LEHEN IS-SEZZJONI ‘JUNIORS’ TAL-M.C.B.A. - Ottubru 2002
Il-Bejta
Gheziez Membri tal junior section:
Nispera li tinstabu tajbin. Ghandi pjacir nghid li t-table show li saret il-hadd 29 ta’ Settembru kienet success, Grazzi lill-kull min esebixxa. Aktar ma jghaddi z-zmien iktar riesqa l-wirja l-kbira. Tajjeb li nghazlu l-gasafar li ser indahhlu u nippreparawhom u soppost min ser jesebixxi ikollu l- gaggeg lesti. Tajjeb li nsemmi li din is-sena il-qieghen tal-gaggeg tal-wirja iridu jkunu mimlija bl- anticocci (dan jista jinxtara mic-centru ta’ l-ghaqda bi prezz ragonevoli). F’ din il-harga ta’ ‘mill-bejta’ ser jigi ppublikat il- program tal-wirja u l-ismijiet tal-judges. Il- Kitba ta’ l-ghasafar ser issir il-hamis 24 ottubru – filghaxija, Il-gimgha 25 ottubru – filghaxija u l-hadd 27 ottubru – filghodu.
Judges tal- Wirja
Kanarini tal-kulur
Francois van Boven – Belgjan, Aldo Donati – Taljan
Kanarini Type
Simon Tammam – Ingliz , Ron Jones – Ingliz
Finches
Frans Coppieter – Belgjan , Louis Raats – Belgjan
L-ISTORJA TAL-KANARIN
hafna nies f’Malta (kif ukoll f’pajjizi ohra) ghandhom Kanarin bhala pet, izda ftit jafghu fuq l-istorja tieghu, ghalihom huwa biss ghasfur isfar u helu li jkanta (suppost tghid jghanni). Ghalekk illum ser naghtikhom ftit taghrif fuq l-istorja ta’ dan l-ghasfur ferm popolari.
Il-Kanarini kollha li naraw bhalissa (serinus canaria domesticus) kollha hargu mil-Kanarin selvagg (serinus canaria) li tista’ tarah itir fil-liberta fil-Gzejjer Kanari (canary islands). Il-Kanarini mhumiex endemici ghall-dawn il-Gzejjer, izda gew introdotti bi zball. Leggenda antika tghidilna li gifen mghobbi b’hafna gaggeg mimlijin bil-Kanarini tfarrak vicin tal-Gzejjer Kanari u wiehed bahri (li kien probabli dilettant ta’ l-ghasafar) fetah il-gaggeg (ghax ma riedx jara l-ghasafar jerqghu). hafna Kanarini waslu l-art , sabu hafna ikel u postijiet ghall-kenn u baqghu joqghodu hemmek. MetaI-Ispanjoli saru jafu bil-Kanarini, dawn bdew jonsbulhom u jrabbuhom fil-gagga. Biex il-monopolju jibqa dejjem f’idejhom l-Ispanjoli bdew jesportaw l-irgiel u n-nisa jzommuhom huma. Il-Kanarin malajr sar pet popolari, specjalmant meta hargu l-Kanarini tar-razza u tal-kulur
Programm tal-Wirja
L-Erbgha 13 ta’ Novembru – Dhul ta’ l-ezebiti ( 10am – 8pm)
Il-hamis 14 – gudikar
Il-gimgha 15 – gudikar (filghodu) Tiftah ghall-publiku fis-6pm – 9pm
Is-Sibt 16 – Tkun miftuha 9am – 2pm, 4pm – 9pm
Il-hadd 17 – Tiftah fit- 8am – 8pm. L-ghasafar jingabru wara 8pm
Laqgha ta’ qabel il-wirja
Il-Laqgha ghall-ezebituri ta’ qabel il-wirja ser issir nhar il-hadd 10 ta’
Novembru 2002. Aktar dettalji fil-harga ta’ Novembru.
Inselli ghalikom
Mattia Felice
President
|
See your advert here for $50 ...
 

|