STATUTE
-STATUT-
NATIONAL RABBIT SOCIETY
Isem
L-isem ufficjali ta din l-ghaqda huwa; “NATIONAL RABBIT SOCIETY (of Malta & Gozo)”, filwaqt li l-isem fil-qosor ghandu jkun; “N.R.S.”
LOGO
Il-logo ufficjali tan- National Rabbit Society (of Malta & Gozo)huwa dan;

Deskrizzjoni tal-logo ufficjali; fenek fin-nofs ta’ cirku ta’ kulur ahmar u abjad, l-ilwien tal-bandiera nazzjonali Maltija. Mad-dawra b’ kulur blu hemm isem l-ghaqda, National Rabbit Society (of Malta & Gozo). Jispikka minn wara hemm is-Salib ta’ Malta bi tmin ponot, fejn jispikkaw fih mill-gdid il-kuluri abjad u ahmar tal-bandiera Maltija.
FINIJIET TAL-GHAQDA
- L-ghaqda ghandha tkun minn ta quddiem sabiex tinkoragixxi lil membri taghha, Maltin u Ghawdxin sabiex irabbu il-fniek ghad-delizzju.
- L-ghaqda ghandha thares l-interessi tal-membri kollha taghha.
- L-ghaqda tintrabat li tghaddi informazzjoni u tiprovdi pariri professjonali lil membri taghha rigward dak kollu li ghandu x’ jaqsam mat-trobbija tal-fniek, b’ diversi mezzi ta komunikazzjoni.
- L-ghaqda ghandha torganizza diversi attivitajiet f’ l-orjentazzjoni ghal membri taghha.
- L-ghaqda ghandha sservi ta centru socjali ghal membri taghha
- L-ghaqda tintrabat li zzomm l-aqwa relazzjonijiet possibbli mal-gvern tal-gurnata, filwaqt li ghandha tkun l-avukat tal-membri taghha, fid-diversi htigijiet taghhom quddiem il-Gvern u l-Awtoritajiet.
SHUBIJA
- Dawk kollha li jrabbu l-fniek bhala delizzju jistghu jissiehbu man-National Rabbit Society (of Malta & Gozo)
- Dawk kollha li ma jrabbux fniek, u jinteresshom li jiehdu tgharif rigward fniek, jistghu jissiehbu man-National Rabbit Society (of Malta & Gozo)
- Kull membru gdid prospettiv, ghandu jakkwista kopja tal-Membership Form, jimlija bid-dettalji kollha u jibghata lil Membership Officer tal-ghaqda, flimkien ma cekk pagabbli lir- National Rabbit Society (of Malta & Gozo))
- Il-membership fee ghandha tkun maqbula mil-kumitat u imxandra ma dawk li jixtiequ jissiehbu minn zmien ghal zmien f’kaz li tinbidel.
- Kull membru prospettiv ghandu jaqra, jifem u jaccetta l-Istatut, ir-regoli u l-proceduri kollha ta’ din l-ghaqda.
- Kull applikazzjoni ta’ membru gdid ghandha tigi approvata unanimament mil-kumitat.
- Il-kumitat izomm id-dritt li minghajr il-bzonn li jghati spjegazzjoni, ma jaccettax xi membru gdid prospettiv.
- It-tigdid tas-shubija ma hix awtomatika, imma hija suggetta ghad-decizjoni tal-kumitat.
- Is-sena finanzjarja tan-National Rabbit Society (of Malta & Gozo) hija kif gej; mil-1 ta’ Ottubru sat-30 ta’ Settembru
- Kull membru li ma jibqax membru, ghandu jigi infurmat permezz ta ittra mil-Membership Officer tal-ghaqda
- Membru regolari ma jibqax membru jekk;
- Jirrezenja.
- Ma jhallasx is-shubija tieghu fiz-zmien stipulat ta aktar minn xahrejn fuq is-sena finanzjarja.
