Articles
MAS Club
Competition


Dogs Fish Cats PetNGarden Birds Exotic Plants

News Shops My pet page Search Contact List Win Free Services send e-mail

SWORDTAILS U PLATIES

minn Ray Caruana

Illum se nitkellmu ftit dwar zewg speci ta’ hut tropikali li nsibuhom fi kwazi kull Community tank.Dan ghaliex huma attraenti hafna u relattivament facli biex trabbihom u tnissilhom.

Is-Swordtail u l-Platy huma ta’ l-istess generu – ix-Xiphophorus.L-isem xjentifiku tas-Swordtail huwa X.helleri waqt li tal-Platy huwa X.maculatus.Minhabba li z-zewg speci huma vicin hafna ta’ xulxin,dawn kapaci jipproducu l-baghula(hybrids),li xi kultant ikunu anki fertili.Dan il-fatt gie sfruttat matul iz-zmien biex gew mahluqa numru ta’ varjetajiet godda.Biss minn hawn nixtieq nirrakomanda biex dan jigi evitat minn dawk li mhumiex esperti fis-suggett.It-tahlit bejn l-ispeci jista johloq disastru shih meta jsir minghajr hsieb. Is-Swordtail originat fil-lagi u n-nixxieghat tal-Messiku u l-Gwatemala,fejn izzomm fi qtajja kbar qalb il-qasab u l-pjanti akkwatici.Il-Platies ukoll jinsabu fil-Messiku,u l-ambjent taghhom huwa simili ghal dak tas-Swordtails,izda kultant jinstabu wkoll f’postijiet vicin tal-bahar.

Kif taraf il-Platy mis-Swordtail.?

Is-Swordtail ragel ghandu denb li jispicca f’forma ta’ xabla twila.It-tul taghha jvarja skond il-pozizzjoni li jokkupa fil-gerarkija tal-kolonja.Ir-ragel dominanti jipposjedi l-itwal “xabla” u generalment anki l-ikbar statura fizika.Id-daqs normali tas-Swordtail selvagg (minghajr ma tqis id-denb) huwa ta’ bejn 10 u 12 il-centimetru,ghalkemm rari jilhaq dan it-tul fl-akkwarju domestiku.Il-figura taghhom hija kemmxejn twila u misluta meta mqabbla ma’ dik tal-Platy.Din ta’ l-ahhar hija aktar qsajra u qawwija,u naturalment m’ghandix xabla f’denbha. Il-Platy tikber sa xi 5cm. u tippreferi temperatura kemm kemm iktar baxxa minn tas-Swordtail.Bejn 20 u 25 grad celsius huwa bizzejjed.Kuntrarju ghas-Swordtails,il-Platies ma’ jzommux fi qtajjiet kbar hafna,ghalkemm xorta jhobbu jfittxu l-kumpanija ta’ Platies bhalhom.

X’varjeta hawn?

Bhal kif gara fil-Livebearers komuni l-ohra kollha,dawn it-tnejn gew uzati hafna kemm mid-delittanti kif ukoll mix-xjenzati ghall-esperimenti tal-inginerija ginetika.Biex tkompli taghqad,minhabba li s-Swordtails u l-Platies huma ginetikament vicini hafna,dawn joffru aktar possibiltajiet.Dan ghen bil-bosta biex gew zviluppati numru ta’ forom u lwien li permezz taghhom il-fish-farms kabbru l-operazzjonijiet taghhom.Fost dawn insibu l-Hifin,il-Lyretail,il-Plumetail u dan l-ahhar anki l-Balloon-body,li fil-fehma tieghi u ta’ hafna bhali m’hija xejn ghajr huta diformata.

X’kundizzjonijiet iridu?

Kemm il-Platies kif ukoll is-Swordtails huma hut addattati hafna ghall-Community tanks.Biss is-Swordtail,minhabba l-karattru tieghu huwa aktar tajjeb ghal akkwarji ta’ aktar minn metru tul.

Il-Platy tista tinzamm f’akkwarju zghir minghajr inkwiet ghax m’ghandiex karattru mferrfex daqs tas-Swordtail!

Dejjem zomm dawn il-hut fi trios,jigifieri ragel wiehed ma’ zewg nisa jew tlieta.Dan naghmluh l-aktar sabiex naghtu ftit cans lin-nisa jirkuprw mill-avvanzi sesswali kontinwi tar-ragel.Jekk ikollu mara wahda biss,dan lanqas ihallieha tiekol kemm ghandha bzonn u tispicca biex tmut minhabba nuqqas ta’ nutriment.

L-akkwarju ghandu jigi armat bil-qiegh kollu gebel u pjanti baxxi,u l-parti ta’ wara bil-pjanti twal.In-nofs hallieh vojt biex il-hut ikollhom fejn jghumu minghajr tfixkil.It-temperatura tista tinzamm bejn 25 u 26 grad celsius u l-ilma jrid ikollu Ph u GH gholjin.Ghal dan il-ghan l-ilma tal-vit huwa tajjeb hafna.

X’jieklu?

