Il-Fiera tal-Fniek – 2003
L-iskop tal-Fiera tal-Fniek huwa li l-membri tal-Malta Rabbit Club ikollhom okkazjoni specjali biex ibieghu l-fniek taghhom lill-pubbliku permezz ta’ attivita’ organizzata apposta ghalihom, attivita’ li tipprovdilhom “vetrina” kif ukoll pubblicita’ vasta, kif ukoll l-organizzazjoni u l-logistika kollha mehtiega u sahansitra anke it-“timbru” ta’ l-ghola awtorita’ f’Malta fuq il-kwalita’ tal-fniek, biex igibu prezzijiet tajbin u gusti ghall-prodotti taghhom waqt li fl-istess hin il-kompratur ikollu mohhu mistrieh kemm jista’ ikun fuq il-genwinita’ ta’ dak li qed jixtri. Il-Malta Rabbit Club ghandha d-dover li tipprotegi l-interessi ta’ kull min irabbi l-fniek f’Malta kemm jekk ikun membru tal-Ghaqda kif ukoll jekk ma jkunx (jifieri kemm il-bejjiegh kif ukoll il-kompratur).
Ghalheqq il-piz fuq il-Malta Rabbit Club huwa tqil ferm. Trid tassigura li l-fniek fil-wirja jkunu f’sahhithom u li d-deskrizjoni taghhom tkun korretta kemm jista’ ikun, fi kliem iehor li l-fniek ikunu genwini. Pero’ fl-ahharnett ma tistghax terfa’ r-responsabbilta’ u din tibqa totalment fuq ix-xerrej.
Programm tal-Fiera;
Nhar is-Sibt 21 ta’ Mejju - mitt-7.45 a.m. sat-8.30 a.m. - DHUL TA’ L-ESEBITI.
8.30 a.m. Tibda l-Wirja – Introduzjoni u spjegazjoni ta’ l-iskop u r-Regolamenti.
Mill-9.00 a.m. sas-2.00 p.m. - Judging.
Miss-2.30 p.m. sat-3.00 p.m. - Il-bejgh jibda ghal-membri tal-Kumitat u fil-pront warjhom ghal-helpers.
Mitt-3.30 p.m. sal-4.30 p.m. isir il-bejgh ghall-membri kollha l-ohra tal-Ghaqda. Mill-5.00 p.m. u l-Hadd kollu l-bejgh ikun ghall-pubbliku kollu.
Miss-5.00 p.m. sat-8.00 p.m. – Il-Wirja miftuha ghall-pubbliku.
Nhar il-Hadd 22 ta’ Mejju – Mid-9.00 a.m. sat-8.00 p.m. – Il-Fiera miftuha ghall-pubbliku.
Fit-8.05 p.m. – Irtirar ta’ l-esibiti fl-istess ordni bhal tal-Wirja ta’ Mejju.
Il-fiera ser titella fil-premises tal-Malta Rabbit Club; In-Nissen Hut, Luqa Road, Qormi. (faccata tal-Kullegg tal-Agrikoltura)
Statistika. Ser ikun hemm il-fuq minn 250 fenek ghall-bejgh differenti, minn fniek dwarfs sa giants.
Donated by the Malta Rabbit club. visit Malta rabbit club website
|