- Jikser xi regolament tal-ghaqda u jitkecca mil-Bord tad-Dixxiplina tal-ghaqda, ta liema ghemil jinzamm responsabbli personalment ghal konsegwenzi.
IL-KUMITAT
- Il-kumitat ghandu jigi mghazul fil-Laqgha Generali Annwali li tinzamm kull sena f’ l-ahhar tas-sena finanzjarja mil-membri li jattendu dik il-laqgha.
- Il-kumitat huwa responsabbli mit-tmexxija tal-ghaqda.
- Il-kumitat ghandu ikollu dawn il-karigi; President, Vici-President, Segretarju Onorarju, Tezorier Onorarju u 5/3 membri ohra.
- Kull membru fil-kumitat tan-National Rabbit Society (of Malta & Gozo) ma jistax ikun membru f’ kumitat ta Ghaqda ohra li jkolla l-istess jew simili linji ghal ta din l-ghaqda.
- Jekk membru tal-kumitat ma jkunx jista jattendi ghal xi laqgha tal-kumitat, ghandu jinforma lill-President jew lis-Segretarju Onorarju u jitnizzel bhala ‘skuzat’ mil-laqgha.
- Jekk membru tal-kumitat ma jattendix laqgha tal-kumitat minghajr ma jinforma lil persuni responsabbli, jitnizzel ‘assenti’.
- Jekk membru tal-kumitat ma jattendix 3 laqghat tal-kumitat in-fila bla ebda gustifikazzjoni, jitqies li ma ghadux membru tal-kumitat u jigi informat b’ ittra mis-Segretarju Onorarju.
- F’ kaz li xi membru tal-kumitat jirrezenja, il-membru li jkun gab l-akbar ammont ta voti fil-Laqgha Generali Annwali imma ma jkunx gie elett, jimla l-post battal.
- F’ kaz li xi membru tal-kumitat jirrezenja u ma jkunx hemm membri mhux eletti mil-Laqgha Generali Annwali, il-kumitat jista’ jikkopjta membru li jidhirlu hu.
- Il-kumitat ghandu id-dritt li jibqa imexxi f’ kaz li jitlaq xi membru mil-kumitat minghajr ma jdahhal lil hadd jimla’ il-post battal.
DMIRIJIET U DRITTIJIET INDIVIDWALI TAL-UFFICJALI TAL-KUMITAT
- Il-President ghandu jipresiedi il-laqghat tal-kumitat, laqghat generali/straordinarji u l-Laqghat Generali Annwali.
- Il-President ghandu dritt jahtar persuna sabiex tiraprezenta lil ghaqda, f’ xi attivita jew attivitajiet partikolari.
- Is-Segretarju Onorarju ghandu jirregistra dak kollu li jsir f’ kull laqgha tal-kumitat, u jzomm il-minuti ta kull laqgha tal-kumitat.
- Is-segretarju Onorarju ghandu izomm l-ittri kollha li jircievi u jzomm kopja ta l-ittri kollha li jibghat.
- Huwa dmir ta kull membru tal-kumitat li jghaddi lis-Segretarju Onorarju kopja ta kull korrispondenza li jkun ircieva u bghat f’isem l-ghaqda.
- Hadd ma jista jikkomunika ma terzi persuni b’xi mezz ta’ komunikazzjoni, jekk mhux bl-awtorizazzjoni tal-President jew is-Segretarju Onorarju.
- Is-Segretarju Onorarju huwa l-persuna rikonoxxuta mil-Awtoritajiet responsabbli tal-ghaqda.
- F’ kazi legali jew gudizzjarji, il-President u s-Segretarju Onorarju jiddeciedu min jirraprezenta lil ghaqda.
- F’ kaz li s-Segretarju Onorarju jkun ‘skuzat’ minn seduta tal-kumitat, ghandu jghaddi ir-responsabilitajiet kollha tieghu lil Assistent tieghu.
- It-Tezorier Onorarju ghandu izomm il-kotba kollha relatati mal-finanzi tal-ghaqda.
