Articles
MAS Club
Competition


Dogs Fish Cats PetNGarden Birds Exotic Plants

News Shops My pet page Search Contact List Win Free Services send e-mail

Is-sensi tal-hut

Bhal kull annimal iehor, il-huta ghandha bzonn tkun taf x’inhu qed jigri madwarha. Il-hut ghalhekk ghandhom bzonn l-ghodda necessarja biex ikunu jistghu jaqdu funzjonijiet bazici tal-hajja bhal ma huma in-navigazzjoni, il-komunikazzjoni, l-attakk, id-difiza u l-lokalizzazzjoni ta’ l-ikel.

Bhala ambjent sensorjali (li ghandu impatt akbar fuq is-sensi), l-ilma huwa differenti mill-arja b’diversi modi importanti;

  • l-ilma jassorbi d-dawl malajr hafna u t-turbulenzi inaqqsu iktar u iktar il-vizibilita;
  • il-hoss f’forma ta’ mewg jivvjagga iktar malajr u iktar fil-boghod fl-ilma milli fl-arja, sempliciment ghax huwa materja iktar densa;
  • billi l-kimiki kollha, anki dawk li jkunu gejjin mill-ikel, jinhallu fl-ilma u facilment jithalltu mieghu, is-sensi tax-xamm u tat-toghma ghandhom sinifikat specjali fl-ambjent awkwatiku.
Barra minn hekk, billi l-ilma li fih jghix il-hut huwa wkoll wiehed li minnu jghaddi l-elettriku (ghax il-molekoli li jezistu fih huma ijoni mimlijin elettricita’), xi whud mill-hut kapaci juzaw ukoll l-ghodda sensorjali unika tal-‘electroreception’(dan huwa sens specjali li bih il huta thoss l attivita ta moviment jew radjazzjoni ta madwarha).

Fil-paragrafi li jmiss se nharsu hafif hafif lejn is-sensi principali tal-hut u lejn kif dawn l-organi tas-sensi jigu adattati biex jiffunzjonaw fid-dinja ta’ taht l-ilma.

Il-vista

L-istruttura ta’ l-ghajnejn tal-hut hija simili hafna ghal dik ta’ annimali vertebri ohra – l-adattazzjoni principali hija l-forma kwazi sferika tal-lenti. Il-hut kapaci jiffukkaw selettivament (billi jghazlu huma stess) fuq oggetti kemm fil-vicin kif ukoll fil-boghod, u l-kapacita ta’ kemm jaraw fil-bod hija generalment determinata mill-pozizzjoni ta’ l-ghajnejn fir-ras. F’hut, bhal per ezempju, in-neon tetras (Paracheirodon innest), l-ghajnejn ikunu fil-genb tar-ras u jipprovdu vizjoni ta' difiza tajba fuq angolu wiesgha fuq kull naha tal-huta. Fil-pike cichlids (Crenicichla lepidota), per ezempju, l-ghajnejn ikunu pozizzjonati iktar il-quddiem u ghalhekk jghinu lill-huta biex tiffoka b’mod iktar car fuq il-priza intenzjonata quddiem il-huta. Hlief f' xi ftit speci ta’ hut, il-vizjoni tal-hut hija limitata barra mill-ilma minhabba li r-raggi tad-dawl f’wicc l-ilma jigu mharbta. Ezaminazzjoni dettaljata ta’ l-istruttura ta’ l-ghajn taghti x’tifhem li l-hut jaraw id-dinja kwazi kwazi kif narawha ahna – f’tahlita glorjuza ta’ diversi kuluri differenti.

Il-mewg tas-smiegh u l-pressjoni

Biex jisma’ l-hut iserrah hafna fuq is-sens tieghu tal-hass, li fl-ilma jimmanifesta ruhu taht forma ta’ mewg ta’ pressjoni. Il-hut ghandhom dik li tissejjah sistema ta’ ‘lateral line’ sensittiva hafna u li tikkonsisti f’serje ta’ kanali u hofor ezattament taht il-gilda. Il-kanal principali ta’ din is-sistema ikun ghaddej minn gon-nofs ta’ kull naha tal-huta. Din is-sistema tinjora hsejjes generali u tiffoka fuq hsejjes ta’ frekwenza baxxa li jkunu qed jivvibraw b’1/10 sa 200 ciklu fil-minuta. Il-hut ghandhom ukoll widna interjuri li tigbed frekwenza ta’ hoss iktar gholja (sa 800 ciklu fil-minuta). Is-sistema interna tal-widna ta’ certu speci ta’ hut, bhal ma hija l-karpa hija zviluppata hafna. F’sistemi bhal dawn is-‘swimbladder’ jiffunzjona bhala dak li jircievi u jamplifika l-hoss li jghaddi lejn l-widna interna permezz ta’ serje ta’ ghadam mwahhlin ma’ xulxin li jissejhu ‘the Weberian ossicles’.

L-orjentazzjoni

Gewwa l-widna interna tal-huta u fi strutturi relatati mill-vicin, wiehed isib ukoll riceveturi li jircievi s-sensi u dawn jghinu lil hut jorjenta ruhu fi tlett dimensjonijiet gewwa l-ambjent akwatiku. L-‘otoliths’ jirregistraw kull caqliqa ‘l fuq li taghmel ir-ras kif ukoll jirrispondu ghall-accelerazzjoni linejari, filwaqt li l-moviment ta’ fluwidu gewwa l-kanali nofs tondi icaqalqu riceveturi li jirregistraw dan dawrien.

