Articles
MAS Club
Competition


Dogs Fish Cats PetNGarden Birds Exotic Plants

News Shops My pet page Search Contact List Win Free Services send e-mail

Is-Sahha tal-Hut

Bhala wiehed li jrabbi l-hut, inti ghandek taccetta obligazzjoni bazika ghall-kreaturi totalment dipendenti fil-kura tieghek. L-ewwel prijorita tieghek ghandha tkun li tipprovdi l-ahjar kondizzjonijiet possibli sabiex tissalvagwardja s-sahha taghhom u tippromwovi l-kondizzjoni tajba ghalihom. L-accettar u t-twettiq ta' din ir-responsabilita bl-aktar mod shih twassal ghal tlett beneficcji fundamentali. L-ewwel nett dan ser jimminimizza l-istress fuq il-hut, li huwa inevitabbli fl-ambjent mhux naturali taghhom. It-tieni nett, dan ser iwassal ghal trobbija tal-hut relattivament minghajr problemi. U fit-tielet lok, hut ikkurat tajjeb ser jippremjawk billi juru l-ahjar kuluri taghhom u l-imgieba l-aktar naturali taghhom lilek li titpaxxa bihom. F' din it-taqsima ta' dahla, ser inharsu fil-qosor lejn ir-relazzjoni bejn il-hut, l-ambjent taghhom u l-patogeni (organizmi li jikkawzaw il-mard) li potenzjalment jheddu is-sahha u l-ghejxien taghhom.

Il-hut, il-patogeni u l-ambjent

Peress illi l-hut huma komposti minn 80% tal-materja prima li tifforma l-ambjent fejn huma jghixu - l-ilma- u membrana semplici biss tifred lil dawn it-tnejn, m' hix xi sorpriza li l-hut huma nfluenzati b' mod uniku minn kull alterazzjoni fl-ambjent u li kull tibdil ghandu impatt sinifikanti fuq is-sahha taghhom.

Hafna patogeni potenzjali tal-hut huma parti kostanti u naturali ta' l-ambjent, is-soltu minghajr ma jikkawzaw problemi ta' mard u mewt. Per ezempju, l-hut normalment igorru populazzjonijiet zghar ta' parassiti protozoici (protozoan parasites) li jieklu principalment minn tessut zejjed u li jinzammu taht kontroll mis-sistema immunitarja tal-hut. Wara kollox, normalment m' huwiex fl-interess tal-parassita li toqtol lil min qed jilqaghha. (Dan nistghu nistennewh izda, meta c-ciklu tal-hajja tal-parassita jkun jinvolvi l-qtil tal-huta sabiex din tittiekel fit-tieni stadju tal-parassita fic-ciklu). Din ir-relazzjoni unika bejn il-hut, il-patogeni taghhom u l-ambjent totali fejn dawn jghixu tfisser illi f' cirkostanzi ambjentali normali jkun hemm bilanc bejn il-hut u l-patogeni. F' dan il-kas, is-sistema immunitarja tal-hut izzomm kull problema taht kontroll. Madanakollu, jekk ikun hemm alterazzjoni f' wahda jew aktar mill-karatteristici ambjentali allura jista jkun hemm caqliq fil-bilanc b' beneficcju jew detriment jew ghall-hut jew ghall-patogeni. Ezempju ta bidla ambjentali li tmur kontra l-patogen huwa l-inzul fit-temperatura li tnaqqas il-virilita ta' dak il-patogen, billi tnaqqas ir-rata tal-multplikazzjoni tieghu jew anke twaqqaf ic-ciklu tal-hajja tieghu. Jekk ic-caqliq ambjentali jkun kontra l-hut, allura - minbarra kull effett fizjologiku- il-hut normalment isir stressjat, is-sistema immunitarja tieghu tigi mrazzna u tigi aktar vulnerabbli partikolarment jekk ic-caqliq ambjentali jiffavorixxi ukoll lill-patogen. Per ezempju, il-mycobacterium huwa prezenti fl-ilma li jkun fih il-hut il-hin kollu, izda s-siistema immunitarja tal-hut izzomu l-boghod. Madanakollu, meta l-ikel zejjed jithassar fl-ambjent il-popolazzjoni tal-bakterja tghola u , filwaqt li l-bakterja issaffi l-ikel, dawn jipproducu ammonti zejda ta' ammonja. L-ammonja hija tossina li tirrita l-gargi tal-hut, iggielhom jipproducu saff ta' celloli fil-wicc delikat tal-gargi aktar milli hemm bzonn. Peress illi dawn ic-celloli huma aktar fil-periklu ta' nfezzjoni batterjologika. L-effett kombinat ta' dawn ic-celloli huwa aktar fil-periklu ta' mard batterjologiku fil-gargi fil-hut.

Fattur iehor relevanti li jikkawza l-mard huwa l-introduzzjoni ta' organizmi tal-mard fl-ambjent fuq il-hut, fuq il-pjanti jew dekorazzjonijiet. Dan jista jirrizulta fl-introduzzjoni ta' organizmi ta' xi tipi ta' patogen li, b' konsegwenza ta' l-azzjoni taghhom, inevitabilment joqtlu lill-huta li ggorhom. L-introduzzjoni ta' tipi jew varjetajiet ta' patogeni differenti ser ukoll iharbat il-bilanc immunitarju bijologiku naturali ta' komunita ta' hut. Il-hut indigeni jkunu zviluppaw grad ta' immunita ghal hafna mill-organizmi tal-mard fl-ambjent taghhom izda jista jkun li ma jkunux intaqghu mal-varjetajiet godda ta' patogeni li jkunu ddahlu. Minn naha l-ohra, il-hut godda introdotti jridu ukoll jizviluppaw l-immunita ghall-popolazzjoni ta' patogeni fl-ambjent il-gdid taghhom. Ghalhekk, l-introduzzjoni ta' hut gdid izid bil-kbir ic-cans tal-firxa tal-mard. Dan jenfasizza l-importanza tal-kwarantina b' attenzjoni, prekawzjoni semplici li tnaqqas ic-cans ta' mard meta tkun qed tifforma popolazzjoni ta' hut minn sorsi differenti.

Translated by Peter J Agius.


Donated by the Malta Aquarist Society Club visit MAS club website



your ad could be here

coloring pages

.

Quick links: Home Birds Cats Dogs Fish Exotic Plants Free cross stitch pattern Free stained glass patterns Eggart by Candice Top Cocktail Recipes Free pet coloring pages Free animal vectors Colorful stained glass patterns for free Educational tutorials Privacy Policy

page generated in 0.007829 seconds
61