- It-Tezorier Onorarju ghandu izomm rendikont dettaljat ta x’ dahhlet u x’harget l-ghaqda f’ kull zmien, huwa l-persuna responsabbli mil-finanzi kollha.
- Huwa l-obbligu tat-Tezorier Onorarju li jirraporta lil kumitat f’ kull seduta dak li jkun sar fil-finanzi tal-ghaqda u jinforma lil kumitat bil-qaghda finanzjarja.
- It-Tezorier Onorarju ghandu jiddepozita l-flus il-bank.
- It-Tezorier Onorarju jista’ jigbed flus mil-bank b’ l-approvazzjoni tal-President biex ihallas xi kontijiet.
- It-Tezorier ghandu dejjem ihallas b’cekk, liema cekk ghandu ikun iffirmat mil-President u t-Tezorier Onorarju.
- It-Tezorier Onorarju ghandu jirraporta lil President u lil kumitat fl-ewwel opportunita jekk jinnota xi hlasijiet mhux regolari.
- It-Tezorier Onorarju ma jistax jghamel infieq ta aktar minn Lm10 minghajr permess tal-President/Segretarju jew tal-kumitat.
- It-Tezorier Onorarju ma jistax izomm aktar minn Lm20 f’ idejh.
- It-Tezorier Onorarju ghandu jigbor il-flus tas-shubija.
- It-Tezorier Onorarju huwa responsabbli mil-korispondenza kollha tal-ghaqda rigward finanzi.
- Il-Vici-President ghandu jippresedi il-laqghat tal-kumitat meta l-President ikun ‘skuzat’
- L-Assistent tat-Tezorier Onorarju ghandu jassumi ir-responsabbilta tat-Tezorier Onorarju bil-limitazzjonijiet tieghu f’ kaz li t-Tezorier Onorarju ikun ‘skuzat’ u ghandu jghin lit-Tezorier Onorarju fil-qadi ta’ dmirijietu.
- L-Assistent Segretarju Onorarju ghandu jghin lis-Segretarju Onorarju fil-qadi ta’ dmirijietu u jidhol jaqdi id-dmirijiet ta Segretarju Onorarju meta ikun nieqes jew indispost.
PROCEDURA TAS-SEDUTI TAL-KUMITAT
- Min tal-anqas, ghandhom isiru 5 seduti f’sena tal-kumitat.
- Is-Segretarju Onorarju huwa responsabbli li jinforma lill-membri tal-kumitat bis-seduta permezz ta ittra.
- Biex laqgha tal-kumitat titmexxa, jehtieg ikun hemm quorum, 5 membri jekk il-kumitat ikun fih 9, u 4 jekk il-kumitat ikun fih 7.
- Id-data tal-laqgha ghandha tigi delegata bejn il-President u s-Segretarju Onorarju u tal-anqas tigi avvzata lil membri erbat ijiem qabel id-data tal-laqgha.
- Jekk il-laqgha tkun wahda ta natura urgenti, is-Segretarju Onorarju jista’ jhabbar il-laqgha lill-membri tal-kumitat permezz tat-telefon.
- Waqt seduta tal-kumitat, il-President biss ghandu dritt jghati l-verdett tieghu fejn il-kwistjoni tkun f’sitwazzjoni ta parita jekk id-decizjoni ma tkunx ser tittiehed b’vot sigriet.
- Hija responsabbilta tal-President li jzomm l-ordni waqt seduta tal-kumitat u ghandu jkun il-President li jwaqqaf xi membru tal-kumitat li jkun qieghed jikser ir-regoli ta dan l-istatut.
- Il-President ghandu id-dritt li jkecci membru tal-kumitat li jisfida lil awtorita’ jew ma jobdix xi direttivi.
- Il-President ghandu dritt ta vot u ‘casting vote’ f’ laqgha tal-kumitat.
