Articles
BBA Club
MCBA Club
MCBA Junior Club
Competition
House of Crests


Dogs Birds Cats Fish PetNGarden Exotic Plants

News Shops My pet page Search Contact List Win Free Services send e-mail

Statut tal-M.C.B.A.

Isem

L-Ghaqda ghandha tkun maghrufa bhala “The Malta Cage Birds Association”.

L-Emblema

L-Emblema ta’ l-Ghaqda hija ta’ Ghasfur ahdar fuq salib tal-Kavalieri ahmar, b’erba’ zbuliet tal-qamh sofor, go triangolu iswed, inkorporat bl-isem “The Malta Cage Birds Association”. Kopja tal-emblema hawn taht.

Skop

L-iskop tal-Ghaqda huwa:

  1. Li tinkoragixxi t-trobbija u t-tnissil ta’ kull tip ta’ Ghasafar u tiehu hsieb teduka lil membri taghha.
  2. Li tiprotegi l-interessi tal-membri fi hdan l-ghaqda.
  3. Li minn zmien ghal zmien, jigu organizzati wirjiet ta’ Ghasafar u minn ta’ lanqas darba f’sena bejn Novembru u Dicembru, il-kumitat hu fid-dover li ittella’ Wirja Annwali.
  4. L-Ghaqda, ikun ta’ interess ghalija li tissiheb ma’ Klabbs barranin biex il-membri ta’ l-istess ghaqda ikunu jistghu jesibixxu l-ghasafar taghhom barra minn pajjizna.
  5. Li l-Ghaqda taghmel parti mill-Federazzjoni tal-Fur & Feather.

Aministrazzjoni

  1. L-amministrazzjoni ta’ l-Ghaqda ghandha tkun imexxija minn Kumitat li jigi elett kull sena f’ laqgha generali, b’ vot sigriet minn fost il-membri prezenti waqt din il- laqgha.
  2. Il-Laqgha generali ghandha tinzamm mhux aktar tard mill-31 ta’ Jannar ta’ dik is-sena.
  3. F’ laqgha generali, il-Quorum ghandhu ikun ta’ mhux anqas minn hamsin fil- mija (50%) tal-membni, izda jekk sa nofs siegha wara mill-hin stipulat dan in- numru ma’ jintlahaqx, il-laqgha issir minn membri prezenti.
  4. Emendi fl-istatut, jistghu isiru b’ sebgha u sittin fil-mija (67%) tal-voti tal-membri prezenti.
  5. Biex wiehed ikun jista’ jikkontesta l-elezzjoni ghal-kumitat irid ikun ilu fl-Ghaqda minn ta’ l-inqas sena.
  6. Il-kumitat ghandu ikun ifformat minn ta’ lanqas b’seba membri imma mhux iktar minn hdax l-membru, liema karigi huma:
    President, Segretarju, Kaxxier, Vici President, Asst. Segretarju, Asst. Kaxxier, PRO. u membri.
  7. Kariga ta' President, Segretarju u Kaxxier, ghandha issir elezzjoni separata minn dik tal-kumplament tal-Kumitat u membri. Liema karigi, jinzammu ghal sentejn.
  8. Il-kaxxier ghandu jaghti rendikont ta’ kull sena waqt laqgha generali u il-kontijiet ghandhom ikunu approvati minn Awditur.
  9. Kull membru li irid ikun fil-Kumitat, irid jigi nominat u s-sekondat minn zewg membri differenti.
  10. Laqgha tal-Kumitat ma’ tistghax tinzamm jekk ma’ ikunx hemm hamsin fil-mija u wiehed (50% + 1) tal-membri tal-kumitat.
  11. L-Ebda membru tal-Kumitat ma’ jista’ jiddecidi/jorganizza jew jiehu xi decizjoni wahdu minghajr il-kunsens u l-approvazzjoni tal-Kumitat kollu.
  12. F’ kaz li ma jkunx hemm nominazzjonijiet mehtiega ghall-membri tal-kumitat, waqt il-laqgha generali, il-Kumitat mahtur ghandu jara li din il-kwota tintlahaq mill-aktar fis possibli.
  13. Il-Kumitat ghandu jaghmel l-ghalmu tieghu biex izomm is-sotto-kumitati hajjin f’attività taghhom.
  14. Kull membru tal-Kumitat ghandu issegwi id-doveri tieghu skond il-kariga.

Membri

  1. Kull mim huwa dilettant fit-trobbija ta’ l-ghasafar jista’ japplika biex jissieheb membru ma’ din l-Ghaqda.
  2. Il-Kumitat jirriserva id-dritt li minghajr ma’ jaghti raguni ma jilqghax applikazzjoni ta’ xi hadd li jrid jidhol membru.
  3. Formoli apposta ghandhom jigu mimlija u finalment jinghataw lill-kaxxier.
  4. Il-Mizata ghandha tkun ta’ Lm 3.00 ghal kull sena. Liema sena tibda minn Jannar sa Dicembru. Ghal kull applikazzjoni gdida, il-mizata ghandha tkun ta’ Lm 5.00 ghal dik is-sena (Registration Fee).
  5. Kull membru ma jibqax membru jekk dan:
    1. Jirrizenja
    2. Ma jhallasx il-mizata, sa Jannar tas-sena ta’ wara.
  6. Ma tistax tesebixxi ghasafar fl-ebda wirja jekk il-mizata ma’ tkunx imhallsa f’dik is-sena kurrenti.
  7. Biex membru isejjah l-laqgha generali straordinarja, irid igib minn ta l-inqas hamsin (50) firma minghand il-membri imsiehba fl-Ghaqda.

Likwidazzjoni

F’ kaz ta’ likwidazzjoni ta’ l-Ghaqda, tissejjah laqgha fejn il-membri prezenti jiddeciedu se jsir mill-assi li jkun hemm.


Donated by the Malta Cage Birds Association Club visit MCBA club website



your ad could be here

coloring pages

.

Quick links: Home Birds Cats Dogs Fish Exotic Plants Free cross stitch pattern Free stained glass patterns Eggart by Candice Top Cocktail Recipes Free pet coloring pages Free animal vectors Colorful stained glass patterns for free Educational tutorials Privacy Policy

page generated in 0.005316 seconds
61