Articles
MAS Club
Competition


Dogs Fish Cats PetNGarden Birds Exotic Plants

News Shops My pet page GuestBook Search Contact List Win Forum Free Services send e-mail

From an anatomical point of view, the domestic koi is a carp with a few modifictions brought about by modern day breeders

Minn punt anatomiku, il-koi domestiku huwa carp bi ftit modifikazzjonijiet mill-breeders moderni. Naturalment, bit-tibdil u l-modifikazzjonijiet kollha li saru lil Koi tal-lum il-gurnata, l-anatomija generali hija ovvjament l-istess, imma l-forma u l-proporzjon jiddependu fuq il-varjeta. Li wiehed jifhem l-anatomija tal-Koi jista’ jghin fis-sahha generali u t-trattament tal-hut tieghek. Hawn taht hawn mudell ta’ l-anatomija tal-Koi b’deskrizzjonijiet ta’ l-anatomija u l-fizjologija tal-Koi.

1

Ghajnejn

L-ghajnejn huma ezatt quddiem il-gargi.   Il-Koi jistghu jaraw f’zewg direzzjonijiet fl-istess hin – fuq kull naha tal-gisem kif ukoll fuq jew taht kull naha tal-gisem.

2

Imnifsejn

L-imnifsejn huma ezatt quddiem u kemm xejn il-fuq mill-ghajnejn. L-imnifsejn huma uzati purament ghax-xamm.

3

Barbel

Il-barbels (jew, mustacci) jinsabu fuq ix-xoffa ta’ fuq tal-Koi u ghandhom hafna riceveturi tas-sensi li jghinu biex jinstab l-ikel.

4

Gargi

Il-gargi ghanhom funzjoni simili ghal dik tal-pulmun.  Il-gargi huma moqdija minn numru ta’ vini fini.  Meta l-ilma jghaddi minn fuq il-gargi, l-ossignu jigi assorbit mill-vini u mbaghad jigi trasportat direttament ghal gol-gisem.  Carbon dioxide jigi ritornat ghal go l-ilma permezz tal-gargi.

5

Gewnah (Pettorali)

Il-gwienah pettorali huma maghqudin u jinstabu fuq in-nahat ta’ wara tal-koi. Jistghu jintuzaw biex idawru lill-koi fuq kwazi l-istess post, dan isir billi wahda mill-gwienah taqdef fin-naha opposta ta’ l-ohra.  Ghandhom ukoll il-funzjoni ta’ brejkijiet, u jaghmlu dan billi johorgu l-gwienah il-barra biex jipprovdu surface area kbira ma xiex jahbat l-ilma.  Juzawhom ukoll meta jkunu qed ifittxu l-ikel biex icaqalqu l-qiegh.

6

Fwied

Il-fwied jghin biex jitnehha hmieg minn god-demm u jikkontrolla l-uzu ta’ ikel digestit.  Jipproduci wkoll il-bili li jigu uzati fid-digestjoni / l-assorbiment ta’ xaham.

7

Buzzieqa tal-marrara

Ezattament taht il-fwied, il-buzzieqa tal-marrara tahzen il-bili u tirrilaxxah biex tghin id-digestjoni.

8

Gewnah (Pelvic)

Il-gwienah ventrali jew pelvikali huma maghqudin u jinstabu fuq in-nahat ta’ wara tal-koi, bejn wiehed u iehor fin-nofs tal-gisem.  Il-gwienah pelvikali jghinu lil koi biex titla’ u tinzel hi u tghum, wiehed jista’ jghid li huma bhal hydrofoils.

9

Milsa

Il-milsa tipproduci lymph cells (fluwidu isfar li jikkonsisti l-iktar fi plasma tad-demm u celluli bojod) u tahzen celloli homor.

10

L-imsaren

Ara Sistema Digestiva ghal aktar dettalji.

11

Organi tar- riproduzzjoni

L-organi sesswali interni tar-ragel huma t-testikoli u tal-mara huma l-bajd.  Kemm fir-ragel kif ukoll fil-mara dawn jinstabu taht il-buzzieqa ta’ l-awrina. Il-bajd u l-isperma johorgu mill-gisem mill-gonopores li jinstabu ezattament quddiem il-fetha ta’ l-awrina.  Il-gonopores huma maghqudin mill-gonoduct.

12

Pora anali

Il-pora anali jinstab ezattament quddiem il-gewnah anali.  Il-hmieg tas-sistema digestiva tal-koi jigu mixhut il-barra permezz tal-pora anali. Ilma fil-forma ta’ urina ukoll jigi mixhut il-barra permezz tal-pora anali.

13

Buzzieqa ta’ l-urina

Il-buzzieqa ta’ l-urina ghandha parti importanti ghall-koi.  Billi l-livell tal-melh tal-koi huwa iktar gholi minn dak ta’ l-ilma fejn tghix, il-gisem tal-koi il-hin kollu idahhal ilma li jipprova jibbilanca l-koncentrazzjoni tal-melh, dan jissejjah osmosis. Minhabba dan il-process il-koi ikollha terhi l-ilma zejjed, ghax inkellha tintefah bhal buzzieqa.

14

Gewnah anali

Il-gewnah anali jinstab ezattament quddiem id-denb u huwa primarjament ghal-istabilizzazzjoni.

15

Caudal jew denb

Il-caudal (denb) ghandu l-funzjoni bhala tmun tal-koi u jista’ jintuza biex tintlahaq il-velocita/imbottatura massima.

