Articles
Bonsai Club
Cactus Club


Dogs Plants Cats Fish Birds Exotic PetNGarden

News Shops My pet page GuestBook Search Contact List Win Forum Free Services send e-mail

Kelmtejn t'Introduzzjoni

minn Mario Azzopardi
Vici President

Forsi ftit mill-membri ta'l-Ghaqda jahsbu ftit fuq ix-xoghol li jsir mill-membri tal- Kunsill. Dan huwa xoghol interessanti hafna ghaliex huwa b'dan ix-xoghol li nkunu nistghu nzidu l-interess fost il- membri filwaqt li nkunu wkoll t'ghajnuna.

Meta wiehed ikun membru tal-Kunsill ta' l- Ghaqda taghna, jkun ifisser li qieghed jaghmel parti mill-amministrazzjoni ta' l- Ghaqda. F'xi sitt laqghat li jkollna rridu norganizzaw l-attivitajiet kollha ta' matul is-sena li jinkludu:

  • L-organizazzjoni tal-laqghat li jkollna kull xahar.
  • L-ghazla tal-kelliemi barrani li ngibu kull sena minn barra.
  • Il-wirja tal-kaktus u sukkulenti ohra li naghmlu kull sena.
  • L-ghazla u x-xiri tal-kotba li kull sena nzidu fil-librerija taghna.

L-organizazzjoni tal-laqghat ta' kull xahar:

Nahseb li l-akbar ugigh ta' ras huwa dak ta' l-organizazzjoni tal-laqghat li naghmlu ghall-membri kull xahar. Hafna mill-hin tal-laqghat tal-Kunsill ikunu fuq is-suggett ta' dawn l-imberkin laqghat. Iridu jkunu interessanti. Irridu niftakru fil-principjanti u ghalhekk ma nuzawx kliem difficli. Irridu niftakru f'dawk li issa ghandhom xi ftit esperjenza, ghaliex inkella jiddejqu. Jekk ikun is-sajf ma naghmlux tahditiet bis- slides ghaliex jekk naghlqu mmutu bis- shana. Dawn huma xi ftit mid- diskussjonijiet li jkollna meta nitkellmu fuq dawn il-laqghat.

L-ghazla ta' kelliemi barrani:

Dan ukoll huwa suggett ta' diskussjoni, ghaliex ma nkunux irridu nonfqu l-flus fil- vojt. Minhabba dan inkunu rridu naraw fuq liema suggett sejjer ikellimna. Inkunu rridu ngibu bniedem li jaf aktar minna, biex b'hekk forsi nitghallmu xi haga gdida. Irid ikun jitkellem bl-Ingliz. Meta jigi hawn fejn sejjer joqghod? Min sejjer jilqghu u jiehdu fil-lukanda u min sejjer idur bih?

Il-Wirja tal-Kaktus u sukkulenti ohra:

Nistghu nghidu li x-xoghol li tiehu l-wirja ma jieqaf qatt. Malli tispicca l-Laqgha Generali ta' kull sena u niffurmaw il-Kunsill il-gdid, naghmlu wkoll sotto-kumitat biex jiehu hsieb il-wirja u dan il-grupp jibda jahdem u jirrapporta lill-Kunsill fuq il- progress li jkun qieghed jaghmel. L- ewwel problema tkun ta' fejn sejra ssir il- wirja. Meta sejra ssir? Tghid ikollna temp tajjeb? Kif sejrin naghmlu pubblicita' minghajr ma nizburzjaw hafna flus? Minkejja dan kollu kollox jiddependi fuq il- konkorrenza tal-membri biex igibu x-xtieli taghhom ghal wirja, u ghall-pubbliku li jattendi biex jara dak li nkunu esebejna.

Ix-xiri ta' kotba godda ghal-librerija:

Kull sena jigu ppubblikati numru kbir hafna ta' kotba fuq id-delizzju taghna. Minbarra dan hemm ukoll numru ta' magazines mahruga minn ghaqdiet bhal taghna ta' pajjizi differenti. Zgur li huwa impossibbli li nixtru kollox. L-ewwel nett tkun problema ta' fejn sejrin izzomm dawn il-kotba kollha, u t-tieni hemm ukoll il- problema tal-flus. L-Ghaqda taghna tista' tonfoq fuq il-kotba sa mhux aktar minn Lm150 fis-sena. Huwa minhabba dan li fil-Kunsill noqoghdu attenti hafna liema kotba nixtru. Ahna dejjem nixtru kotba bl-Ingliz, ghalkemm ahna wkoll abbonati f' magazin bit-Taljan. Nippruvaw nixtru kotba li minhabba l- prezz ftit gholi taghhom forsi mhux kulhadd ikun jista jaffordja. Nixtru kotba ta' referenza li l-valur taghhom maz-zmien jizdied.

B'hekk hbieb taraw li anke l-laqghat tal- Kunsill huma laqghat interessanti u varjati hafna.


Donated by the Cactus & Succulent Society visit Cactus and Succulent club website

Share |


See your advert here for $50 ...

Michale Zahra

freee cross stitch for your pet

Download Fantastic Wallpapers for free

.

Quick links: Home Birds Cats Dogs Fish Exotic Plants Free cross stitch pattern Free stained glass patterns Eggart by Candice Top Cocktail Recipes

page generated in 0.010706 seconds
61