Akkwarju "Childproof"
minn Ray Caruana
M:It-tfal jixtiequ akkwarju fil-kamra taghhom biex irabbu ftit hut zghir. Minhabba li dan jahdem bl-elettriku nixtiequ jkun safe kemm jista jkun.Kif nista naghmel dan?
T:Meta jiena stess armajt akkwarju ghall-uliedi,dawn il-mistoqsijiet kienu gew f'mohhi wkoll.Veru li generalment l-akkwarju jahdem bl-elettriku,imma l-uzu tieghu jista jitnaqqas hafna jekk nillimitaw ruhna fl-ghazliet li naghmlu.Fl-istampa
tista tara akkwarju li ma' fih l-ebda kuntatt dirett mal-elettriku.L-apparat tieghu jahdem bl-arja u d-dawl huwa l-boghod mill-akkwarju.Il-pompa tal-arja titpogga f'post fejn ma' tintlahaqx u l-hijter jista ma' jintuzax jekk jinzammu hut tal-ilma kiesah biss.Minflok akkwarju tal-hgieg nuzaw wiehed tal-plastik jew acrylic biex neliminaw anki l-periklu tal-hgieg.
Coldwater minflok tropikali
Nahseb li l-aktar bicca apparat li jinkwieta lin-nies huwa l-hijter. Minbarra li dan huwa l-aktar apparat fl-akkwarju li juza energija elettrika,il-hijter huwa wkoll kagun ta' hafna biza mill-genituri. Ghaldaqstant f'dan il-kaz l-ghazla taqa' fuq dawk l-ispeci li jghixu f'ilma ta' temperatura baxxa. L-aktar huta komuni ghall-dan it-tip t'ambjent hija l-Goldfish.Din giet imnissla f'diversi varjetajiet bhall-fantail,lionhead,veiltail,etc.Barra minn din hemm speci ohrajn li jistghu jinzammu f'temperatura ta' madwar 18oc.Fosthom insibu l-American Flagfish (Jordanella floridae),il-Whitecloud mountain minnow li tghix fi qtajja zghar u r-Rosy barb.Hut ohrajn li jadattaw ruhhom sewwa ghall-ilma ta' din it-temperatura huma l-Weather loach,il-Mosquito fish(Gambusia affinis),iz-Zebra danio u l-Variatus.
Il-filter
Akkwarju minghajr filter ta' daqs xieraq huwa destinat ghall-falliment.Ma' nistghux nghaddu minghajru,specjalment jekk sid l-akkwarju m'ghandux esperjenza fil-passatemp.Ghalkemm il-filters tal-lum huma tista tghid kollha double-insulated u safe hafna,xorta wahda nistghu nuzaw wiehed li jahdem bl-arja.Dan jista jkun sponge filter jew corner filter.Naturalment biex jahdem dan ikun jehtieg pompa tal-arja li minn naha taghha tahdem bl-elettriku.Biss din tista tpoggieha fuq xkaffa gholja u l-boghod mill-akkwarju biex ma' jilhquhiex it-tfal.Qatt m'ghandek tpoggieha taht l-akkwarju ghax f'kaz li tmur il-provista tal-elettriku din tigbed l-ilma ghal go fiha u tigi tixxokkja.Jezistu non-return valves apposta,imma l-aktar mod cert huwa dak li tpoggi l-pompa l-fuq mill-livell tal-ilma.
Id-dawl
Ghalkemm akkwarju mixghul huwa sabih,id-dawl mhux importanti ghall-hut.Dan huwa bzonnjuz l-aktar meta fl-akkwarju inrabbu l-pjanti hajjin.Fis-suq insibu bosta units tad-dawl-xi whud minnhom ghandhom l-end caps taghhom watertight-izda jekk lanqas dawn ma' trid tafda,allura tista thalli l-akkwarju minghajr hood u tpoggieh taht tubu mdendel jew PL lamp.
Il-hgieg
Meta tpoggi l-akkwarju f'post fejn ma' jistax jintlahaq mit-tfal,m'ghandekx ghax tinkwieta fuq il-hgieg.Generalment,dan ikun ta' certa hxuna u jiflah mhux hazin.Akkwarju tal-hgieg
ghandu aktar vantaggi minn wiehed tal-plastik jew acrylic-fosthom il-prezz!
L-American flagfish (Jordanella floridae)
L-American flagfish mhiex huta li tinstab regolari fil-hwienet taghna,izda kultant tidher-specjalment fix-xitwa minhabba appuntu l-adattament taghha ghall-ilma kiesah.Din hija speci antika fix-xena tad-delizzju tal-hut fl-akkwarju u ilha maghna ghall-dawn l-ahhar tmenin sena.Hija huta attiva hafna u ghaldaqstant ghandha tinzamm ma' hut iehor tal-istess temperament.
L-American flag originat fl-Amerika,precizament minn Florida sal-Messiku u tikber sa madwar 6.5 cm.Ir-ragel huwa aktar ikkulurit u anki xi ftit aggressiv lejn l-irgiel l-ohra bhalu.L-akkwarju taghhom irid ikollu hafna spazju ghall-ghawm izda fl-istess waqt armat b'hafna pjanti folti.Il-qiegh ghandu jkollu l-gravel fin ghax ir-ragel ihaffer hofra baxxa fiz-zmien in-namur.Huma jieklu kull tip ta' ikel inkluz dak b'bazi vegetali.