Ghall-ikel m’ghandniex problemi.Dawn bhali jieklu kull ma’ ttihom!Itmaghom dieta varja li tkun tinkludi kemm ikel niexef bhall-flakes,kif ukoll ikel iffrizat jew haj.Il-Bloodworms u l-Brine shrimps huma l-favoriti tas-Swordtails,filwaqt li l-Platies tieghi jiggennu ghall-Black mosquito larvae.Tajjeb li kultant thallihom gurnata sajmin biex tikkopja ftit ir-ritmu naturali li jaghddu minnu fl-ambjent selvagg.Dan jaghmlilhom hafna gid,specjalment meta jkunu mitmughin xi ftit iktar min-normal.

Kif tista tnissilhom?

It-tnissil tax-Xiphophorus huwa facli hafna,izda jekk isir bis-serjeta jkun jehtieglek izzommhom mifrudin minn xulxin biex tevita t-tahlit bejn iz-zewg speci.Il-Breeders kollha jisseparaw il-hut taghhom.Anki l-forom u l-kuluri biex izommuhom puri.

Meta tigi biex taghzel par Swordtails jew Platies ghal xi progett,sib par li jkunu simili ta’ xulxin-kemm fil-forma,kif ukoll fil-lewn u d-daqs tal-gisem.Fil-kaz tas-Swordtail,innota wkoll it-tul tax-xabla.Din trid tkun minghajr difetti u taqbel ma’ l-istandard ta’ din l-ispeci partikolari.Dan qed nghidu ghax Swordtails hawn hafna differenti.F’din il-kitba qed nirreferi ghax-Xiphophorus helleri (l-aktar wahda popolari),l-ohrajn bhax-X.montezume,X.pygmeus etc. kollha ghandhom l-istandard taghhom.

Qabbel l-istatura fizika tal-par hut li se tuza ma’ ritratti fil-kotba jew l-Internet.b’hekk ikollok stampa iktar cara ta’ kif ghandha tidher is-Swordtail jew Platy tieghek.Jekk verament tixtieq tidhol fil-fond,tista anki tikkorrispondi ma’ Breeders u clubs barranin permezz tal-posta jew l-Internet.Clubs bhal Viviparous tal-Ingilterra u l-American Livebearer Association huma fost l-aqwa li hawn.

Hemm bosta modi kif wiehed jista jnissel dawn il-hut.L-aktar wiehed komuni (izda mhux necessarjament l-ahjar) huwa dak tal-Breeding trap,fejn il-mara tqila titpogga f’kaxxa zghira tal-plastik b’qiegh doppju.Meta din twellet il-friegh jinzlu bejn qiegh u iehor fejn l-omm ma’ tilhaqhomx.

Fil-fehma tieghi dan huwa metodu dizuman u m’ghandux jibqa jigi pprattikat.Il-Breeding traps li nsibu ghall-bejgh-lesti biex jintuzaw-mhumiex ta’ daqs addattat biex fih titpogga huta tal-fuq minn 4cm.F’hafna mill-kazi din tant tkun imbezza li tispicca biex l-ewwel tkorri l-wild taghha,imbghad tmut hija stess.Jekk dan il-metodu ghadu joghgbok,allura ghamel Breeding trap int stess li d-daqs tieghu huwa ikbar.Ibni kaxxa mill-windbreaker tal-gonna u dendilha f’akkwarju tliet darbiet ikbar minnha.Id-daqs taghha ghandu jkun 12”x 8”x 6” u l-akkwarju jrid ikun armat bi sponge filter,heater u minghajr hut.Meta l-omm twellet fil-kaxxa,uliedha jsibu ruhhom fl-akkwarju il-boghod minn kull periklu.

Il-metodu l-iehor huwa dak li nuza jiena ghall-hut tieghi.Dan jissejjah il-Breeding tank method,fejn l-istess akkwarju li fih l-omm twellet,jibqa jintuza bhala Rearing tank. Dan l-akkwarju generalment ikun ta’ madwar 80litru u fih inpoggu numru mdaqqas ta’ pjanti folti jew spawning mops.F’genb minnhom inqieghdu sponge filter u heater tal-akkwarji u nimlewh bl-ilma ta’ kwalita simili ghal dak tal-Community tank.L-omm tigi trasferita ghal dan l-akkwarju bil-galbu biex ma’ tbatiex minn Osmotic shock meta jkun jonqosha daqs ghaxart ijiem tqala.Meta twellet din tigi rritornata lejn il-Community tank u l-friegh jibqghu fir-Rearing tank sakemm jimmaturaw.

Hemm hafna aktar xi tghid dwar dawn il-hut,imma johrog il-barra mil-iskop ta’ dan l-artiklu.Jekk xi hadd minnkom il-qarrejja ghandu xi mistoqsija specifika dwar is-Swordtails jew il-Platies nitolbu jiktibli fl-indirizz tas-soltu.


Donated by the Malta Aquarist Society Club visit MAS club website



your ad could be here

coloring pages

.

Quick links: Home Birds Cats Dogs Fish Exotic Plants Free cross stitch pattern Free stained glass patterns Eggart by Candice Top Cocktail Recipes Free pet coloring pages Free animal vectors Colorful stained glass patterns for free Educational tutorials Privacy Policy

page generated in 0.005021 seconds
61