Articles
Bonsai Club
Cactus Club


Dogs Plants Cats Fish Birds Exotic PetNGarden

News Shops My pet page GuestBook Search Contact List Win Forum Free Services send e-mail

L-EWWEL BONSAJIST F'MALTA

Imwieled fis-Siggiewi, nhar it-tlieta u ghoxrin ta'Frar 1926, Guzeppi Busuttil huwa meqjus bhala l-ewwel Malti li zamm u kabbar Bonsaj f'dawn il-Gzejjer. Hu ha l-edukazzjoni tieghu fl-iskola Primarja tas-Siggiewi. Wara dan beda jghin lill-missieru fil-forn tal-familja taghhom fl-istess rahal.

Nhar is-sitta u ghoxrin ta' Settembru 1948, Guzeppi zzewweg lil Nikolina Schembri mill-Marsa. Huma kellhom zewgt ibniet u tifel, Eleonara, Marlene u Salvinu. Fis-sena 1952, dahal jahdem bhala gardinar fil-Gonna tal-Argotti, fejn baqa' jahdem sa ma rtira. Hemmhekk huwa tghallem sew is-sengha ta' gardinar, tant li s-superjuri tieghu, kif ukoll shabu, lkoll dejjem fahhru xoghlu. Iktar minn hekk deher f'diversi programmi televizivi dwar sigar u pjanti.

Guzeppi kien ukoll membru ta' hafna ghaqdiet marbutin ma' l-Agrikoltura u l-Ortikoltura. Hu kien jiehu sehem f'diversi wirjiet dwar l-istess suggetti. Pjanti, sigar u xoghlijiet ohrajn imkabbra jew maghmula minnu kienu jkunu rebbieha, jew fost l-ahjar esebiti f'wirjiet li kienu jsiru f'San Anton, fil-Buskett, u fil-Lukanda Phoenicia, fost l-ohrajn. In-nammra tieghu mal-Bonsaj bdiet iktar minn hamsin sena ilu, meta ftit jew hadd ma kien ghadu jaf xejn fuqhom hawn Malta. Mela nistghu nghidu li tghallem kollox wahdu. Is-sigar li kabbar Guzeppi huma ta' ghamliet u suri li jvarjaw minn semplici sa ohrajn mibrumin sew, imma lkoll huma maturi u hafna minnhom ghadhom sal-lum mimlijin hajja.

Mibarra l-Bonsaj, Guzeppi kellu delizzji ozrajn bhal sports, futbol u baskitbol, waqt li t-talent artistiku li kellu jidher meta wiehed ihares lejn ftit mix-xoghlijiet tieghu li rajna. Xoghlijiet ta' l-arkett, interzjar, kif ukoll pittura fuq it-tila u paviljuni tal-festa, jaghtu xhieda li Guzeppi kien tajjeb f'iktar minn fergha wahda ta' L-Arti. Ghalkemm huwa kien misthi u kien isibha bi tqila biex jaghti tahditiet quddiem il-pubbliku, Guzeppi xorta ghamel hafna gid billi ghallem lill-ohrajn b'kitbiet dwar is-sengha tat'tkabbir tal-pjanti u l-kura taghhom fil-magazin "Is-Siggiewi" u f'dak tal-Banda ta' l-istess rahal. Gieli kiteb ukoll fil-gurnali. Prezentaturi ta' programmi tat-televixin mhux darba u tnejn zaru lil Guzeppi fid-dar tieghu sabiex juru pjanti, kif ukoll Bonaj minn tieghu.

Guzeppi Busuttil huwa bir-ragun kollu meqjus minna li nhobbu l-Bonsaj bhala Missier il-Bonsajisti Maltin. Huwa inghaqad mal-Hallieq fit 2 ta' Jannar 1998.


Donated by the Bonsai Culture Group. visit MAS club website

Share |


See your advert here for $50 ...

EggArt by Candice

pet xstitch free pattern

Download Fantastic Wallpapers for free

.

Quick links: Home Birds Cats Dogs Fish Exotic Plants Free cross stitch pattern Free stained glass patterns Eggart by Candice Top Cocktail Recipes

page generated in 0.010621 seconds
61