Articles
BBA Club
MCBA Club
MCBA Junior Club
Competition
House of Crests


Dogs Birds Cats Fish PetNGarden Exotic Plants

News Shops My pet page Search Contact List Win Free Services send e-mail

LEHEN IS-SEZZJONI ‘JUNIORS’ TAL-M.C.B.A. - Settembru 2002

Il-Bejta

Gheziez Membri,

Nisperaw li tinstabu tajbin. Regghet waslet edizzjoni ohra ta’ Il-Bejta. Kif tistghu taraw ic-cirkolari inghatat isem gdid. Il- BBQ li sar fl- Imtarfa kien success, grazzi lill- kull min attenda. Ftit iehor ser jibda l- istagun tal- wirjiet, fejn l-ghaqda torganizza bosta table shows ghall- diversi tipi ta’ ghasafar. Bhalissa huwa zmien tajjeb li tibdew tittrenjaw l- ghasafar ghall- wirja. Din is- sena ser tigi introdotta il- gagga tal- kartun. (din tista tintuza fil-wirja l- kbira ta’ Novembru) Il- gagga tiswa 25c u l-front jiswa 50c (Il- front jinxtara darba u jista jintuza minn sena’ ghall-sena’) Cemplu lis-sur Carmelo Cutajar fuq Tel. 21461207 biex tordnaw il-fronts.

IL-gojjin

Il-gojjin huwa wiehed mill-aktar ghasafar komuni li jpassu minn fuq Malta. Dan l-ghasfur huwa maghruf sewwa bejn in-nassaba u d-dilettanti tat-trobbija ta’ l-ghasafar. Il-gojjin huwa ghasfur zghir. Ir-rix tieghu huwa kwazi kollhu kannella, imma ghandu zewg dabriet homor fir-roza fuq rasu u sidru u fuq dembu ghandu xi marki bojod. Il-mara hija anqas kulurita. Iz-zmien tan-namra huwa fir-rebbiegha. Il- mara tbid xi sitt bajdiet, li jfaqqsu wara hmistax il-gurnata. Wara xi tmintax-il gurnata fil-bejta il-frieh jibdew itiru. Il-gojjin jiekol Iz-zrieghragh. Ir-ragel ikollu ghanja melodjuza hafna. gojjin ragel iqum bejn tmien liri u ghoxrin lira (jiddependi jekk ikunx maqbud jew imrobbi fil-gagga)

Avvizi

Fix-xahar ta’ Settembru ser issir table show ghall-membri tal- junior section. Tistaw iddahhlu ghasafar type, colour, finches u parrot like. Il- Gaggeg mhumiex problema ghax tistaw tisselfu. Kull ma tridu taghmlu huwa cemplu fuq 21416669 jew 79261195 mhix aktar tard mil- 21 ta’ Settembru. L-ghasafar jidhlu is-Sibt 28 u tkun miftuha ghall- publiku il-hadd 29. Din il- wirja ser issir fic-entru tal- ghaqda. (il- mappa harget fl-edizzjoni li ghaddiet)

WEBSITE GDIDA

L-ghaqda issa marret online. Grazzi trum lit- team tal-Petngarden.com, talli tawna spazju ghall-website taghna. L-indirizz huwa www.petngarden.com/mcbajuniorsection

Inselli ghalikom

Mattia Felice
President




your ad could be here

coloring pages

.

Quick links: Home Birds Cats Dogs Fish Exotic Plants Free cross stitch pattern Free stained glass patterns Eggart by Candice Top Cocktail Recipes Free pet coloring pages Free animal vectors Colorful stained glass patterns for free Educational tutorials Privacy Policy

page generated in 0.004546 seconds
61