Il-Whitecloud mountain minnow (Tanichthys albonubes)
Il-Whitecloud ukoll hija huta li giet skoperta zmien ilu.Il-pajjiz minn fejn originat huwa ic-Cina,sewwa sew madwar il-Muntanja Whitecloud fejn Canton.Hawn min jghid li l-isem xjentifiku taghha huwa ddedikat ghal Tan,tifel Ciniz li skopriha bla ma' kien jaf.Din l-ispeci tikber sa xi 4cm u tiekol ikel niexef imfarrak irqieq.Hija tghix fi qtajja zghar u m'ghandha qatt tinzamm wehidha ghax inkella ma' iddumx hajja.Il-Whitecloud hija huta ideali ghall-beginner u titnissel facilment.
Il-Variatus (Xiphophorus variatus)
Dawn il-hut gieli nsibuhom ghall-bejgh,izda mhux kulhadd jaf li l-Variatus hija xi ftit differenti mill-Platy komuni.Ghalkemm jixiebhu fizikament ghax huma ta' l-istess generu,iz-zewg speci jinhtiegu kura kemmxejn differenti.Il-Variatus originat fin-nixxieghat muntanjuzi u allura tghix fl-ilma ta' temperatura baxxa filwaqt li l-Platy komuni tinstab fix-xmajjar u l-lagi relattivament shan tal-Messiku.Infatti,hawn Malta l-Variatus tbati xi ftit fil-jiem shan tas-sajf u jirnexxilha tghix l-aktar fil-vaski u gwiebi,fejn l-ilma ma' jkun daqstant shun.Hemm diversi varjetajiet ta' dawn il-hut u kollha huma adattati ghall-akkwarju kiesah.
Il-Variatus tikber sa madwar 6cm. u hija Livebearer,jigifieri twelled il-friegh taghha hajjin.Hija tiekol dieta varja hafna izda ghandek taghzel ikel li fih ammont mhux hazin ta' materjal vegetali.L-akkwarju m'ghandux ikun izghar minn zewg piedi tul ghax din hija huta attiva ferm.
Ir-Rosy barb (Babus conchonius)
Kull min ra r-ragel ta' din l-ispeci jista jixhed kif baqa' msahhar bl-ilwien ileqqu li ghandu.Minbarra li hija huta li facli trabbiha u tnissilha,hija wkoll attiva f'kull livell tal-akkwarju.Hija tikber sa xi 7cm u tiekol minn kollox.Il-fish farms ipproducew il-varjeta' hifin li hija huta mill-isbah.Ir-Rosy barb originat ruhha fl-Indja u l-Bengal.L-akkwarju tar-Rosy barb ma' jridx ikun zghir ghax inkella tibqa kwieta hafna u tmut f'qasir zmien.Wiehed ta' l-fuq minn sebghin litru jew aktar huwa l-ideali.Barra minn hekk bhall-maggoranza tal-Barbs,ir-Rosy barb tghix fi qtajja ta' hamsa jew aktar.
Il-Weather loach (Misgurnus anguillicaudatus)
Niftakar, meta kont zghir dejjem kien ikolli xi wiehed minn dawn fl-akkwarju.Ma' nafx ghaliex imma kont nissahhar narah jghum mal-akkwarju kollu,jaghrrex u jfittex qalb il-gravel u l-gebel.Ghalija kienet huta differenti minn tas-soltu ghax tixbax xi ftit lis-sallura.Ghalkemm m'ghandiex xi lwien qawwijin jew partikolari,il-Weather loach baqghet huta popolari hafna.L-ikel mhux problema ghal din il-huta,imma d-daqs tal-akkwarju jrid ikun kbir.Mhux xi haga rari li l-Weather loach jikber 20cm.!
Iz-Zebra Danio (Brachydanio rerio)
Jekk trid huta attiva ghall-wicc tal-ilma,iz-Zebra danio hija kandidat ideali.Din ghandha dejjem tinzamm fi qtajja ta' hamsa jew aktar biex tghix hajja kuntenta.Minn din ukoll harget varjeta hifin u hija sabiha ferm,specjalment ir-ragel.Iz-Zebra originat fl-Indja u tikber xi 5cm.Id-dieta taghha ghandha tkun maghmula kemm minn flakes kif ukoll minn xi mosquito larvae tal-friza jew hajjin.Din ukoll hija facli biex tnissilha u tadatta ruhha ferm ghall-akkwarju kiesah.
STAMPA:
CAPTION:Innota kif l-elettriku inzamma il-barra mill-akkwarju.
CREDIT:Aquarium Maint. Services
RITRATTI:
1.CAPTION:American Flagfish
CREDIT:
2.CAPTION:Xiphophorus variatus
CREDIT:ritratt:Ray Caruana
Donated by the Malta Aquarist Society Club visit MAS club website
|