isem propju.

Mammillaria schiedeana subspecies giselae (J. G. Mertinez-Avalos & Glass) Lüthy: Kakt and Sukk 49(8): 181-184 (1988).
Hunt jghid li din ghandha tkun speci differenti u jiena hawn naqbel mieghu. Hija speci sabiha hafna li tifforma clumps. Ghandha xewk ehxen u mhux daqshekk pektinat bhal dak tal-M. schiedeana. Il-fjuri taghha huma roza fil-lilà u generalment tibqa' wkoll icken.

Mammillaria scheinvariana R. Ortega - Varela & Glass: Guide to the identification of threatened cacti of Mexico 1: (1997).
Din hija speci gdida li ghadni qatt ma rajt imkien. Il-koppja FitzMaurice li digà semmejt qabel huma ta' l-idea li din hija varjetà tal-M. crinita, izda hafna huma li ma jaqblux ma' dan. L-abitat ta' din l-ispeci nqered ghal kollox meta sar ilquh ghall-ilma ta' xmara li warajh iffurmat ghadira. Din hija speci ckejkna b'hafna xaghar abjad. Jien insibha tixbah xi ftit lill-M. bocasana, izda m'ghandhiex xewk gancjat. Tifforma clumps ta' ftit irjus li individwalment ikollhom diametru ta' xi 5 cm.

Mammillaria wiesingeri Boedeker: Kakteenk (1933): 204.
Din l-ispeci interessanti kienet kwazi minsija kompletament. Hemm dawk li jinsistu li hija forma tal-M. rhodantha, izda hija differenti hafna minn din l-ispeci. Ma tikbirx daqs il-M. rhodantha u ricentement jinkludu bhala subspeci taghha l-M. apanensis. Huwa tassew dnub li din l-ispeci hekk facli biex tkabbarha baqghet tant rari fil-kollezzjonijiet taghna.

Mammillaria zublerae Repenhagen: Gatt. Mamm: 48 (1987).
Hunt jinsisti li din hija biss forma ohra tal-Mammillaria prolifera li hija varjabbli hafna. Ftit huma dawk li jaccettaw din li haga ghaliex jghidu li din l-ispeci ma tiffurmax clumps kbar u l-kultivazzjoni taghha hija difficli hafna. Dnub li din l-ispeci ghadha tant rari.

Aktar informazzjoni

Dawk li jixtiequ jafu aktar fuq l-ispeci l-ohra li kollha huma sbieh u zgur li jaghmlu kollezzjoni interessanti, jistghu jissellfu mil-librerija ta' l-Ghaqda kotba li jittrattaw dan il-genus biss, minkejja dan hemm kotba ohra li fihom ukoll hafna informazzjoni fuq il-Mammillaria. Fil-ktieb Cacti the Illustrated Dictionary ta' Rod & Ken Preston-Mafham li fih mhux anqas minn 300 ritratt bil-kulur ta' Mammillaria, li l-bicca l-kbira huma wkoll bil-fjuri. Ktieb iehor li fih ritratti bil-kulur ta' l-ispeci kollha u li issa jinstab fil-librerija ta' l-Ghaqda wkoll huwa: Mammillaria ta' John Pilbeam. Dan l-awtur kien hareg ktieb iehor fuq dan is-suggett, izda dan ta' l-ahhar li fih 376 pagna huwa tassew minjiera ta' informazzjoni fuq dan il-genus.

Nahseb li mhux ta' b'xejn li barra minn Malta mhux talli l-genus tal-Mammillaria huwa popolari ferm, izda hemm hafna li jispecjalizzaw fih biss. Insibu wkoll ghaqdiet tal-Mammillaria biss, kif ukoll hafna pubblikazzjonijiet fuq dan il-genus. Dawn il-kakti jien nirrakkomandhom anke lil dawk li ghadhom jibdew id-delizzju, ghaliex jaghtuhom sodisfazzjon zgur.

Mammillaria huitzilipochtli var.nidulans


Donated by the Cactus & Succulent Society visit Cactus and Succulent club website



your ad could be here

coloring pages

.

Quick links: Home Birds Cats Dogs Fish Exotic Plants Free cross stitch pattern Free stained glass patterns Eggart by Candice Top Cocktail Recipes Free pet coloring pages Free animal vectors Colorful stained glass patterns for free Educational tutorials Privacy Policy

page generated in 0.007062 seconds
61