16

Fwied

.

17

Swim Bladder

L-iswimbladder, li jinsab ezattament taht is-sinsla tad-dahar, jikkonsisti f’zewg taqsimiet ta’ qies differenti. Il-hut jirrangaw il-pozizzjoni taghhom billi jonfhu jew icekknu dawn it-taqsimiet, dan ibiddel id-densita relattiva ma’ l-ilma tal-madwar.  Flimkien mas-sistema oditorja, din tikkontrolla l-orjentament tal-hut, il-livell li fih jghumu, ecc.

18

Gewnah tad-dahar

(Dorsal fin)

Il-gewnah tad-dahar li jinsab fuq il-gisem tal-koi huwa l-gewnah li principarjament jistabilizza lil huta.  Jahdem simili hafna ta’ prim ta’ daghjsa billi jzomm lil koi wieqfa dritta.  Il-koi jistghu ibaxxu l-gewnah tad-dahar biex joholqu effett iktar lixx meta l-koi ikollha bzonn timxi b’velocita’ iktar qawwija.

19

Stonku

Ara Sistema Digestiva ghal aktar dettalji.

20

Pyloric Caeca

.

21

Linja laterali 

Il-linja laterali tghaddi fuq fuq tul il-parti tan-nofs tal-gisem tal-koi.  Il-linja laterali hija ringiela ta’ pori specjali li jaghtu ghal gol-kanal li jiehu sar-ras u l-mohh tal-koi. Il-kanal huwa mimli b’soluzzjoni viskuza li hija estremament sensittiva ghal vibrazzjonijiet fl-ilma.

22

Qoxra (Scales)

.

23

Widnejn

Il-hut ghandhom widnejn interni li jirrispondu ghal vibrazzjonijiet fl-ilma.  Il-kanal uditorju (tas-smiegh) huwa konness mal-iswimbladder u huwa uzat ghall-bilanc.

24

Halq

Il-halq tal-koi jinsab f’pozizzjoni inferjuri – mhux ezattament fix-xifer tar-ras imma ftit taht. Dan jindika li tiekol mill-qiegh.

25

Kulur

Il-varjazzjonijiet ta’ kulur fil-koi huma determinati mill-ammont ta’ celloli guanin (tessuti riflessivi) fil-gilda taht il-qoxra (dermis). Ic-celloli guanin ikollhom hmieg rizultat tal-metabolizmu tal-gisem.  Ic-celluli tas-saff ta’ barra (epidermis) ghandhom pigmenti tal-kulur, dawn huma Erythrophores (ghandhom bicciet ta’ pigmenti homor jew orangjo), Melanophores (ghandhom il-pigment iswed melanin), Xyanthophores (ghandhom bicciet ta’ pigmenti sofor). Il-pozizzjoni taghhom fil-gilda tiddetermina l-kulur ta’ koi. Iktar mas-saff tac-cellola guanin ikun komplut, iktar ma l-apparenza tal-koi tkun metallika u jekk dan is-saff ma jkunx jezisti (parzjalment jew kompletament) ikun iktar vizibbli fil-fond.

26

Saff tal-mucus

Is-saff tal-mucus jghatti l-parti ta’ barra kollha tal-koi. Is-saff tal-mucus jipprovdi protezzjoni ghal-batterja u fungus u bih il-koi tinhass tizloq. Huwa ghalhekk importanti li idejk ikunu mxarrba qabel tmiss il-koi, biex tassigura li s-saff tal-mucus ma jsirlux dannu.

27

Sistema digestiva

Is-sistema digestive tal-koi hija bejn wiehed u iehor bhal dik ta’ kwalunkwe animal superjuri iehor imma hija fl-istess hin differenti minn ta’ hafna minhabba l-fatt li l-koi m’ghandux ezattament stonku. L-ikel jidhol mill-halq u jigi imkisser bla grazzja mis-snien pharyngeal (progezzjonijiet ta’ ghadam mill-appogg tal-gargi).  Minn hemm jghaddi ghal esophagus u mbaghad ghal go l-imsaren.  Il-parti ta’ wara ta’ l-imsaren huma minfuha u jixbhu hafna lil stonku.  L-imsaren huma twal u mibruma, hafna drabi minn 4 sa 5 darbiet it-tul tal-koi. Dan minhabba l-fatt li l-materja vegetali li tittiekel mill-koi ghandha bzonn iktar hin fil-gisem biex tigi maghguna u b’hekk it-tjubija tohrog. L-imsaren johorgu mill-gisem mill-por anali.

28

Sistema Nervuza

Is-sistema nervuza ta’ koi tkkonsisti f’nervaturi ottici u sensorjali li  jiddu mir-ras.  Fibri fini fit-trufijiet tan-nervaturi jittrasmettu u jircievu messaggi mill-mohh tal-koi, li huwa relattivament semplici Ix-xewka tad-dahar tal-koi tghin biex tipprotegi s-sistema central nervuza li testendi ghal-partijiet kollha tal-gisem.


Donated by the Malta Aquarist Society Club visit MAS club website

Share |


See your advert here for $50 ...

Michale Zahra

freee cross stitch for your pet

Download Fantastic Wallpapers for free

.

Quick links: Home Birds Cats Dogs Fish Exotic Plants Free cross stitch pattern Free stained glass patterns Eggart by Candice Top Cocktail Recipes

page generated in 0.020105 seconds
61