Articles
Bonsai Club
Cactus Club


Dogs Plants Cats Fish Birds Exotic PetNGarden

News Shops My pet page Search Contact List Win Free Services send e-mail

L-ARTI TAL-BONSAI

Taghrif migbur minn Twanny Agius

Il-bonsai hija arti; Arti b'differenza. Arti ghaliex hija bhal pittura li tohrog il-hsieb tal-pittur, oggett sabieh li wiehed jiehu gost jara. B'differenza ghaliex fil-waqt li l-pittura la darba tkun lesta tibqa' l-istess, il-bonsai tibqa' tinbidel matul is-snin.

Il-Bonsai

Il-bonsai hija sigra li flok qed tikber fl-art qed tikber go recipjent generalment tac-caqquf jew ceramika. Il-bonsai ma hijiex xi holqien tal-bniedem, ghaliex sigar li normalment jikbru l'fuq minn ghaxar metri, insubuhom jikbru sa inqas minn metru fin-natural. Dan ghaliex fil-post li tkun waqat iz-zerriegha ma jkunx hemm biz-zejjed hamrija, imma l-ambjent ta' madwara jippermetti li tkompli tghix, akkost in-nuqqas ta' hamrija u elementi ohra bhall; rih, silg, insetti etc.

Sfortunatament hawn Malta hu rari hafna li nsibu bonsai jikbru fis-selvagg, u dan ghaliex is-shana tas-sajf taghna ma tippermetix li-sigar jibqghu hajjin jekk ma jkollhomx erghruq fil-fond. Imma f'pajjizi ohra fejn l-ambjent mhux daqshekk xott fis-sajf hi haga kommuni li-tara sigar li-ghalkemm jidher li ghandhom hafna zmien, baqghu zaghar. Dawn is-sigar partikulari gibdu l-attenzjoni tal-bniedem, fejn ghall-ewwel darba ic-Cinizi bdew jaqalghu dawn is-sigar zaghar u jhawwluhom f'recipjenti tac-caqquf. Imma sabiex dawn is-sigar jibqghu sbieh kellhom bzonn li-jinzabru regolari, xoghol li-jaghmel l-insetti u xi annimali fis-selvagg. Kellhom bzonn ukoll li-jigu iffurmati permezz tal-wire fejn il-fergha tigi mdawwra bil-wire imbaghad maghwga l-isfel biex taghti dehra ta xjuhija, xoghol li-jsir mil-piz tas-silg fin-natural. Biex sigra tibqa f'sahhitha go recipjent zghir, hemm bzonn li (ta kull sena ghall-ewwel, u anqas spiss aktar ma tikber) jigu maqtugha l-eghruq b'terz, sabiex kull sena l-erghuq ikollhom fejn jikbru f'hamrija gdida u qatt ma tigi potbound, dan ix-xoghol ukoll isir mid-dud fis-selvagg.

Biex minn xitla taghmel bonsai il-process jiehu snin, u anke meta jghaddu dawn is-snin u x-xitla tiehu l-forma ta' bonsai (bejn wiehed u iehor xi hames snin), qatt ma tista tghid li hija kompluta, dan ghal fatt li jekk ma tibqax tiehu hsieba u zommilha l-forma, is-sigra tikber kif trid hi u ma tibqax b' dik il-forma attrajenti li tolqtok kif thares lejha. Bonsai mhix sempliciment xitla go recipjent baxx tac-caqquf jew ceramika. Bonsai tajba hi li meta thares lejha tkun qisek qed tara sigra ta veru, fejn ikun hemm bilanc bejn il-hxuna taz-zokk, il-frieghi u id-daqs tal-weraq. Biex tissejjah bonsai irid ikun jidher fiha certi karatteristici, u dawn hemm bzonn li nitaghlmu naghrfuhom, biex inkunu nistghu niffurmaw bonsai sabiha.

Kif nistghu naghrfu dawn il-karatteristici? L-ewwelnett ma nikkuntentawx billi naraw il-bonsai taghna biss izda naraw ta' haddiehor u ghalhekk tajjeb li nkunu membri f'xi ghaqda fejn inkunu nistaghu naqsmu l-esperjenzi u nitaghlmu minn membri ohra. Pass iehor tajjeb huwa billi naraw bonsai fuq kotba u anke videos, fejn naraw bonsai ta' certa klassi li sfortunatament ghadna ftit il-boghod minn dan it-tip ta' bonsai li jissejhu Master pieces. Dan zgur li mhux tort taghna ghaliex hawn Malta m'ilniex li bdejna wisq nipprattikaw dan id-delizju, u mhux facli li tipproduci bonsai Master piece. Meta tosserva bonsai minn fuq kotba u videos, dawn jghinuk aktar biex taghmel bonsai ta' livell.

