Articles
BBA Club
MCBA Club
MCBA Junior Club
Competition
House of Crests


Dogs Birds Cats Fish PetNGarden Exotic Plants

News Shops My pet page Search Contact List Win Free Services send e-mail

September 2002 Newsletter

Lehen l-Ghaqda M.C.B.A.

Cirkolari 07/2002
1 ta’Settembru 2002

Ghaziez Membri,
Insellmulkom u nittamaw li tinsabu tajbin.
B’pjacir nixtiequ inhabbrulkom li l-Ghaqda irnexxilh taghmel ftit proftitt minn attivitajiet socjali. Il-profitt kien possibli biss ghall-koperazzjoni ta’ dawk l-stess ftit membri, li ssibhom dejjem jattendu dawn l-attivitajiet. Kien ukoll ghal dawk il-membri li b’sagrificcju jiehdu hsieb l-organizazzjoni, il-garr ta’l-armar, l-armar,iz-zarmar, it-tindif, it-tisjir u li jaraw li dawn l-attivitajiet imorru tajjeb. Kif jaf kull min gie, dawn l-attivitajiet dejjem ikunu success u kulhadd dejjen hareg sodisfatt u wera’ l’apprezzament tieghu mal-kumitat. Kif jghidu huma, hadd qatt ma mar id-dar bil-guh.
Il-kumitat ghal daqstant ma jistax ma jergax jirringrazzja mill-qalb lil dawn il-membri u l-hbieb taghhom, li kif ghedna qabel, dejjem jattendu dawn l-attivitajiet.
Il-kumitat iheggeg lill-membri kollha biex kemm jista’ jkun jiehdu sehem f’dawn l-attivitajiet b’risq il-fund rasing ghall-wirja biex intafu xi ftit mill-ispejjez taghha. Kif jaf kulhadd, il-wirja, lill-ghaqda qed tiswila hafna flus. Ftit tal-koperazzjoni minn kulhadd hija mehtiega biex inkunu nistghu nghamlu wirja ahjar minn dik tas-sena ta’ qabel.

Fronts tal-gageg tax-show

Wara t-30 ta’Settembru 2002 ma niggarantixxux li l-fronts ikunu lesti ghall-wirja.

Materjal ghall-qiegh tal-gageg tax-show.

Peres li s-sena l-ohra uzajna z-zrieragh, ir-ramel u l-anti-cocci bi prova, sibna li l-ahjar materjal ghall-qiegh tal-gageg huwa l-anti-cocci. Ghalhekk gie deciz li mill-wirja li gejja l-materjal ghall-qiegh tal-gageg kolla, inkluzi dawk tas-selling class, ghandhom ikunu miksija bl-anti-cocci. Sibna li dan il-materjal huwa l-aktar igeniku u fl-istess hin jaghmel il-gagga aktar soda fuq l-istands.

Table Shows

Junors - 28 u 29 ta’ Settembru. Registrazzjoni sal-Hadd 22 ta’ Settembru 2002. Finches – 5 u 6 ta’ Ottubru. Regestrazzjoni sal-Hadd 28 ta’ Settembru 2002. Kulur u Type – 12 u 13 ta’ Ottubru. Regestrazzjoni sal-Hadd 5 ta’ Ottubru 2002.

Fronts ghal-gageg tal-kartun.

Billi minn din is-sena se nintroducu l-gageg tal-kartun, li mumhiex obligatorji ghall-wirja, qeghdin nigbru l-ordnijiet tal-fronts ghal dawn il-gageg. Min jixtieq jordna, ghandu cans sa l-ahhar ta’ Settembru u jist’ jaghmel dan billi jcempel lil Carmelo Cutajar fuq 21461207 jew 79461207. Il-prezz tal-front ser ikun ta’ 50c u dak tal-gagga tal-kartun, 25c biss.

Gageg qodma tal-Finches.

Mill-wirja li gejja, l-gageg il-qodma tal-finches, mux se jkunu tajbin biex fihom jigu esibiti l-ghasafar. Dawn jistghu jintuzaw biex fihom jittellghu ghasafar ghas-Selling Class.

Prodotti ghal-bejh mic-centru.

Il-membri jistghu jakkwistaw l-aqwa prodotti ta’ l-ghasafar li hawn bhal issa fis-suq. Id-ditti Toni Vella, Borg Cardona u Globe Imports, qed jissupplixxu lil M.C.B.A. Fost il-prodotti, wiehed jista’ isib zrieragh bl-ixkora ta’ 25kg., 4kgs., u bil-1kg tad-ditti Witte Molen u Sluis, kif ukoll, softfoods ta’ Sluis, Witte Molen, CeDe u Bird Care. Hemm ukoll rimedji ghall-mard tal-ghasafar tad-ditti Johnsons, Encia u Bird Care u accesorji ohra bi prezzijiet specjali.

Bird Sale.

Fic-Centru kull nhar ta’ Hadd, mid-9.00am sa 1200pm.

Kundizzjoniet bhal tax-show.

Kull membru jista jgib ghasafar ghall-bejgh.
l-ghasafar iridu ikunu kolla fil-gaggeg tax-show
Mhux izjed minn zewg (2) ghasafar f’kull gagga.
L-M.C.B.A. tkun responsabbli mill-bejh ta’ l-ghasafar.
L-M.C.B.A. ghandha 10% kummissjoni minn fuq il-prezz ta’ kull ghasfur li jinbiegh.
L-ghasafar iridu jingiebu u jitiehdu dak inhar stess.
Taht ebda kundizzjoni ma jistghu jithallew ghasafar fic-centru.
Ic-centru M.C.B.A. m’huwiex responsabbli ta’ l-ghasafar anki jekk dawn jithallew fieh.

Donated by the Malta Cage Birds Association Club visit MCBA club website



your ad could be here

coloring pages

.

Quick links: Home Birds Cats Dogs Fish Exotic Plants Free cross stitch pattern Free stained glass patterns Eggart by Candice Top Cocktail Recipes Free pet coloring pages Free animal vectors Colorful stained glass patterns for free Educational tutorials Privacy Policy

page generated in 0.006722 seconds
61