KUNTATT MAGHKOM
CIRKULARI UFFICJALI
NRU; 01 DATA; 9/12/2003
B’SENS TA’ KURAGG, FIDUCJA U ENERGIJA FINA NFUSNA, MHUX TALLI KAPACI NASLU, TALLI KAPACI NIKSBU L-AKBAR SUCESS! – Anthony Gatt, President
MERHBA
Merhba lil kulhadd.
Qed inhossni onorat li illum ghandi ir-responsabilita li nkun jiena li niftah ufficjalment ic-cirkulari ufficjali tan-National Rabbit Society b’ artiklu minn tieghi.
Bla dubju dan huwa mument komemorattiv, huwa moment storiku u zgur jghaddu kemm jghaddu snin, ta’ l-ewwel jibqa’ dejjem ta’ l-ewwel. Allura ghandi ragun li llum qieghed inhossni onorat u ixxurtjat li kont propju jiena, Anthony Gatt li ftaht din ic-cirkulari.
GHANIJIET TA’ DIN IC-CIRKULARI
L-ghan ta’ din ic-cirkulari, li ser tkun qieghda zzomm lil membri tan-National Rabbit Society aggornati b’ dak kollu li jkun qieghed isir huwa l-istess sinifikat tal-isem, ‘kuntatt maghkhom’. Ser inzommukhom aggornati b’dak kollu li nkunu qieghdin nghamlu fi hdan l-ghaqda taghna bhala kumitat. Mhux ha nkun jiena biss li qieghed nikteb, ser tkunu tistghu ssibu diversi rapporti ta membri ohra tal-kumitat tal-ghaqda aktar il-quddiem meta l-affarijiet ikunu aktar ufficjali milli huma llum. Ovvjament dan huwa l-bidu u l-affarijiet ghadhom f’ fazi inizjali. F’ mument bhal dan wiehed ikun ghadu ma darax il-procedura kollha, biss pero tistghu sserhu raskhom. Fil-hargiet li jmiss zgur tidraw is-sistema u tifmu bhalna kemm huwa genwin l-iskop ta dawn ic-cirkularijiet li ser inkunu qieghdin nippublikaw.
IN-NATIONAL RABBIT SOCIETY U T-TWAQQIF TAGHHA
Hija bla dubju socjeta, socjeta ta nies, socjeta ta nies li flimkien jiffurmaw sahha wahda. L-ghan hu komuni, nies dilettanti tal-fniek. Fejn hemm l-ghaqda hemm is-sahha, allura bla dubju, il-futur huwa felici u dan diga huwa ovvju minn issa. Meta bhalissa ninsabu fit-tfulija tal-ghaqda, meta suppost l-affarijiet huma iebsin, ghax l-ewwel pinta qarsa, kollox qieghed jinghaqad ma xulxin. Dan ghaliex nerga’ ntenni hemm is-sahha ta grupp ta nies li kkommettew ruhhom li jahdmu. L-entuzjazmu, l-ideat moderni u godda, ir-rieda u l-fiducja ser iwassluna fejn irridu.
Bhalissa l-kumitat huwa wiehed provizorju. Dan ghaliex il-kumitat li ghandna bhalissa ma giex elett b’elezzjoni. Pero dan ser jibqa’ iservi biss sa ftit iehor, dan ghaliex fil-futur vicin hafna mistennija tinzamm laqgha generali fejn waqt il-laqgha mistenni jinhatar l-ewwel kumitat b’ elezzjoni. Il-membri kollha li diga huma membri, ma dawk li ghad iridu jigu approvati l-quddiem, qabel il-laqgha generli ser ikunu msejjha sabiex jivvutaw fil-laqgha generali. Din il-laqgha ser isservi ukoll bhala unawgurazzjoni ufficjali tal-ghaqda.
Bhalissa l-kumitat huwa wiehed provizorju kif diga ghidt qabel. Dan ma jfissirx li mhux qieghed diga jwettaq xoghol siewi ghal gid tal-ghaqda. Ix-xoghol jinsab fi stat avvanzat ferm, u sabiex is-sorprizi jinghataw fl-ahjar hin opportun ghal gid tal-ghaqda, ma nixtiequx nikxfu idejna minn issa. Ovvjament bil-kisbiet li diga qieghdin nghamlu ser tkunu mgharrfa il-quddiem meta kollox ikun milqum kif ghandu ikun.