- Il-kumitat irid japprova il-minuti li jipprepara is-Segretarju Onorarju f’ kull seduta tal-kumitat tal-laqgha ta qabel, u il-President u s-Segretraju Onorarju ghandhom jiffirmaw dawn il-minuti.
- Il-laqgha ghandha titmexxa fuq l-agenda, jew tinbidel b’ l-approvazzjoni tal-maggoranza tal-kumitat.
SOTTO KUMITATI
- In- National Rabbit Society (of Malta & Gozo)ghandha id-dritt li tahtar sotto kumitati fuq dawn il-linji;
- Membri ta xi sotto kumitat ghandhom jimxu mal-Istatut ta’ din l-ghaqda.
- Il-kumitat jista’ jahtar sotto kumitat, liema irid ikun fih mhux anqas minn tlett membri mghazula mil-kumitat
- Il-membri tas-sotto kumitat jistaw ikunu membri tal-kumitat tal-ghaqda jew membri regolari.
- F’kaz li s-Segretarju Onorarju tal-ghaqda ma jkunx jifforma parti mis-sotto kumitat, is-Segretarju tas-sotto kumitat ghand l-obbligu li jirraporta x’ikun gie diskuss fil-laqghat taghhom lis-Segretarju Onorarju.
- Is-Segretarju Onorarju hu obbligat li jirraporta lil kumitat x’ikun qieghed isir fil-laqghat ta xi sotto kumitat.
- Meta l-kumitat ikun ser jiddiskuti xi rakomandazzjoni tas-sotto kumitat, il-membri tas-sotto kumitat jistghu jattendu il-laqgha tal-kumitat.
BORD EDITORJALI
L-ghaqda tintrabat li tippubblika fuljetti jew cirkularijiet ta taghrif generali u taghrif specjalizzat fuq il-fniek ghal membri kollha taghha fuq bazi regolari, liema publikazzjonijiet jistaw jinbieghu bi prezz ragjonevoli lil pubbliku ingenerali ta’ Malta u Ghawdex. Ghaldaqstant l-ghaqda ghandha tahtar Bord Editorjali li jkun responsabbli minn dawn il-publikazzjonijiet. Il-karigi fil-Bord Editorjali ghandhom ikunu dawn; Editur, Assistent tal-Editur, Segretarju, Public Relations Officer (tal-publikazzjoni), Sponsorship Manager, u xi membri skond il-htiega.
L-Editur tal-Bord Editorjali ghandu ir-responsabbilta li jirraporta lil Kumitat tan-National Rabbit Society (of Malta & Gozo)b’ dak li jkun ghaddej fil-Bord Editorjali minn zmien ghal zmien.
BORD TAD-DIXXIPLINA
L-ghaqda ghandha id-dritt li tifforma Bord tad-Dixxiplina sabiex jinvestiga kazi eventwali li jistaw jinqalghu. Ir-regolamenti tal-Bord tad-Dixxiplina, ghandhom jigu ffurmati mil-Kumitat tal-gurnata u jistghu jinbidlu skond il-htiega.
LAQGHA GENERALI ANNWALI
Il-kumitat qabel il-Laqgha Generali ghandu jara li;
- Jahtar Awditur.
- L-Awditur huwa obbligat li jezamina il-kotba tal-ghaqda u jghamel ir-rakomandazzjonijiet kollha li jidhirlu huma importanti
- L-Awditur, permezz kolaborazzjoni mat-Tezorier Onorarju, ghandu jipprepara rapport analitiku tal-finanzi tal-ghaqda.
- Il-Laqgha Generali Annwali ghandha titressaq ta’ kull sena f’ gheluq is-sena finanzjarja.
- Il-Laqgha Generali Annwali ghandha tigi avvzata minn ta l-anqas tletin jum qabel mis-Segretarju Onorarju.
- L-applikazzjonijiet ghal kandidatura ghal kumitat jintlaqaw mis-Segretarju Onorarju sa data mhabbra fic-cirkostanzi ta dak il-mument.
- Il-President jiddikjara li fethet il-laqgha.
