Articles
Bonsai Club
Cactus Club


Dogs Plants Cats Fish Birds Exotic PetNGarden

News Shops My pet page GuestBook Search Contact List Win Forum Free Services send e-mail

SIGAR TAL BONSAI

minn Guzeppi Busuttil,

kif pubblikat fill-ktejjeb ta' l-Ghaqda Muzikali San Nikola
- Festa 1997.

Is-sigar tal-'Bonsai' kienu bdewhom Ic-Cinizi u warajhom, il-Gappunizi. Fl-1834, il-Gappunizi kienu ghamlu l-ewwel esebizzjoni tas-sigar tal-'Bonsai' gewwa Parigi u fl-1909 ghamlu ohra f'Londra. Wara l-ahhar gwerra, l-arti tas-sigar tal-'Bonsai' bdiet tinfirex fil-Punent ukoll. Hawn Malta, din l-arti dahlet u nfirxet sewwa, tant li l-Ghaqda tal-'Bonsai', jew kif inhi maghrufa "Bonsai Culture Group", ilha hafna mwaqqfa. Meta wiehed jara dawn is-sigar tal-'Bonsai', wiehed jistaqsi, "kif jista' jkun li zomm sigra bhal prinjola, zebbuga jew cipressa gholja ftit centimetri, go recipjent baxx, minkejja li jghaddu hafna snin minn fuqha?"

Jien ili ghal dawn l-ahhar hamsin sena nkabbar is-sigar tal-'Bonsai'. Mill-ewwel issahhart warajhom dawn is-sigar tant zghar. Kont nghid bejni u bejn ruhi, "kif stajt jien, li tant inhobb is-sigar, inzomm harruba jew zebbuga f'recipjent baxx u ncahhdilha l-izvilupp normali taghha?" Izda minkejja l-ghaks li suppost dawn is-sigar kienu soggetti ghalih, mhux talli ma kienux jidhru skuntenti u minghajr sahha, talli kienu jixhdu l-kuntentizza u s-sahha. Il-'Bonsai' huma sigar ordinarji bhal sigar ohra. Iridu l-istess xoghol Bhal sigar ohra. Trid tizborhom biex taghtihom il-forma kif irriduha u anki kultant zmien, taqtaghlhom l-gheruq. Biex wiehed jaghmel il-'Bonsai', ma hemmx ghalfejn jonfoq flus fihom, Ghaliex jista' jaghmilhom huwa stess. Jista' jigbor Iz-zerriegha tas-sigar jew jaghmel il-bicciet fi zmienhom, u meta jaghmlu l-gheruq, jaghmilhom f'recipjent u jhallihom jikbru.

Jekk wiehed jixtieq jibda jkabbar is-sigar tal-'Bonsai', jista' jkabbar is-sigar li jikbru Malta, bhal per ezempju prinjoli ( zuber), harrub, laring, rummien, zebbug, tin, hanzalor, cipress, ballut, rand, lewz, akacia, bruka, sfejgel, 'schinus', rihan, 'murraya', 'phytolacca', klin, kappar u hafna sigar ohra li huma mdorrija fil-klima ta' Malta.

Kultivazzjoni tal-'Bonsai'

Is-sigar tal-'Bonsai' jridu joqghodu barra u mhux indahhluhon gewwa biex inzejnu bihom.

Meta ndahhluhom gewwa, jekk idumu aktar minn tlett ijiem, tigrilhom il-hsara. Ir-recipjent li-npogguhom fih, irid ikollu aktar minn toqba wahda. Dan biex iservi ghal zewg skopijiet. L-ewwel biex meta nsaqqu l-ilma johrog mill-ewwel, u t-tieni, biex minghajr ma naqalghuhom minn gor-recipjent, inkunu nistghu naqtghulhom l-gheruq li johorgu minn dawn it-toqob. Jekk tkun sigra li ma twaqqax il-weraq, ma tihux pjacir meta tinqala' mir-recipjent u titfarrkilha t-tuba. Ghalhekk huwa mportanti li fir-recipjent naghmlu daqs erba' toqbiet biex l-gheruq johorgu minnhom ghall-umdita'. Wara nkunu nistghu naqbdu mqass taz-zabra u naqtghuhom, jew naghmlu kanal madwar ir-recipjent b'sikkina li taqta' hafna u naqtghulhom l-gheruq li jkun hemm madwar ir-recipjent, u b'hekk is-sigra ma nfarrkulhiex it-tuba.

Tisqija

Il-'Bonsai' jkunu jridu hafna ilma fis-sajf jew f'xi gurnata li jaghmel hafna rih. Dan minhabba li jkunu mhawwla f'recipjent baxx. Fis-sajf, gieli jkun hemm bzonn insaqquhom darbtejn kuljum. Fix-xitwa trid toqghod attent kemm taghti ilma. Meta tara li l-hamrija ghada umda, m'ghandekx issaqqi ghaliex taghmel hafna hsara.

Iz-zbir u L-'WIRING'

Iz-zbir isir biex tinghata sahha gdida lis-sigra u fl-istess hin naghtuha dik l-ghamla li inkunu nixtiequ. Il-'wire' nuzawh biex il-frieghi nghawguhom u naghtu lis-sigra l-pozizzjoni li rridu. Il-'wire' irid ikun tar-ram, daqsxejn ohxon. Dan il-'wire' irridu, l-ewwel nghawguh kif irridu naghhtu l-pozizzjoni lis-sigra, imbaghad indeffsuh fil- hamrija magenb is-sigra li nkunu ser nghawgu. B'wire' irqiq tar-ram norbtu l-fergha tas-sigra ma' dan il-'wire' l-ohxon. Biex naghmlu dan ix-xoghol, irridu nhallu s-sigra daqsxejn bil-ghatx biex meta tigi biex iddawwar il-fergha, din iddurlek. Wiehed irid joqghod attent biex meta jkun ser idawwar il-fergha, ma jdawwarhiex f'salt imma kull tant zmien, jghawweg ftit ftit, sakemm tigi fil-pozizzjoni li tkun tridha.

Hamrija u sustanzi

It-tahlita tal-hamrija trid tkun maghmula minn tliet partijiet hamrija taflija u zewg partijiet kompost. Il-'Bonsai' irridu naghtuhom ftit sustanzi, imma rridu noqghodu attenti kemm naghtuhom. Ma naghtux sustanzi meta s-sigra tkun rieqda. Dan probabbli jkun Iz-zmien ta' bejn Ottubru u Marzu. Meta nhawwlu sigar godda, ma naghtuhomx sustanzi. Ta' l-anqas iridu jghaddu bejn xahrejn jew tliet xhur biex ma naghmlux hsara lill-gheruq.

Jekk wiehed irid ikabbar il-'Bonsai', jehtieg ikollu ftit tal-pacenzja. Jekk wiehed jaghmel l-affarijiet bil-ghaqal, wara jara li r-rizultat ikun tajjeb.


Donated by the Bonsai Culture Group. visit MAS club website

Share |


See your advert here for $50 ...

Michale Zahra

pet xstitch free pattern

Download Fantastic Wallpapers for free

.

Quick links: Home Birds Cats Dogs Fish Exotic Plants Free cross stitch pattern Free stained glass patterns Eggart by Candice Top Cocktail Recipes

page generated in 0.010584 seconds
61