Kif tifforma Bonsai

  1. Billi tara' xi sigra fin-natural li jkollha forma sabieha u tipprova tixtri xitla adattata ghal dik il-forma.
  2. Tara' xitel ta' sigar f'xi nursery u bl-esperjenza li tkun ksibt permezz ta' kotba, videos ecc. taghraf tohrog dik il-bonsai li tkun mohbija fost hafna weraq u frieghi.
  3. Ma nippretendux li nixtru xitla, naqtghu 'l hawn u 'l hinn u bi ftit wire, pot tal-bonsai u f'saghtejn, nghidu li ghandna bonsai. Is-sigra trid iz-zmien biex ifiequ il-feriti u l-frieghi jimtlew bil-weraq zghar.
  4. Bonsai trid hafna zmien, pacenzja u attenzjoni biex tibqa' hajja, b'sahhitha u b'forma tajba.

Xi punti li wiehed ghandu jfittex meta jigi biex jaghzel xitla ghal-bonsai, u kif pass pass tifforma bonsai.

Din hija xitla tipika tal- Juniper li tista tinxtara minn ghand Nurseries Lokali. Hija sigra robusta hafna li tixbah lill dik tac-Cipress, hi ideali ghall min irid jibda dan id-delizzju, ghax tiflah hafna ghat training peress li ghanda zokk flessibli.

Il-punti li wiehed ghandu jfittex huma kif gej:

  1. Zokk sabieh u fih liwja nteressanti. (a)
  2. Fergha tajba biex isservi ta 'leader'. (b)
  3. Fergha li tohrog f'liwja minn naha ta' barra taz-zokk. (d)
  4. Fergha tajba biex tibbilancja id-disinn finali. (e)
  5. Fergha li tohrog minn wara biex taghti dehra ta' fond. (d)

Wara li tkun ghazilt ix-xitla tibda taghtiha il-forma li kellhek f'mohhok.
Kif tidher wara li qtajna il-frieghi zejda u ghamilna ftit wiring.
Ikun hemm bzonn li nnehhu xi frieghi meta dawn ikunu jostakolaw il-bilanc fid-disinn finali u biex naghtu dik id-differenza fil-hxuna taz-zokk li taghmel ferm sabieh.

Kif tider wara iz-zbir u l-'wiring'. Imma issa jonqos li tkompli timla il-frieghi bil-weraq u nsibulha recipijent addattat u b'hekk tiehu dehra aktar sabieha.

Il-forma finali, u l-idejal li jkollok f'mohhok meta tkun rajt u ghazilt dik ix-xitla partikulari biex tifforma f'bonsai.
Issa jonqos li-tkompli tiehu hsieba sew kemm min-nutrimentl u ilma kif ukoll fil-forma taghha billi tizborha, fil-waqt li-tgawdiha.


Wiring

Dan isir biex izomm iz-zokk jew xi fergha fil-pozizzjoni li jkollok f'mohhok sakemm din tissoda u tibqa hekk wara li tnehhilha il-wire, dan jiddependi mit-tip ta' pjanta, mill-hxuna taz-zokk u miz-zmien li fieh tapplika l-'wire'.
NB: Il-bonsai trid tkun ftit xotta meta tkun ser tapplika l-'wiring'.

  1. Il-frieghi iridu jkunu jidhru individwali mhux jaghttu lil xulxin.
  2. Biex tider aktar xiha, il-frieghi jridu jkunu mnizlin 'l isfel bil-'wire' jew xi piz.
  3. Iz-zokk principali irid ikun ohxon isfel u jidjieq sa ma jasal sat-tarf, preferibilment jidjieq ftit ma kull liwja fil- kaz ta' 'informal upright style'.
  4. Il-'wire' li tuza jrid ikun tar-ramm jew aluminium.
  5. Biex tapplika l-'wire' trid taqtghu it-tul tal-fergha u nofs.
  6. Tibda dejjem minn naha ta' isfel.
  7. L-ahjar zmien biex tapplika il-'wire' huwa minn Novembru sa Frar.
  8. Il-'wire' irridu nnehhuh xi tlett xuhur wara, biex nevitaw li jimmarka iz-zokk, jekk ikun hemm bzonn nergaghu napplikaw il-'wire' imma mhux fuq l-istess post.
  9. Nistghu nuzaw 'wire' bhala vent mill-fergha ghal mal-genb tal pot, jew xi piz imdendel mal fergha biex din innizluha l-isfel.
  10. Tista' ddahhal Bonsai bil-'wire' ghall-wirja basta jkun pulit u kif suppost.

Zbir

Ghodda; 'Concave Cutter'' indispensabbli biex ferita tfiq sew u fl-inqas zmien possibli. L-aktar zmien adattat huwa tard fix-xitwa meta is-sigar ikunu rieqda u ftit qabel ma jibdew jarmu il-weraq godda, b'hekk il-ferita ma ddumx ma tkun tista terga tinghlaq. Importanti li kull fejn naqtghu xi fergha nissigillaw b'xi tip ta 'sealant' biex niprotegu is-sigra min xi-mard li jista' jidhol min fejn inkunu qtajna.


Donated by the Bonsai Culture Group. visit MAS club website



your ad could be here

coloring pages

.

Quick links: Home Birds Cats Dogs Fish Exotic Plants Free cross stitch pattern Free stained glass patterns Eggart by Candice Top Cocktail Recipes Free pet coloring pages Free animal vectors Colorful stained glass patterns for free Educational tutorials Privacy Policy

page generated in 0.005861 seconds
61