L-Istress u l-Mard
L-istress huwa fattur vitali fis-sahha tal-hut. Il-forom varji li dan jiehu u l-effetti tieghu fuq il-hut gew investigati minn biologi u xjentisti fuq il-hut kemm fuq hut fis-selvagg kif ukoll fuq hut imrobbi domestikament. Hawnhekk, ser naslu ghal xi ftit konkluzjonijiet semplici minn storja li hija ferm kumplessa
Il-fatturi li ghandhom impatt negattiv fuq il-hut, bhal l-immaniggjar (handling), l-affollament, il-kondizzjonijiet ambjentali hziena u l-hut l-iehor fl-akkwarju li ma jkunx adegwat jew li jkun agressiv, dawn jissejhu 'fatturi stressanti. Ir-reazzjoni ghall-istress li dawn il-fatturi stressanti jikkawzaw hija definita bhala l-asiem tar-reazzjonijiet fizjologici (tal-gisem)li l-hut jaghmel sabiex izomm jew jerga jikseb il-bilanc normali tieghu. Xi reazzjonijiet ghall-istress huma komuni ghall-fatturi stressanti kollha; xi ohrajn huma specifici ghal tip wiehed partikolari.
L-aktar reazzjoni bazika ghall-istress hija li tahrab mill-periklu li qed jghedded, li jista jkun xi predatur naturali, jew fil-maghluq, dak li jrabbi l-hut li jkun qed jiprova jaqbad il-hut fil-kopp sabiex ihares aktar mill-qrib jew sabiex ipoggiha f' akkwarju jew vaska ohra. L-ewwel parti ta' din ir-reazzjoni hija l-preparazzjoni tal-gisem ghall-harba, li f' termini bijologici, jinvolvi ir-rilaxx ta' ormoni li jpoggu l-energija kollha tal-huta sabiex jinforzaw il-muskoli lokomotorji. Sfortunatament, din ir-reazzjoni allarmativa ghandha effetti ta detriment fit-tul. Per ezempju, wahda mill-ormoni rilaxxati hija l-adrenalina, li minbarra li taccellera l-gisem ghal azzjoni instantaneja tiddisturba ukoll ir-regolazzjoni osmotika (i.e. il-kontroll tal-bilanc tal-melh/l-ilma) gol-huta. Ormona ohra nvoluta, il-kortisol, taffeftwa c-celloli tad-demm bojod u tnaqqas l-effettivita taghhom fis-sistema immunitarja. It-tieni parti tar-reazzjoni tinvolvi l-irkupru ta' l-ekwilibriju tal-huta. Ghalhekk, ir-reazzjoni allarmativa hija evidentement kompromess bejn il-bzonn immedjat li tilhaq is-sigurta ta' malajr u l-effetti kuntrarji (side-effects) fit-tul tad-danni fizjologicii nvoluti. Dan jista jkun kompromess zbilancjat; huta li tghaddi minn reazzjoni allarmativa b' rizultat ta' l-istress applikat anke jekk ghal zmien qasir tista tiehu s-sieghat jew anke l-granet sakhemm tirkupra l-ekwilibriju taghha.
Ir-reazzjoni ghall-istress fil-hut hija generalment ikkunsidrata li hija anqas adattata sabiex tireagixxi ghal fatturi stressanti ambjentali ta' natura kronika (ta' kuljum). Dan huwa ghaliex il-hut evolvew f' ambjent naturali relattivament stabbli u ghalhekk, ma zviluppawx sistema effettiva sabiex jiffacjaw bidliet ambjentali jew fatturi stressanti. Fil-kas ta' bidla ambjentali negattiva, l-ewwel reazzjoni ta' huta tkun ukoll l-istadju allarmanti, li fih hija tipprova tahrab mill-problema. Jekk il-harba ma hix possibli, allura dan l-istadju jigi segwit mill-istadju ta' l-addattazzjoni li matulu l-gisem tal-huta jipprova jirreagixxi ghall-bidla ambjentali. Fil-bidu il-kumpens fizjologiku ghandu l-habta li jirreagixxi aktar milli hemm bzonn. Imbaghad, matul perjodu twil, dan jerga lura lejn ekwilibriju gdid li fih il-huta tilhaq l-ahjar addattazzjoni, kemm fizjologikament kif ukoll fl-imgieba, sabiex tissaporti u tghix fil-kondizzjonijiet ambjentali l-godda. Matul il-perjodu ta' addattazjoni tar-reazzjoni ghall-istress, il-huta terga tpoggi l-glieda mal-fattur stressanti bhala l-ewwel prijorita taghha. Ghalhekk, ir-rizorsi tas-sistema immunitarja jkunu baxxi u problemi ta' mard ikunu aktar probabbli li jinqalghu.
Ghalkemm huta tista tadatta b' success ghal kondizzjonijiet godda, il-kapacita taghha fir-rigward tat-tkabbir, it-tkattir u l-immjunita ghall-mard jista jkun li ma jibqghux fil-livelli ta' qabel. Dan l-istadju ta' addattazzjoni jista jdum minn erba sa sitt gimghat. Jekk huta tkun kontinwament esposta ghal fatturi stressanti bhad-deterjorazzjoni kontinwata tal-kondizzjonijiet ambjentali jew il-bullying kontinwat, ir-reazzjoni ta' addattazzjoni ghall-istress probabilment tkun hekk estiza u mgebbda, u l-funzjonijiet normali tal-huta hekk imfixkla, li ic-cansijiiet ta' l-ghejxien taghha jkunu mnaqqsa drasikament. Jekk il-bidla ambjentali tkun hekk kbira li l-huta ma tkunx tista tikkumpensa - per ezempju, jekk, huta ta' l-ilma mielah titpogga fl-ilma helu - allura ir-reazzjoni ghall-istress tal-huta finalment tilhaq stadju ta ezesperament fatali.
Ghalkemm il-fatturi stressanti u r-reazzjoni ghall-istress tal-huta jistghu iwasslu ghall-huta li timrad minhabba l-effettivita mnaqqsa tas-sistema immunitarja, il-mard innifsu jista ukoll jigi meqjus bhala fattur stressanti fih innifsu. F' dan il-kas, ir-reazzjoni addattattiva tal-huta hija attentat sabiex tpatti ghall-effetti tal-mard.
Anke minn din l-introduzzjoni semplici jidher car li it-tnaqqis ta' l-istress huwa parti mportantii mmens fi trobbija tal-hut tajba. Kif tnaqqsu f' kull stadju possibli huwa tema rikorrenti fil-pariri ghat-trobbiija tal-hut moghtija matul dan il-ktejjeb kollhu. Bla dubju l-hsieb b' attenzjoni minn qabel u l-ippjanar, u l-immanigjar effettiiv tal-kwalita ta' l-ilma u l-popolazzjoni tal-hut, huma l-elementi principali fit-trobbija tal-hut b' success u minghajr problemi. Bhal ma jista jinghad f' kull impriza relatata mas-sahha, l-ghajdun l-antik jibqa dejjem vera: il-prevenzjoni hija bil-qabda ahjar mill-kura.
Ghal darb' ohra : Kapitolu 2 :L-Ghejxien fl-Ilma.
Translated by Peter J Agius.
Donated by the Malta Aquarist Society Club visit MAS club website
|
|