KUMITAT – PROVIZORJU
Il-kumitat tan-National Rabbit Society huwa wiehed provizorju minhabba li ghadu ma giex elett b’ elezzjoni. Dawn huma l-karigi ufficjali ta xi membri tal-kumitat;
President; Anthony Gatt
Vici-President; Harold Attard
Segretarja Onorarja; Miriam Cutajar
Tezorier Onorarju; Tony Cutajar
Membri; Jamie Fields
Il-messagg tieghi bhala President tal-Kumitat provizorju huwa wiehed. Bhal ma diga semmejt, l-ghaqda tghamel is-sahha u din diga hi evidenti. Ejjew nibqghu mghaqudin sabiex naslu u nibdew nibnu storja eccellenti ta’ din l-ghaqda. L-entuzjazmu tal-kumitat issa irid jinxtered fost il-membri numeruzi li diga ghandna, l-istess ghar-rieda ta gid, tama u fiducja. Il-principju fundamentali taghna hu wiehed, min mhux kontra taghna huwa maghna, u allura dan l-ideal jghamilna moralment sinjuri. Il-koalizzjoni ta nies dilettanti tal-fniek li qieghdin diga minn issa nigbru maghna hija impressjonanti u allura l-awguri tieghi huma f’ waqthom. Nawgura success lil kulhadd, lil membri shabi tal-kumitat li welldu lil din l-ghaqdna, lil membri shabi regolari taghna u lil kull min fil-futur ghad irid jinghaqad maghna. Inghaqdu flimkien, zommu spirtu ta hbiberija f’ socjeta wahda, f’ din is-socjeta zghazugha li ghad trid tkompli u tkompli tikber taht l-isem majestuz taghha, National Rabbit Society (of Malta & Gozo)
TELEFONATI ANONIMI
Kultant nistaqsi lili nnifsi jekk wasalniex fis-sena 2003 jew fl-1903! Possibli ghad fadal min hu miskin daqshekk li jisthi juri l-identita tieghu???
Telefonati anonimi lili mhux talli ma jffetwawnix talli ghandhom effett doppju bil-kontra tal-ghan taghhom, dak li bil-lingwa ingliza jissejjah multiplier effect! Id-determinazzjoni u r-rieda b’ attegjamenti bhal dawn lili jkomplu aktar iqawwuli qalbi u jhegguni nahdem ghal l-ghan li jkolli. Aktar u aktar meta naf, bil-konferma ta dawn it-telefonati stess li bla dubju diga minn issa qieghed nolqot il-musmar fuq rasu flimkien mal-membri shabi.
Mela min ghogbu icempilli anonimu rigward l-ghaqda, u naf x’ jiena nghid, nistiednu jerga jcempilli ghax vera qawwieli qalbi u ghamilli kuragg, nirringrazzjah u niskura ruhi mieghu li neffaqtu/hom telefonata/i. Biex ma jiskomodax ruhu min cempilli anonimu u joqghod ifittex in-numru tieghi hu, ha ntijulu jiena stess; 99824542.
NHARSU L-QUDDIEM B’ LENTI OTTIMISTA
Il-futur huwa diga minn issa kif spjegajt sabih, il-prospetti huma ideali u bid-direzzjoni koretta ser naslu mija fil-mija. Zommu qrib taghna gheziez membri taghna diga minn issa. In-novitajiet li ghandna lesti ghalikhom diga minn issa huma fantastici li zgur ser ihallu l-kulhadd impressjonat. Harsu l-quddiem b’ lenti ottimista, ersqu qrib taghna aktar u aktar u kunu maghna f’ kull pass li niehdu. L-attenzjoni taghkhom hija prezzjuza ghalina. Minn issa nirringrazzjawkhom tal-koperazzjoni.
ANTHONY GATT, PRESIDENT
(miktub fl-10 ta’ Novembru ’03)
Ippublikat L-istatut
Bla dubju il-grazzi kbira taghna ghandha tmur ghal isponsors li bejniethom hallsu il-publikazzjoni kollha tal-istatut ta din l-ghaqda. Diga minn issa nirringrazzjaw lil min ghin tal-fiducja tieghu.
Ghandna diga min issa ghaliex inkunu kburin, l-istatut taghna huwa ippublikat f’ forma ta ktejjeb zghir, pulit u adattat hafna ghaz-zminijiet tal-lum. Dan ser ikun ukoll on-line fuq il-web page ta din l-ghaqda. Affarijiet diga indikattivi ghat-triq li qieghdin naqbdu, fejn il-modern, is-serjeta u t-trasparenza qieghdin jirrenjaw.
Kull membru gdid ser jinghata kopja tal-istatut ghaliex dak hu dritt li kif jghid l-istess statut ghandu kull membru. Dawk il-membri godda li issiehbu ricentament u ghadhom ma hadux il-kopja taghhom, huma gentilment mitluba jikkuntatjaw lil xi membru tal-kumitat sabiex jigbru l-kopja taghhom.
Anthony Gatt, President
Pedamenti Sodi
Insellem lil membri kollha tan-National Rabbit Society.
Konna litteralment skantati kif malli habbarna li ser niffurmaw ghaqda gdida tal-fniek f’pajjizna, gejna ibbumbardjati bl-applikazzjonijiet ghal shubija. Meta tqis li fl-ewwel gimghat, ghax lanqas ilna xahar iffurmati, qbizna diga it-tletin membru mhallas ghal sena, wiehed ghandu ghaliex ikun kburi. Meta tqis li ghaqdiet bhal taghna ohrajn tal-annimali ibghatu fis-shubija f’ termini reali u mhux retorici, diga lahhaqna tajjeb maghhom. Nerga nghid, dan meta ilna biss gimghat u lanqas xahar wiehed li iffurmajna.
Fil-harga li jmiss ser inzomm l-appuntament tieghi maghkhom billi naggornakhom bil-qaghda ta shubija, kif ukoll ser nara li tigi ippublikata membership form sabiex tkunu tistghu ddahhlu aktar membri shabkhom.
Nirringrazzjakhom tal-koperazzjoni
Jamie Fields, Membership Officer
Donated by the National Rabbit Society Club. visit National Rabbit Club website
|
See your advert here for $50 ...
 

|