Xamm u toghma

Il-hut ghandhom sens specjalizzat li jaghmilhom kapaci jirrispondu ghal kimika li tkun tezisti fl-ilma. Dan is-sens huwa importanti hafna ghall-komunikazzjoni u biex isibu l-ikel. Id-distinzzjoni bejn ‘xamm’ u ‘toghma’ hija difficli – it-tnejn li huma jistghu jigu deskritti ahjar bhala ‘chemoreception’. Jezistu nhawi specjali ta’ chemoreceptors fil-fetha ta’ l-imnieher, imxerrdin fil-halq, madwar ir-ras, u f’xi speci, anki fuq il-gisem. Fil-catfish u loaches, dawn ir-riceveturi tal-kimika u sensors tal-hass huma koncentrati fuq il-mustacci madwar il-halq. Dawn generalment jintuzaw biex isibu l-ikel f’dawl baxx u hafna minn dawn il-hut huma notturni.

Electroreception

Xi hut, bhal ma huma l-elephant nose tal-familja Mormyrid, juzaw il-linja laterali bhala sistema ta’ electrosensory. Pulsi elettrici li jigu emessi minn xi organu qrib id-denb jibnu bhal riserva elettrika fl-ilma madwar il-huta u r-riceveturi tas-sensi qrib ir-ras huma kapaci li jindunaw b’bidliet anki zghar hafna f’din ir-riserva kawzati mill-avvicinament ta’ hut iehor jew minn affarijiet solidi fil-vicin. Din is-sistema hija uzata ghan-navigazzjoni u biex jinstab l-ikel f’kundizzjonijiet fejn id-dawl ikun baxx.

Sistemi ta’ koordinazzjoni u kontroll

Il-koordinament u l-kontroll ta’ processi fizici bhala rispons kemm ghal stimuli esterni kif ukoll interni jsehhu permezz tal-mohh f’kooperazzjoni mas-sistemi nervuzi u endokrini.

Il-mohh l-ewwel jircievi u jassimila informazzjoni mill-organi sensorjali u mbaghad jikkoordina u jistimula l-ghagir korret mill-organi approprjati tal-gisem. Il-mohh jintegra wkoll azzjoni ta’ riflessi, bhal ma huma li tiehu n-nifs jew il-funzjoni tal-qalb. Il-mohh huwa wkoll il-post tat-taghlim u tal-memorja.

Is-sistema nervuza hija responsabbli ghal bidliet rapidi f’funzjonijiet fizici. Messaggi tan-nervituri huma pulsi elettrici li jivvjaggaw bil-ghagla fis-sistemi ta’ fibri tan-nervi li jkunu ‘insulated’. Nervituri sensorjali igorru messaggi lejn il-mohh, filwaqt li hemm nervituri ohra (motor nerves) li jgorru messaggi mill-mohh ghall-organu li mbaghad ikun irid jirrispondi ghal dak il-messagg.

Is-sistema endokrina tiehu iktar fit-tul biex tirrispondi u tirreagixxi. Din is-sistema tikkontrolla l-organi vitali biex jinzamm ambjent intern kostanti. Is-sistema tikkonsisti f’numru ta’ organi endokrini li jipproducu kimici messaggiera, li jissejhu ormoni, li jigru fid-demm sa l-organi li jkun hemm bzonn.

Is-sistema kardjovaskulari

Is-sistema kardjovaskulari tifforma sistema ta’ trasport intern li tghaqqad flimkien kull organu u cellula. Din is-sistema isservi wkoll numru ta’ funzjonijiet. Is-sistema kardjovaskulari tikkonsisti f’pompa – il-qalb – li ticcirkola l-fluwidu – id-demm – madwar is-sistema estensiva ta’ pajpijiet tas-sistema ta’ l-arterji, vini u kapillari. Fil-hut, il-qalb hija struttura semplici ta’ erba’ taqsimiet (four-chambered structure) li kull m’ghandha huma zewg valvi. Billi mhiex b’sahhitha hafna, ic-cirkulazzjoni mhiex mghaggla u t-tissues li huma l-boghod mill-qalb m’humiex efficjenti minhabba li jkollhom livell relattivament baxx ta’ ikel u ossignu kif ukoll binja ta’ prodotti hziena. Ir-rata ta’ cirkulazzjoni tista’ tigi mghaggla skond il-bzonn biex tirreagixxi ghall-bzonnijiet ambjentali; ormoni rilaxxjati mis-sistema endokrina jistimulaw il-qalb biex tghaggel iktar u b’hekk titrasporta ammonti ikbar ta’ demm. L-arterji z-zghar jistghu wkoll jinfethu biex titnaqqas ir-rezistenza ghac-cirkulazzjoni tad-demm.

Id-demm huwa oggett kumpless – minn 30 sa 50 fil-mija tieghu jikkonsisti f’celluli tad-demm. Hafna minn dawn ic-celluli huma celluli homor li jgorru l-ossignu, filwaqt li l-bqija huma celluli bojod assocjati mas-sistema immunitarja. Il-bqija tal-fluwidu vaskulari – il-plasma – tikkonsisti l-iktar f’ilma, melh u materja ohra li tkun qed tingarr, bhal ma huma z-zokkor (glucose) mehtieg ghal-energija u prodotti hziena (waste products) li jkunu qed jingabru minn madwar il-gisem.

Id-darba li jmiss nitkellmu fuq in-nutrizzjoni tal-hut.


Donated by the Malta Aquarist Society Club visit MAS club website



your ad could be here

coloring pages

.

Quick links: Home Birds Cats Dogs Fish Exotic Plants Free cross stitch pattern Free stained glass patterns Eggart by Candice Top Cocktail Recipes Free pet coloring pages Free animal vectors Colorful stained glass patterns for free Educational tutorials Privacy Policy

page generated in 0.007277 seconds
61