- Il-Laqgha Generlai Annwali ghandha titmexxa mil-President fuq agenda li tkun giet ippublikata qabel.
- Is-Segretarju Onorarju ghandu jaqra l-minuti tas-seduta ta qabel.
- Is-Segretarju Onorarju ghandu ihejji rapport amministrattiv dettaljat tas-sena li tkun qieghda tghalaq, liema rapport ghandu jitqassam lil membri prezenti. Fir-rapport amministrattiv ghandu ikun hemm rendikont tal-attendenza tal-membri tal-kumitat.
- Il-minuti jistghu jintalbu mil-membri.
- It-Tezorier Onoraju ghandu jipprepara rapport finanzjaru, igibu ghal attenzjoni tal-membri prezenti u irid jigi approvat.
- Kopja tar-rapport ghandha tinghata lil President u lis-Segretarju Onorarju biss.
- Ir-rapport finanzjarju ghandu jigi approvat u iffirmat mil-Awditur tal-ghaqda.
- Jekk xi membru ikun irid iressaq xi emenda f’ l-istatut, ilment jew xi petizzjoni f’isem grupp ta’ membri, li taccedi trid tkun taccedi il-50% tal-membri regolari, ghandu jinforma lis-Segretarju Onorarju minn hmistax qabel.
- Proposta ghal emenda f’ l-istatut, trid tghaddi b’maggoranza ta zewg terzi minn fost il-membri prezenti. F’ kaz ta parita, l-President ghandu d-dritt tal-casting vote.
ASSIKURAZZJONIJIET
Il-kumitat ghandu jara li;
- Jinzammu fi stat tajjeb l-assi kollha tan- National Rabbit Society (of Malta & Gozo)permezz ta diversi mizuri.
- Izomm l-ordni fost il-membri meta ikunu mghaqudin flimkien f’isem l-ghaqda.
- Ma jsirux atti kontra il-ligijiet ta’ Malta, kemm mil-membri tal-kumitat u mil-membri komuni, u f’kaz li jsiru, jirraporta dawn il-kazi minnufih lil Awtoritajiet kompetenti.
L-ASSI TAL-GHAQDA U L-LIKWIDAZZJONI TAGHHOM
- L-ghaqda ma tistax tinhall jekk ma tkunx taht it-tlettax –il membru. Jekk dawk il-membri jaqblu b’ mod unanimu bejniethom li jxolju l-ghaqda, ghandha tithares din il-procedura;
- L-Assi kollha, kemm fissi u mhux fissi, jghaddu f’idejn id-Direttur tad-Dipartiment tal-Affarijiet Rurali u Ambjent
- Jekk fi zmien sentghejn mid-data ufficjali tax-xoljiment tigi ffurmata ghaqda fuq l-istess binarji ta din l-ghaqda, u tkun ila ffurmata ghal mhux ghanqas minn hames snin, ghandha dritt li tiehu l-assi kolla li tkun iggenerat in- National Rabbit Society (of Malta & Gozo)
- F’ kaz li l-assi jibqghu ghand l-Awtoritajiet ta’ Malta ghal aktar minn sentghejn, ghandha ssir likwidazzjoni xierqa taghhom u l-flus migbura imorru ghal skopijiet karitattivi.
STATUT – EMENDI F’ L-ISTATUT
- Huwa dritt ta’ kull membru gdid li jinghata kopja ta’ dan l-istatut
- Kull emenda li tkun trid issir f’ dan l-istatut ghanha l-ewwel tghaddi b’ maggoranza semplici mil-kumitat, u wara tghaddi b’ maggoranza ta 2/3 f’ laqgha straordinarja mil-membri regolari.
- Dan l-istatut gie mhejji mil-ewwel Kumitat tan-National Rabbit Society (of Malta & Gozo) fis-sena 2003.
Anthony Gatt - President
Miriam Cutajar - Segretarja Onorarja
Donated by the National Rabbit Society Club. visit National Rabbit Club website
|
 

  
|