In-namra lejn l-ghasafar li rnexxilu jibdilha f’wahda ta’ success
F’pajjizna ssib hafna maltin li jemmnu li kemm fi sports u kemm f’affarijiet ohra ftit li xejn nistghu verament nikkompetu ma’ pajjizi ohra. Issemulek diversi ragunijiet fosthom id-daqs tal-pajjiz komparat ma’ pajjizi ohra barranin. Madanakollu issib hafna ohrajn li minkejja l-problemi u d-diffikultajiet kollha, jemmnu li bi preparazzjoni u rieda tajba xorta wahda nistghu naslu u nikkompetu ma’ pajjizi ohra ikbar min taghna.
Wiehed minn dawn huwa Micheal Zahra miz-Zejtun, persuna ddedikata mmens fit-trobbija ta’ l-ghasafar, tant li tul dawn l-ahhar tmintax-il sena li ilhu jikkompeti f’kompetizzjonijiet internazzjonali ta’ l-ghasafar, dejjem kien fost l-aqwa kompetitur bir-rebh ta’ hafna tazzi, midalji u premjijiet ohra.
Iltqajt ma’ Micheal fid-dar tieghu fiz-Zejtun. Mil-ewwel tilqghek vetrina kbira mimlija tazzi u midalji li rebah tul is-snin. B’sodisfazzjon u b’certa dettall spjegali dwar il-kompettizzjonijiet li ha sehem fihom fejn fihom gie ppremjat b’dawn il-hafna tazzi u midalji.
Stedinni nidhol mieghu biex nara’ b’ghajnejha l-ghasafar, l-aktar vrieden u kanali, li jrabbi b’tant ghozza u b’dedikazzjoni. ‘Nemmen li n-namra lejn l-ghasafar tkun go fik. Tista’ tghid li trabbejt fl-ghelieqi u sa minn meta kont tifel kont inhobb l-ghasafar. Infatti bdejt sa minn meta kelli tnax-il sena u kont minn ta’ l-ewwel li bdejt nibbridja l-vrieden jiena stess’.
Fost hafna tisfir u ghana ta’ l-ghasafar spjegali dwar kif thajjar jibda jiehu sehem fil-kompetizzjonijiet. Qalli li kien thajjar madwar tmintax-il sena ilu wara li mar jara wirja ta’ l-ghasafar u iddecieda li jidhol membru ta’ l-ghaqda li organizzat il-wirja. ‘Bdejt bil-mod il-mod. Fil-bidu kont gibt ghasafar ta’ razez internazzjonali l-aktar minn Skozja u minn Wales. Maz-zmien tghallimt kif anke jiena nista’ nibbridja minn minn dawn ir-razez puri. Infatti illum il-gurnata ghandi b’aktar minn tlieta u ghoxrin razza differenti ta’ vrieden u kanali. Filfatt b’kollox ghandi l’fuq minn mitt Verdun u kanal li huma tajbin biex nikkompeti bihom’.
Madanakollu, ghal Micheal, din in-namra lejn l-ghasafar tirrekjedi hafna hin u dedikazzjoni. Qalli li jqatta’ hafna mil-hin tieghu mdawwar ma’ dawn l-ghasafar. ‘Hemm hafna xoghol xi jsir bhal tindif u biex taghlef specjalment lil frieh. Hemm xoghol iehor li jirrekjedi hafna hin u hsieb meta nkun qed nibbridja biex b’hekk dejjem ikolli l-aqwa kwalita. Barra minnhekk ix-xoghol jizdied specjalment meta tkun gejja xi kompetizzjoni fejn inhejji l-ghasafar biex dejjem ikunu f’forma perfetta’.
Ikkellimni ftit dwar id-diversi kompetizzjonijiet li ha sehem fihom kemm f’Malta kif ukoll f’pajjizi barranin. B’certa nostalgija qalli dwar l-ewwel kompetizzjoni li ha sehem f’Malta fejn mil-ewwel kien rebah fost eluf t’ghasafar li kien hemm ghal kompetizzjoni. Infatti minn dakinhar qatt ma hares lura u tul dan iz-zmien ha sehem f’kompetizzjonijiet f’diversi pajjizi fosthom fil-germanja, fl-italja, fil-portugal u fl-olanda.
‘Irbaht premju kwazi f’kull kompetizzjoni li saret barra l-pajjiz. Inzomm records ta’ kull premju bid-dati ta’ meta jkunu saru’. Hawnhekk Micheal urieni ntervista li kienu ghamlu mieghu u li kienet giet ippublikata f’rivista germaniza wara li kien irnexxilu jirbah f’kull kategorija f’kompetizzjoni li kienet saret fl-italja.
Staqsejt lil Micheal kemm it-trobbija ta’ l-ghasafar specjalment dawk ta’ razez puri huwa popolari kemm f’pajjizna u kemm barra minn xtutna. ‘Nista’ nghidlek li hawn Malta hawn hafna delettanti fejn b’kollox hawn madwar 1600 membru f’diversi ghaqdiet lokali. Il-livell tant huwa gholi li sahansitra ghandna diversi judges maltin li jigu maghzula f’kompetizzjonijiet barranin. Barra minnhekk l-entuzjazmu fost pajjizi ohra huwa wkoll kbir tant li tista’ tghid li ssib delettanti minn madwar id-dinja kollha. Fil-fatt f’Jannar li gej se jsiru l-kompetizzjoni tal-mondjal fejn ikun hem mil-partecipazzjoni ta’ kull pajjiz fid-dinja fosthom f’Malta’.
Spiccajna l-intervista u qabel nohrog nergghu nieqfu quddiem il-vetrina mimlija tazzi u midalji li hija tant ghal qalb dan id-delettant. ‘Din hija l-aktar parti li nhobb fid-dar kollha. Kull meta nhares lejn din il-vetrina nhoss sodisfazzjon tal-hidma li ghamilt tul dawn it-tmintax-il sena. Barra minnhekk ittini l-kuragg biex flimkien mal-kapacita u l-esperjenza nkompli ghaddej b’din in-namra tieghi li tant tatni sodisfazzjon’.
|